Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32824 Sitting 762 2002-06-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Levies

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-levies tal-Biedja f'pajjiżna huma limitati biss fuq 25% tal-prodotti li nikkonsmaw?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-levies tal-biedja f'pajjiżna huma dawk elenkati fl-Ewwel Parti tat-Tieni Skeda ta' l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali (Kap. 336) kif jidhru fl-Avviż Legali 74 ta' l-2002 ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tat-28 ta' Marzu, 2002.
Leg 9 PQ #32679 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati mill-ministeru u/jew dipartimenti, korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-minsteru bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? X'valur, x'oġġetti eċċ, ġew misruqa? X'passi ittieħdu? Jista' jinfurmani ukoll bin-numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.

Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati mill-ministeru u/jew dipartimenti, korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-minsteru bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? X'valur, x'oġġetti eċċ, ġew misruqa? X'passi ittieħdu? Jista' jinfurmani ukoll bin-numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-sena li għaddiet kienu rrappurtati dawn is-serqiet: Oġġetti Valur ġeneratur Lm6,000.00 16 hazard lights Lm 88.80 4 chipping hammers Lm 10.00 zappun Lm 4.00 aluminium ladder Lm 25.00 wheel barrow Lm 19.00 pickaxe Lm 6.00 spade Lm 6.00 4 plastic buckets Lm 17.60 4 special ropes Lm 80.00 full body harness Lm 30.00 4 wooden planks Lm 48.00 3 flushers Lm 16.80 2 road flushers Lm 14.00 Minolta AF25 camera Lm 29.90 2 bnadar Lm 22.00 sledge hammer Lm 10.00 2 batteriji tal-wheel shovel Lm 63.80 9 iron beams Lm 648.00 2 aluminium ladders+rolls of chaining fence Lm 200.00 2 batteriji Lm 63.80 F'Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena nsterqu dawn l-oġġetti: Oġġetti Valur 20 drainage rods Lm 60.00 2 batteriji Lm 37.30 Dawn il-każi ġew riferuti lill-Pulizija.
Leg 9 PQ #32681 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati mill-ministeru u/jew dipartimenti, korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-minsteru bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? X'valur, x'oġġetti eċċ, ġew misruqa? X'passi ittieħdu? Jista' jinfurmani ukoll bin-numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar 2001 u l-31 ta` Marzu 2002, kien hemm 7 każi ta` serq minn proprjeta` pubblika tad-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-Dekasteru ta` l-Intern li ġew irrapurtati lill-Pulizija għal investigazzjoni. Infurmat ukoll illi erba` minn dawn il-każi ġew solvuti. Ħlief f`każ wieħed, fejn il-valur ta` l-oġġetti misruqa kien jaqbeż l-Lm1,000, il-valur fil-każi l-oħra kien taħt it-Lm300.
Leg 9 PQ #32682 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati mill-ministeru u/jew dipartimenti, korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-minsteru bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? X'valur, x'oġġetti eċċ, ġew misruqa? X'passi ittieħdu? Jista' jinfurmani ukoll bin-numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma kien irrapurtat l-ebda każ ta' serq mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi fil-perjodi msemmija.
Leg 9 PQ #32683 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati mill-ministeru u/jew dipartimenti, korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-minsteru bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? X'valur, x'oġġetti eċċ, ġew misruqa? X'passi ittieħdu? Jista' jinfurmani ukoll bin-numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' serqiet irrapurtati bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena (2002) kien ta' sitta (6). L-oġġetti misruqa, kif ukoll il-valur rispettiv tagħhom, huma kif indikati fit-tabella ta' hawn taħt. Il-passi ittieħdu f'kull każ huwa kif indikat fl-istess tabella. Matul is-sena li għaddiet (2001) ġew irrapurtati tlieta u għoxrin (23) każ ta' serq. Oġ ġ etti Valur (LM) Passi li ttieħ du Mobile Phone 40 Sar rapport lill-Pulizija Mobile Phone 100 Sar rapport lill-Pulizija 3 Car Stereos 500 Sar rapport lill-Pulizija Vacuum Cleaner 118 Sar rapport lill-Pulizija 'Hilti' nailer Gun 400 Xejn 'Hilti" nailer Gun 400 Xejn Total 1,558
Leg 9 PQ #32737 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Triq Tumas Xerri - Baħrija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari nru. 31094 u cioe peress li n-numru ta' residenti mill-Baħrija jilmentaw li l-pressa ta' l-ilma hija baxxa ħafna fosthom dawk ta' Triq Tumas Xerri, jista' l-Ministru jara li titranġa s-sitwazzjoni mmedjatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tippjana biex fi żmien mhux il-bogħod isir xogħol ta' bdil ta' mains ta' l-inħawi tat-triq imsemmija u b'hekk titjieb il-provvista ta' l-ilma ta' dawk l-inħawi.
Leg 9 PQ #32641 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex f'toroq bħal Kola Xara, Ferries Street, żdied daqstant it-traffiku u saħansidra żdiedu l-kollużżjonijiet tat-traffiku?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-aħħar parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 31644.
Leg 9 PQ #32652 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Operazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara l-possibilita' li l-każ tal-persuna li tagħrif dwarha qed jintbgħat separatament jitmexxa l-quddiem minħabba l-urġenza tal-bżonn ta' l-operazzjoni u minħabba li l-persuna konċernata għandha problema kbira? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta' natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Leg 9 PQ #32675 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għajn Qajjed — Ġnien

