Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31816 Sitting 744 2002-05-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru. 30780 għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qiegħed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #31817 Sitting 744 2002-05-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bejgħ tal-Karkassa

Question

Peress li l-Ministru qal li l-produtturi mhux se jitilfu mill-prezz oriġinali tagħhom jekk jibdew ibigħu partijiet mill-karkassa, jista' jispjega dan u jgħid kemm se jkunu l-preżżijiet tal-partijiet tal-karkassa li l-produttur se jbigħ lill-proċessur?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jista' l-Onor Interpellant ikun aktar ċar dwar il-mistoqsija tiegħu u jiddefinixxi t-tip ta' karkassa.

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi, vannijiet u nġenji oħra li l-Ministeru u d-Dipartimenti, Entitajiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru, kellu mikrija jew le, matul is-sena li għaddiet? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien m'iniex sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata fuq firxa ta' ħames snin mitluba fil-mistoqsija numru 31806 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #31807 Sitting 743 2002-05-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi, vannijiet u nġenji oħra li l-Ministeru u d-Dipartimenti, Entitajiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru, kellu mikrija jew le, matul is-sena li għaddiet? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena m’iniex sodisfatta li l-utilita’ ta’ l-informazzjoni dettaljata fuq firxa ta’ ħames snin mitluba fil-mistoqsija Nru. 31807 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni ‘l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni.

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi, vannijiet u nġenji oħra li l-Ministeru u d-Dipartimenti, Entitajiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru, kellu mikrija jew le, matul is-sena li għaddiet? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien m'hiniex sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata fuq firxa ta' ħames snin mitluba fil-Mistoqsija Nru. 31808 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni l' għala qed tintalab, ma nara ebda skop li tinġabar l-informazzjoni
Leg 9 PQ #31809 Sitting 743 2002-05-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mellieħa — Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar spezzjoni lill-bdiewa li jikkultiva l-uċuħ tar-raba' fl-inħawi tal-Qammieħ il-Mellieħa, fejn irriżultat il-problema tal-kontaminazzjoni tad-drenaġġ fl-ispieri ta' l-ilma? X'irriżulta u x'passi ttieħdu sabiex jiġu salvati l-prodotti li kellhom fuq l-uċuħ tar-raba' tal-bdiewa? X'kumpenss ingħataw jew se jingħataw dawn il-bdiewa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li uffiċjali tad-Dipartiment tkellmu aktar minn darba ma' bdiewa li jaħdmu raba' l-Qammiegħ fejn kien diskuss l-ilment li l-ilma ta' ispejjer ġie kkontaminat minn drenaġġ li għaddej minn dawk l-inħawi. Saru spezzjoniet f'dan il-lokal fid-9 ta'Jannar 2002 u fil-25 ta' Frar, 2002. Id-Dipartiment ta' l-agrikoltura jinsab f'kuntatti mad-Dipartiment tad-Drenaġġ rigward din il-problema. Kif dan id-Dipartiment jirċievi l-korrispondenza meħtieġa skond il-proċedura, mingħand id-Dipartiment tad-Drenaġġ isiru l-istimi ta' ħsarat li seta' kien hemm fl-uċuħ.
Leg 9 PQ #31810 Sitting 743 2002-05-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi, vannijiet u nġenji oħra li l-Ministeru u d-Dipartimenti, Entitajiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru, kellu mikrija jew le, matul is-sena li għaddiet? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Jien m'iniex sodisfatt li l-utilita` ta' l-informazzjoni dettaljata fuq firxa ta' ħames snin mitluba fil-mistoqsija Nru. 31810 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara ebda skop li tinġabar l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #31811 Sitting 743 2002-05-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi, vannijiet u nġenji oħra li l-Ministeru u d-Dipartimenti, Entitajiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru, kellu mikrija jew le, matul is-sena li għaddiet? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena mhinix sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata fuq firxa ta' ħames snin mitluba fil-mistoqsija numru 31811 tiggustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #31800 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produtturi — Proċessar

Question

B'referenza għall-PQ 30776, jista' l-Ministru jgħid kif huma l-arranġamenti illum bejn il-produtturi u l-proċessur? Jikkonferma l-Ministru li l-karkassa tal-majjal matul dawn l-aħħar snin dejjem inbigħ sħiħ lill-proċessur?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-bejgħ ilu mis-snin tmenin jsir mill-produtturi għall-proċessuri f'forma ta' karkassi.
Leg 9 PQ #31801 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi, vannijiet u nġenji oħra li l-Ministeru u d-Dipartimenti, Entitajiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru, kellu mikrija jew le, matul is-sena li għaddiet? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (BORG, JOE)

Jien m'inhiex sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni ddettaljata fuq firxa ta' ħames snin mitluba fil-Mistoqsija Numru 31801 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintabab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #31802 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi, vannijiet u nġenji oħra li l-Ministeru u d-Dipartimenti, Entitajiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru, kellu mikrija jew le, matul is-sena li għaddiet? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (REFALO, MICHAEL)

Jien mhinix sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata fuq firxa ta' ħames snin mitluba fil-Mistoqsija numru 31802 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara' l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #31803 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produtturi — Sussidju

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-Gvern jrid jagħti sussidju lill-produtturi maltin u għawdxin tal-majjal sabiex dawn ibaxxu l-prezz tal-karkassa għall-proċessur? Jekk iva, kemm huwa t-tnaqqis fil-prezz ta' kull kilo li qed jiġi rrakkmandat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li kieku l-Oppozozzjoni tattendi l-laqgħat tal-MEUSAC, din ikollha l-informazzjoni dwar x'qed ikun diskuss.
Leg 9 PQ #31804 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi, vannijiet u nġenji oħra li l-Ministeru u d-Dipartimenti, Entitajiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru, kellu mikrija jew le, matul is-sena li għaddiet? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien m'iniex sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata fuq firxa ta' ħames snin mitluba fil-mistoqsija numru 31804 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni.

