Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaddiema Tekniċi — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru? Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overtime?

Response (GATT, AUSTIN)

Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba rigward in-numru ta` sigħat li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ f`kull dipartiment, is-sigħat li tħallsu minnhom u kemm għad iridu jitħallsu. Dipartiment Numru ta` Haddiema li Numru ta` sigħat li Numru ta` sigħat li ħadmu overtime fl-2001 nħadmu fl-2001 tħallsu fl-2001 M.J.L.G. NIL NIL NIL A.G. NIL NIL NIL Law Courts 1 3 3 Local Councils 29 2070.75 2070.75
Leg 9 PQ #32330 Sitting 751 2002-06-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'programmi u attivitajiet ġodda daħlu fil-kalendarju agri-turistiku matul l-1999, l-2000 u l-2001? Kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru bejn il-Ministru u l-Kunsilli Lokali dwar l-attivitajiet ta' dan il-kalendarju matul dawn l-aħħar tlett snin? Meta saru u x'riżultati posittivi ħallew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fl-1999, 2000 u 2001 il-programmi u l-attivitajiet tal-Kalendarju agri-turistiku baqgħu għaddejjin bl-istess mod bħas-snin ta' qabel. Ma jidhirx li kien hemm xi ħtieġa ta' laqgħat bejni u l-Kunsilli Lokali dwar l-attivitajiet ta' dan il-Kalendarju matul dawn l-aħħar tliet snin.

Mosta — Bridge Street

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li x-xogħolijiet fi n/str f'Bridge Str il-Mosta tħallew abbandunati wara li kienu bdew ftit jiem qabel Marzu tas-sena l-oħra qabel l- elezzjoni tal-kunsilli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħolijiet imsemmija ma sarux mill-Kunsill Lokali konċernat imma mid-Dipartiment tat-Toroq. Nitlob għalhekk lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #32335 Sitting 751 2002-06-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħaddiema Tekniċi — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru? Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overtime?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li matul is-sena 2001 kien hemm 127 ħaddiem li għamlu sahra. L-ammont totali li tħallas kien Lm84,030. Ma fadal l-ebda sahra x’titħallas. Is-sahra li saret u l-ammonti li tħallsu kienu kif jidher hawn taħt: Dipartiment Numru ta’ ħ addiema Numru ta’ sigħ at Ammont totali Lm Ministeru u Head Office 27 3,180 11,737 Għammieri 20 3,095 7,343 Urban Rural Landscaping 10 12 232 hrs 2,353 trips 630 5,882 Akwakultura 17 7,292 22,675 Servizzi Veterinarji 21 7,217 22,102 Sajd 9 3,145 13,061 Ċentru tal-Bioteknoloġija tal-Pjanti 11 152 600
Leg 9 PQ #32336 Sitting 751 2002-06-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ħaddiema Tekniċi — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru? Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-over time?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ħaddiema Tekniċi — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta'? Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overitme?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba fir-rigward in-numru ta' sigħat li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ f'kull dipartiment, u s-sigħat li tħallsu minnhom. Dipartiment Numru ta' Numru ta' ħaddiema sigħat li li ħadmu nħadmu l-overtime fl-2001 fl-2001 Ministeru 29 9,690 Finanzi u Amministrazzjoni 80 22,655 Operations Units 90 24,210 Kostruzzjoni u Manutenzjoni 130 56,327 Manifattura u Servizzi 180 37,054 Bini u Inġinerija 30 10,882 Drenaġġ 35 4,556 Immaniġjar ta' l-Iskart u Impl. ta' l-Istrateġija 639 35,979 Kunsill Konsult. dwar l-Industrija tal-Bini 2 774 L-Industrija tal-Bini 2 376 Countryside 20 2,781 Dawn is-sigħat tħallsu kollha.
Leg 9 PQ #32338 Sitting 751 2002-06-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħaddiema Tekniċi — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru? Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overtime?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba rigward in-numru ta' siegħat li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ f'kull dipartiment, is-siegħat li tħallsu minnhom u kemm għad iridu jitħallsu. Dipartiment Nru. ta' Ħaddiema li Nru. ta' siegħat li Nru. ta' siegħat li ħadmu overtime fl- nħadmu fl-2001 tħallsu fl-2001 2001 Dipt. Servizzi 18 3,542.00 3,542.00 Korporattivi Dipt. Żgħażagħ 42 4,617.00 3,334.50 u Sport Diviżjoni ta' l- 56 13,718.35 13,718.35 Edukazzjoni Diptartiment ta' 10 993.00 993.00 l-Eżamijiet Dipt. tal-Libreriji 1 3.00 3.00 u Arkivji Dipartiment tal- Nil Nil Nil Mużewijiet Dipartiment tal- 36 3,057.00 2,974.00 Kultura
Leg 9 PQ #32324 Sitting 750 2002-06-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-permessi li nħarġu mill-PA matul is-sena l-oħra u din is-sena sabiex fil-parti magħrufa bħala il-Wied tas-Sewda li jinsab bejn Ħal Qormi u l-Imrieħel issir żvilupp ta' paddock taż-żwiemenl u/jew Gold Course fil-parti ta' wara l-Kapella tal-Ħlas Ħal Qormi

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #32325 Sitting 750 2002-06-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għaqdiet tal-Produtturi — Proposti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-proposti li l-għaqdiet tal-bdiewa, raħħala u l-Agro Industrija bgħatu lill-Ministeru dwar l-Abozz nru 59. Meta ntbagħtu lill-Ministru u kemm saru laqgħat dwar dan l-abbozz ma' l-għaqdiet konċernati u meta?

Response (ZAMMIT, NINU)

F'dawn l-aħħar sentejn ittieħdu diversi inizjattivi minn naħa tal-Ministeru biex nippromwovu l-kunċett u anki biex jibdew jitwaqqfu f'pajjiżna l-għaqdiet tal-produtturi. Fost dawn l-inizjattivi, il-Ministeru għen biex setgħet saret żjara ta' familjarizzazzjoni mill-Kooperattiva Ċentrali tal-Bdiewa fil-Portugal. II-Ministeru, flimkien mal-Bord tal-Kooperattivi u l-Uffiċċju għall-Informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea ha sehem fl-organizzazzjoni ta' Seminar dwar l-Għaqdiet tal-Produtturi li sar fit-13 ta' Ottubru, 2000. Saru wkoll diversi laqgħat minn uffiċjali fil-Ministeru ma' diversi għaqdiet u produtturi. Fil-5 ta' Jannar 2001 saret laqgħa dwar il-liġi proposta għat-twaqqif ta' dawn l-għaqdiet li għaliha attendew uffiċjali mill-Ministeru, mid-Direttorat ta' l-Affarijiet dwar l-Unjoni Ewropea, l-avukati li ħadmu dwar l-Abbozz ta' Liġi, rappreżentanti ta' l-APEX, Farmers' Wine Cooperative, il-Kooperattiva Ċentrali tal-Bdiewa, l-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa u l-Għaqda Bdiewa Progressivi, barra oħrajn li kienu mistiedna. Wara dan l-avveniment saru diversi laqgħat oħra, b'mod formali u informali. Jien infurmat ukoll li minkejja din il-ħidma kollha li saret, ma sarux kontro proposti minn dawk konċernati.
Leg 9 PQ #32326 Sitting 750 2002-06-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-Pulizija meta kuntrattur li kien jagħmel ix-xogħlijiet ta' trinek f'Main Str u Triq il-Kostituzzjoni l-Mosta għalaq dawn it-toroq bla permess madwar tliet xhur ilu? X'passi ttieħdu kontra dan il-kuntrattur meta qed jiġi allegat li huma l-istess kuntrattur li qed jiġi rrapurtat li qed jarmi t-terrabiex fil-parti magħrufa bħala tal-Wejs il-Mosta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kuntrattur kellu l-permessi meħtieġa sabiex jagħmel xogħol ta` trinek f`Main Street u Pjazza Rotunda l-Mosta. Infurmat ukoll illi ma sar l-ebda xogħol ta` tħaffir ta` trinek ġo Triq il-Kostituzzjoni. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi minn l-istħarriġ li għamlet il-Pulizija, dawn l-allegazzjonijiet ma jirriżultawx.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jinvestiġa x'qed jikkawża d-dewmien fit-talba għall-pensjoni tal-Canada tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Jista' jara li jitħaffew il-proċeduri minn naħa ta' l-Awtoritajiet Kanadiżi ħalli l-persuna inkwistjoni tirrimedja din it-talba li issa ilha pendenti s-snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-każ tagħha.

Mosta — Play School

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li tħalliex tinħoloq ħofra kbira mimlija skart u ntejjen quddiem il- play school li hemm fi Triq Karmenu Dimech il-Mosta, kantuniera ma n/s in Bridge street jew kif inhi magħrufa Triq il-Ħtajriet? Jista' l-Ministru jinvestiga u jawtorizza x-xogħolijiet pendenti? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #32329 Sitting 750 2002-06-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għajn Qajjed

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex matul dawn l-aħħar xhur l-ilma tax-xorb tar-residenti taċ-Ċentru tar-Rabat (St Rita Str) eċċ u nħawi fil-Qasam tad-Djar ta' Għajn Qajjed, qed ikun ta' lewn kannella? Jista' jara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa ħalli l-ilma tax-xorb ta' dawn i-familji ma jkunx aktar ta' detriment għal saħħithom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tibdel il-mejnijiet u servizzi ta' l-ilma tad-djar fi Triq Santa Rita u Triq il-Vittorja fir-Rabat. Jista' jkun li minħabba dawn ix-xogħolijiet il-provvista tkun affettwata temporanjament sakemm jitlestew ix-xogħolijiet.
Leg 9 PQ #32318 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Skejjel — Posters

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-istat m'hemmx posters b'term edukattiv dwar in-nutriment ta' l-ikel u l-importanza ta' l-ikel frisk, bnin u naturali? Kemm fil-fatt intnefaq f'reklamar dwar dan it-topiku matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li d-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa regolarment matul is-sena jibgħat fl-iskejjel materjal edukattiv, fosthom ukoll posters li jittrattaw aspetti varjati fuq is-saħħa. Rigward is-suġġett ta' l-ikel, f'dawn l-aħħar ħames snin saru dawn il-kampanji ewlenin: Fl-1993 tqassmu posters f'kull skola dwar il-piramida edukattiva ta' l-ikel li turi b'mod grafiku l-prinċipji marbuta man-National Food & Nutrition Policy (1998). Fl-1998 tqassmu posters f'kull skola bit-tema Kul Ħamsa Kuljum li kienet tinkoraġġixxi l-konsum ta' ħaxix u frott. Din il-kampanja ġiet imsaħħa fl-1999 b'materjal edukattiv dwar id-dieta Mediterranja fis-sena 2000 ġiet enfasizzata l-ħtieġa ta' eżerċizzju bil-kampanja Caqlaq din is-sena (2002) id-dipartiment riċentement nieda kampanja Ż omm il-bogħ od mill-kanċ er li wkoll rabtet fiha l-importanza ta' dieta tajba. Dan il-materjal dejjem ġie mqassam fl-iskejjel kollha. Dettalji ta' nfieq f'reklamar dwar dan it-topiku matul l-aħħar 5 snin, sena b'sena jinsabu fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #32319 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Triq Karmenu Dimech

Question

Peress li fl-inħawi ta Triq Karmenu Dimech u new street in bridge street, Mosta (Triq il-Ħtajriet) nħolqu ħafna ġrieden kawża tal-fawran tad-drenaġġ u trabijiet, ħmieġ u żgombru ieħor li hemm f'dawn l-inħawi tal-Mosta, jista' l-Ministru jinvestiga u jirrimedja għas-sitwazzjoni? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li wara spezzjoni li saret fl-inħawi ta` Triq Karmenu Dimech u Triq Ġdida fi Triq il-Pont (Triq il-Ħtajriet), Mosta mill-ispettur tas-Saħħa tar-Reġjun xi jiem ilu ma deherx li kien hemm xi fawran ta` drenaġġ. Probabbilment, l-Interpellant qiegħed jirreferi għal ilma li nġema` mal-ġenb ta` Triq il-Pont wara li għamlet ix-xita. Ma ġiex innutat xi skart jew żibel. Pero`, ġie kkonfermat li hemm akkumulu ta` trab u makkinarju fi triq ġdida fi Triq il-Pont, Mosta (li mhix asfaltata) fejn qiegħed jinbena rain water culvert mill-Gvern Ċentrali. FIl-jiem li għaddew ħaddiema mis-Sezzjoni tal-Pest Control wettqu trattament intensiv ta` tqegħid ta` velenu fit-toroq indikati. Trattamenti simili oħra kienu saru fl-istess inħawi fil-bidu ta` din is-sena. Il-problema ser tibqa` tiġi segwita sakemm l-infestazzjoni ta` ġrieden tiġi taħt kontroll.

Mosta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li l-kunsill lokali tal-Mosta ppermetta li jkun hemm l-iżgombru fi Triq New Street in Bridge Street, il-Mosta (Triq il-Ħtajriet) u Triq Karmenu Dimech il-Mosta quddiem residenti privati ta' diversi familji fl-inħawi fil-Mosta? Għaliex il-borġ tar-ramel li ntefa' qabel l-aħħar elezzjoni tal-kunsill tal-Mosta li saret f'Marzu tas-sena l-oħra tħalla hemm itajjar u t-trabijiet jikkawża problemi oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta. Għadaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita`.

Pensjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jsir il-ħlas dovut lill-persuna li t-tagħrif dwarha qed jintbagħat separatament minħabba li mhux tirċievi l-pagamenti tal-pensjoni ta' l-invalidita? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-każ tagħha.
Leg 9 PQ #32323 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Levy

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-għaqdiet tal-bdiewa u kemm hu in-numru ta' bdiewa li huwa favur it-tneħħija tal-levy li semma l-Ministru fil-ħin tal-mistoqsijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

It-tneħħija tal-levy minn fuq prodotti tal-biedja tifforma parti minn programm tal-Gvern għall-istrutturar tal-biedja lokali fid-dawl ta' dak li qed jiġri fix-xena internazzjonali dwar l-oqsma tal-biedja u tal-kummerċ. Dan il-programm, magħruf bħala Special Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA) kien diskuss ma' l-għaqdiet tal-bdiewa u mas-setturi l-oħra konċernati fil-jiem li għaddew. Il-programm jinkludi inċentivi finanzjarji u miżuri oħra maħsuba biex jagħmlu tajjeb għat-tneħħija tal-levies.
Leg 9 PQ #32308 Sitting 747 2002-05-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Mosta — Latrina

Question

Jista' l-Ministru jara li d-dipartiment konċernat jinvestiga l-ilmenti ta' ħafna Mostin, cioe li l-latrina tal-pjazza tal-Mosta tinsab bla ilma, tant li hija mifnijha minn intejjen kbar u insapportabbli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Minsitru kkonċernat.