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex il-ġnien fil-qasam tad-djar ta' Għajn Qajjed ma sarx matul dawn l-aħħar snin? Kemm il-darba iltaqgħa l-kunsill lokali tar-Rabat sabiex jiddiskuti dawn ix-xogħolijiet? Meta u x'progress sar? Meta fil-fatt se jibdew ix-xogħlijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern sabiex jiġu stallati lifts fil-qasam tad-djar ta' Għeriexem u ta' Għajn Qajjed r-Rabat? Meta se jibdew ix-xogħlijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet applikazzjoni waħda għall-installar ta' lift mill-postijiet indikati mill-Onor. Interpellant, u din kienet dwar blokk f'Għajn Qajjed. Infurmat ukoll li f'qasir żmien mistennija jsiru spezzjonijiet sabiex jiġi determinat hux possibbli l-installar ta' dan il-lift.
Leg 9 PQ #32677 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati mill-ministeru u/jew dipartimenti, korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-minsteru bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? X'valur, x'oġġetti eċċ, ġew misruqa? X'passi ittieħdu? Jista' jinfurmani ukoll bin-numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li bejn Jannar u Marzu ta' din is-sena ġiet rappurtata serqa waħda. Din kienet ta' sitt palmiet mill-mixtla ta' Wied Inċita b'valur totali ta' Lm300. Il-każ kien irrappurtat lill-Pulizja u twaqqaf Bord biex jistabbilixxi l-fatti u jekk kienx hemm xi negliġenza minn naħa ta' xi impjegat. Is-sena li għaddiet kienu rappurtati disa' serqiet.
Leg 9 PQ #32678 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati mill-ministeru u/jew dipartimenti, korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-minsteru bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? X'valur, x'oġġetti eċċ, ġew misruqa? X'passi ittieħdu? Jista' jinfurmani ukoll bin-numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rabat — Triq Konti Ruġġieru

Question

B'referenza għall-proposti tar-residenti ta' Triq Konti Ruġġieru r-Rabat dwar sistema alternattiva tat-traffiku fir-Rabat, jista' l-Ministru jinfurmani b'evalwazzjoni li saret? X'kienu l-opinjonijiet tat-traffic control board dwar dawn il-proposti tar-residenti ta' Triq Konti Ruġġieru r-Rabat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn stħarriġ li sar mal-Kunsill Lokali rriżulta li l-inkonvenjent prinċipali qed jinħoloq billi trakkijiet qed jgħaddu kemm minn Triq Konti Ruġġieru kif ukoll minn toroq oħra fil-qalba tar-raħal. Il-Kunsill Lokali, fuq rakkomandazzjoni tad-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku, ser jinstalla traffic signs biex id-dħul ta' trakkijiet jiġi projbit fit-toroq fiċ-ċentru tar-raħal u b'hekk jonqos konsiderevolment l-inkonvenjent għar-residenti ta' dawn it-toroq.

Rabat — Triq Konti Ruġġieru

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani meta l-kunsill lokali tar-Rabat għadda l-proposti li pproponew lill-kunsill ir-residenti ta' Triq Konti Ruġġieru dwar l-alternattiva tat-traffiku fir-Rabat? Jista' jgħarrafni bir-rikomandazzjoni uffiċjali li tal-kunsill lokali tar-Rabat għamel lill-Ministeru dwar dawn ir-rikomandazzjonijiet tar-residenti ta' Triq Konti Ruġġieru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn stħarriġ li sar mal-Kunsill Lokali rriżulta li l-Kunsill, s'issa, ma għadda l-ebda proposta mir-residenti ta' Triq Konti Ruġġieru dwar sistema alternattiva tat-traffiku fir-Rabat, għalkemm hemm diversi proposti oħra li twasslu fil-Ministeru.

Rabat — Triq Konti Ruġġieru

Question

B'referenza għall-proposti tar-residenti ta' Triq Konti Ruġġieru r-Rabat dwar direzzjoni alternattiva tat-traffiku f'din it-triq li tagħha qed nibgħat kopja separatament, jista' l-Ministru jinfurmani meta din intbgħatet lill-Ministru u jew għall-attenzjoni tiegħu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 32636.

Rabat — Għar Barka

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li minkejja li twessgħet it-triq is-servizz tat-trasport pubbliku baqa' ma ġiex estiż għall-Għar Barka r-Rabat? Peress li din it-talba tmur lura għall-aktar minn 10 snin, jista' jara li dan il-bżonn jiġi rimedjat immedjatament? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari nru. 29836.

Rabat — Triq Santa Rita

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'ġara mill-proposta tal-komunita tar-Rabat sabiex il-venda tirritorna lura fi Triq Santa Rita r-Rabat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mill-Venda ġewwa Triq Santa Rita r-Rabat jopera servizz ta' Trasport Pubbliku li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #32640 Sitting 759 2002-06-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' kolluzzjonijiet tat-traffiku rapurtati fit-toroq, Kola Xara, Konti Ruġġieru, l-kulleġġ Santa Maria bejn Jannar u Marzu ta' din is-sena? Jista' jiprovdi l-istess informazzjoni għas-snin annwali 2001, 2000, 1999 u 1998?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar in-numru ta' kolliżżjonijiet fit-toroq li rrefera għalihom fil-Mistoqsija u li seħħew bejn Jannar u Marzu fis-snin 1998, 1999, 2000, 2001 u 2002 kien ta' 2, 1, 3, 2 u 5 rispettivament.
Leg 9 PQ #32590 Sitting 758 2002-06-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Klandestini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' klandestini nqabdu fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena fil-gzejjer tagħna? Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu 2002, in-numru ta' klandestini li nqabdu mill-Pulizija kien ta' 234. Infurmat ukoll illi matul l-istess xhur bejn l-1997 u l-2001 ma kien hemm l-ebda każ.