Mellieħa — Bowsers ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex matul dawn l-aħħar 5 ġimgħat ma ntbgħatux bowsers ta' l-ilma lill-bdiewa kollha li jaħdmu r-raba' fl-inħawi tal-Qammieħ il-Mellieħa minħabba l-kontaminazzjoni tad-drenaġġ li żblokkat fl-ispieri tal-bdiewa msemmija? Jista' l-Ministru jara li jibdew jintbgħatu bowsers ta' l-ilma sabiex l-uċuħ tar-raba' ma jkomplux jinqerdu kif ġara bil-prodott matul dawn l-aħħar 4 ġimgħat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li allavolja d-Dipartiment tad-Drenaġġ ma pprovdiex ilma bil-bowser lill-bdiewa, id-Dipartiment qatt ma żamm lill-istess bdiewa milli jġibu l-ilma huma. Infatti, għalkemm, f'April id-Dipartiment, permezz tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, kien ikkonferma liż-żewġ bdiewa konċernati li setgħu jġibu l-ilma meħtieġ biex isaqqu r-raba tagħhom u li d-Dipartiment kien ukoll lest illi jikkumpensahom għal dak l-ilma li setgħu ġabu l-istess bdiewa mid-19 ta' Frar ta' din is-sena, id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura informa lid-Dipartiment li l-bdiewa in kwestjoni sostnew li din l-offerta ma kenitx prattikabbli għal diversi raġunijiet. Għalkemm il-bdiewa konċernati ġew mitluba sabiex jippreżentaw irċevuti ta' l-ilma li kienu ġabu huma stess biex id-Dipartiment ikun jista' jikkumpensahom ta' dak l-ilma, dawn l-irċevuti qatt ma ġew ippreżentati. Madankollu, l-Ministeru intervjena mal-Ministeru ta' l-Agrikoltura biex isir ukoll assessment ta' xi ħsarat li setgħu sofrew l-istess bdiewa. Dan l-assessment għadu qed isir.
Leg 9 PQ #31651 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-Gvern għall-kulleġġ tal-Biedja issa li se jifforma parti mill-kulleġġ tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #31652 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bank — Investigazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu nfurmata l-awtoritajiet kompetenti sabiex jew jirrimedjaw jew jinvestigaw l-każ li qed jintbagħat separatament fejn il-persuna qed tallega li l-Lm500 ma ġewx mogħtija lilha mill-Bank konċernat?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Onorevoli Interpellant ma indikax għal liema bank qed jirreferi. Madanakollu nissuġġerixxi lil-individwu konċernat jirreferi l-ilment lid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni.
Leg 9 PQ #31653 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Plant Biotechnology Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta intalbu u meta fil-fatt ħarġu l-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-iżvilupp tas-serer speċjaliżżat li nbnew fil-Plant Biotechology Centre? Min kienu l-esperti responsabbli minn dan il-proġett?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-applikazzjoni għall-permess (2492/97) għall-bini tas-serra speċjalizzata kienet saret fl-24 ta' April 1997 u l-permess ħareġ fit-18 ta' Settembru 1997. L-esperti responsabbli minn din il-kostruzzjoni kienu dawn: Ing. Giacomo Scarascia Mugnozza (min naħa tac-CIHEAM) Arch. Althea Camenzuli (Ko-ordinatrici tax-xogħol) Ing. Oliver Debono (Inginier Strutturali) Ing. Raymond Muscat (Inginier Mekkaniku) Ing. Stephen Buttigieg (Inginier Elettriku)
Leg 9 PQ #31797 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi, vannijiet u nġenji oħra li l-Ministeru u d-Dipartimenti, Entitajiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru, kellu mikrija jew le, matul is-sena li għaddiet? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (BORG, TONIO)

Jien m`inix sodisfatt li l-utilita` ta` l-informazzjoni dettaljata fuq firxa ta` ħames snin mitluba fil-mistoqsija nru. 31797 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #31798 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30781 u cioe, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex tat-laħam tat-tiġieġ matul l-2001 separatament? Kemm kien il-prezz medju?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-produzzjoni tal-laħam tat-tiġieġ fl-2001 kienet ta' madwar 7,775 tunnellata, iżjed mis-snin ta' qabel b'medja ta' 8% . Il-prezz medju lill-produttur kien ta' 45c -il kilo ħaj. Iċ-ċifra ta' 7,775 tunnellata hi globali peress li xi tjur li jitrabbew Għawdex jista' jkun li jinqatlu Malta.
Leg 9 PQ #31799 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi, vannijiet u nġenji oħra li l-Ministeru u d-Dipartimenti, Entitajiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru, kellu mikrija jew le, matul is-sena li għaddiet? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jien m'iniex sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata fuq firxa ta' ħames snin mitluba fil-mistoqsija Nru. 31799 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni.