Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti tal-ikel li se jkollhom restrizzjoni u kontrolli fuq l-importazzjoni qabel u wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?
B'referenza għall-539 Special Safeguards for Agricultural Products li l-Unjoni Ewropea għandha reġistrati mad-WTO sabiex tikkontrolla l-importazzjoni ta' prodotti partikolari ta' l-ikel tal-popli tal-pajjiżi membri tagħha, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma dawk il-prodotti ta' l-ikel tal-poplu tagħna li sa jkunu kkontrollati mill-Unjoni Ewropea?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li fl-istess nifs li l-Gvern Nazzjonalista qed jgħid li jrid ineħħi l-protezzjoni tal-biedja lokali, daħħal u mpona dazji ogħla fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel tal-poplu tagħna u dan minkejja li dawn il-prodotti la jipproduċuhom il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda maltin u għawdxin u lanqas l-agro-industrija lokali?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid il-Producers Organization li huma mwaqqfa fil-preżent fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom kwoti mposti fuqhom mill-Unjoni Ewropea? Fuq liema prodotti hemm imposti dawn il-kwoti bħal, ngħidu aħna, kemm hija l-kwota għall-produzzjoni tat-tadam fil-pajjiżi membri?
Response (ZAMMIT, NINU)
Għaqdiet ta' Produtturi (Producers Organisations) huma għaqdiet magħmula minn produtturi nfushom għal diversi varjetajiet ta' ħaxix u frott frisk u/jew għal ħxejjex u frott ipproċessati.
Il-formazzjoni ta' għaqdiet ta' din ix-xorta ssir mill-produtturi nfushom u m'humiex imposti mill-Unjoni Ewropea.
Għal tagħrif dettaljat, l-Onor. Interpellant jista' jirriferi għar-regolament numru 2200/96 għal dak li jirrigwardja s-settur tal-ħxejjex u frott frisk u għar-regolament numru. 2201/96 għas-settur ta' ħxejjex u frott ipproċessati.
Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad il-Ministru li l-protezzjoni tal-levies fuq ħxejjex u frott bħal, ngħidu aħnam il-kaboċċi, il-pastard, il-ħass, il-basal, il-karrotti, il-patata, it-tadem, l-għeneb, id-dulliegħ, il-bettiegħ eċċ sa tibda titneħħa f'Lulju li ġej?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-programm ta' tnaqqis gradwali tal-levies jew taxxi fuq prodotti agrikoli importati jifforma parti mill-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA) li kien diskuss mis-setturi kollha konċernati fi ħdan il-MEUSAC fil-jiem li għaddew.
Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl tal-fatt li l-għaqdiet tal-bdiewa u ta' l-agro-industrija huma kontra t-tneħħija ta' dawn il-levies, x'inhija r-raġuni li l-Ministru sa jkompli jsostni t-tneħħija tal-protezzjoni tal-biedja?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija numru 32385.
Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li huwa fl-aħjar interess ta' pajjiżna li nipproteġu l-industrija lokali tal-biedja fuq l-istess bażi ta' kontingenza li l-Istati Uniti tal-Amerika qed tipproteġi l-industrija tagħha ta' l-azzar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li lanqas fl-istess Stati Uniti ma hemm kunsens dwar l-għaqal tal-miżuri mħabbra mill-President Amerikan sabiex tingħata protezzjoni lill-industrija ta' l-azzar f'dak il-pajjiż. Dan għaliex hemm il-biża, li filwaqt li temporanjament jistgħu jitħarsu xi impjiegi f'industija oħra bħal dik tal-karozzi, li jagħmlu użu mill-azzar, min-naħa l-oħra ser ikollhom iħallsu prezz aktar għoli għalih minħabba it-tariffi li ġew imposti. Dan apparti ir-riskju ta' ritaljazzjoni li tista' tittieħed minn pajjiżi oħra u provvedimenti li tista' tadotta il-World Trade Organisation.
Għaldaqstant fil-każ ta' pajjiż żgħir bħal Malta, b'ekonomija tant miftuħa u fejn daqstant mill-attivita' ekonomika tiddependi mill-esportazzjoni, ma jreġix il-każ li nikkontemplaw miżuri simili.
Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm wara l-laqgħat li saru bejn il-Ministeru u / jew id-Direttur tas-Sajd mas-sidien tat-trawlers dwar li l-prezzijiet tal-qabda tal-ħut tagħhom qed dejjem tonqos u l-konsumaturi baqgħu jħallsu prezz għoli meta jixtru dan il-ħut?
Fil-fatt, saru dawn il-laqgħat u meta u min kien preżenti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-laqgħat li saru mal-Kooperattiva u r-rappreżentanti tat-trawlers membri tagħha ma kinux dwar prezzijiet tal-qabda tal-ħut tagħhom. Dawn il-laqgħat kienu dwar il-problemi tas-suq in ġenerali, in-nuqqas ta’ bejgħ fil-pixkerija, il-bejgħ ta’ prodotti mhux liċenzjati, u l-importazzjoni tal-ħut. Id-Dipartiment ma jindaħalx lis-sajjieda dwar il-prezz li jibdew jirkantaw bih. Il-prodott hu tagħhom u għalhekk il-Ministeru ma jistax jindaħal f’dan l-irkant.
Kif jaf l-Onor. Interpellant, il-bejgħ isir bl-irkant u għalhekk il-prezz ivarja l-ħin kollu u l-venditur tal-ħut u l-qliegħ tiegħu u perċentwal minħabba tiswija u telf mill-ħut li jkun qiegħed ibiegħ meta jiffissa prezz għall-konsumatur. Hu dan ta’ l-aħħar li jżomm is-suq billi jixtri bil-prezzijiet mitluba. Meta l-konsumatur jirrifjuta jixtri, il-venditur tal-ħut inaqqas ix-xiri u s-sajjieda jkollhom ibaxxu l-prezz. Il-konsumatur hu protett għaliex isib varjazzjoni kbira ta’ prodotti bi prezzijiet differenti. Fl-aħħar mill-aħħar, hu l-konsumatur li jrid jiddeċiedi jridx iħallas u jixtri ħut frisk. Id-dmir tal-venditur tal-ħut hu dak li jżomm il-konsumatur infurmat eżatt dwar dak li qiegħed jixtri.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru?
Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overtime?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jien infurmat li n-numru ta' siegħat ta' l-'overtime' li saru matul is-sena li għaddiet fid-Diviżjoni tas-Saħħa kien hekk:-
Dipartiment
Numru ta' Haddiema li ħadmu overtime fl-2001
Numru ta' siegħat li nħadmu fl-2001
Numru ta' siegħat li tħallsu fl-2001
Head office*
190
20,155
18,253
M.C.H
366
154,544
153,003
PHC
1
1,095
560
Boffa Hosp.
60
5,101
5,101
SLH
1,553
199,438
197,386
TOTAL
2,170
380,333
374,303
* inklużi mal-Head Office hemm: GPS, Health Promotion, Health Information, Transport Section u Public Health.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru?
Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overtime?
Response (BONNICI, JOSEF)
Hawn taħt qed nagħti l-informazzjoni mitluba rigward in-numru ta' sigħat li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi u oħrajn f'kull dipartiment, is-sigħat li tħallsu minnhom u kemm għad iridu jitħallsu.
Numru ta' ħaddiema Numru ta' sigħat Numru ta' sigħat
Dipartiment li ħadu overtime li nħadmu fl-2001 li tħallsu fl-2001
Ministeru (inklużi tlitt
Segretarjati Privati) 44 18,784 18,784
Diviżjoni tal-Kummerċ 90 1,847 1,808
Diviżjoni għall-Ippjanar
Ekonomiku 17 2,766 2,722
Diviżjoni tal-Konsumatur 22 1,118 1,118
Uffiċju Nazzjonali ta'
l-Istatistika 103 16,543 16,543
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru?
Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overtime?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba rigward in-numru ta' sigħat li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ. f'kull dipartiment, is-sigħat li tħallsu minnhom u kemm għad iridu jitħallsu.
Numru ta' haddiema Numru ta' sigħat Numru ta' sigħat
Dipartiment tekniċi li ħadmu li nħadmu li tħallsu
Overtime fl-2001 fl-2001 fl-2001
Dipartiment Servizzi 1 1,705.75 1,705.75
Korporattivi MSP
Akkomodazzjoni 3 74 74
Soċjali
Bini u Tiswija ta' Djar 7 552.50 527.50
Anzjani u Servizzi 13 1,014 674.25
fil-Komunita'
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru?
Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overtime?
Response (BORG, JOE)
Ministeru għ
all-Affarijiet Barranin
Numru ta' Ħ
addiema li ħ
admu overtime fl-2001
Numru ta' sigħ
at li nħ
admu fl-2001
Numru ta' sigħ
at li tħ
allsu fl-2001
Head Office
17
2,009¼
1,892
MIC
1
253½
210
Jista' l-Ministru jgħid liema huwa dawk il-prodotti ta' l-ikel importati għall-poplu tagħna u għas-settur tat-turiżmu li sa jibdew ikunu kkontrollatum wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, b'effett tas-87 Tariff Quotas li l-Unjoni Ewropea għandha reġistrati mad-WTO sabiex tikkontrolla l-importazzjoni ta' prodotti partikolari ta' l-ikel tal-popli tal-pajjiżi membri tagħha?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti ta' l-ikel importati għall-konsum tal-poplu li wara sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja sa jkunu kkontrollati bis-sistema tat-TARIC li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-popli kollha pajjiżi membri tagħha sabiex tikkontrolla l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel fil-pajjiżi membri tagħha?
Response (BORG, JOE)
Minħabba fin-natura teknika tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tçgħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru?
Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overtime?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ siegħat ta’ overtime li sar matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi fid-dipartiment kien ta’ 232 siegħa.
Dawn is-siegħat tħallsu kollha.
L-għadd ta’ ħaddiema li ħadmu dan l-overtime kien erbgħa u dan sar fit-taqsima tal-beach cleaning fid-dipartiment tat-Turiżmu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru?
Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overtime?
Response (BORG, TONIO)
Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba rigward in-numru ta` sigħat li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ f`kull dipartiment, is-sigħat li tħallsu minnhom u kemm għad iridu jitħallsu.
Dipartiment
Numru ta` Ħaddiema li ħadmu overtime fl-2001
Numru ta` sigħat li nħadmu fl-2001
Numru ta` sigħat li tħallsu fl-2001
Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
7
858
858
Ċittadinanza u l-Expatriates
13
2,304.5
2,304.5
Sigurta` ta` l-Ajruport
2
28
28
Reġistrazzjoni Ċivili
14
1,493
1,493
Reġistru Pubbliku
15
170
170
Reġistru ta` l-Artijiet
26
4,214.75
4,214.75
Awtorita` ta` l-Ippjanar*
224
33,232
33,232
Protezzjoni Ċivili
107
36,940
36,477
Servizzi Korrettivi
206
69,034
69,034
Uffiċċju Konġunt
25
9,433
9,433
Taqsima Proprjeta` tal-Gvern
57
10,224
10,224
Pulizija
1,323
150,454
150,454
*Għas-sena finanzjarja li ntemmet fit-30 ta` Settembru 2001.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru?
Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overtime?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' sigħat li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ. f'kull Dipartiment, is-sigħat li tħallsu minnhom u kemm għad iridu jitħallsu huwa kif ġej:
Dipartiment Nru. ta' ħaddiema Nru. ta' sigħat Nru. ta' sigħat
li ħadmu overtime li nħadmu li tħallsu
fl-2001 fl-2001 fl-2001
Dipartiment ta' l- 16 776.5 776.5
Avjazzjoni Ċivili
Direttorat għall- 45 6291 6291
Liċenzji u Testijiet
Direttorat għat- 32 5200 5200
Toroq
Dipartiment tat- 6 178 178
Telegrafija
mingħajr Fili
Dipartiment tas- 6 463 463
Servizzi Korporattivi
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru?
Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overtime?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qiegħda nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba rigward in-numru ta’ sigħat li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ f’kull dipartiment, in-numru ta’ dawn il-ħaddiema kif ukoll is-sigħat li tħallsu minnhom fl-2001.
Dipartiment
Numru ta’ Ħaddiema li ħadmu
overtime
fl-2001
Numru ta’ sigħat li nħadmu fl-2001
Numru ta’ sigħat li tħallsu fl-2001
Servizzi Korporattivi
3
296 ½
276
Customer Services
535
17,937
11,342
Proġetti u Żvilupp
16
1,587
1,491
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru?
Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overtime?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba rigward in-numru ta’ sigħat li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ f’kull dipartiment u s-sigħat li tħallsu.
Dipartiment
Numru ta’ Ħaddiema li ħadmu overtime fl-2001
Numru ta’ sigħat li nħadmu fl-2001
Numru ta’ sigħat li tħallsu fl-2001
Uffiċċju tal-Prim Ministru
2
85
85
Dipartiment ta’ l-Informazzjoni
1
704
704
Stamperija tal-Gvern
52
9,555
9,555
Uffiċċju Elettorali
1
392
392