Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #33312 Sitting 765 2002-07-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Triq Santa Marija — Rabat - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet sabiex tinbidel bozza maqtgħuha li hemm fi Triq Konti Ruġġieri, kantuniera ma' Triq Santa Marija, Rabat, Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni meħtieġa diġa' saret.

Vat — Refund

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex ma sarx lura l-ħlas tal-VAT lill-persuni bid-dettalji tagħhom qed jintbgħatu separatament għall-VAT imħallsa bħala l-ewwel propjeta' tagħhom cioe, il-fond li wkoll qiegħed jingħata tagħrif dwaru separatament ma' din id-domanda? Jista' jara li jsir il-ħlas dovut immedjatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar m'għandha ebda applikazzjoni pendenti għar-refużjoni ta' VAT mill-persuni ndikati mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #32844 Sitting 764 2002-07-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li bis-sħubija ta' Malta fl-UE prodotti ta' l-ikel bi prezzijiet orħos fis-swieq internazzjonali ma jitħallewx jiġu importati f'pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #32936 Sitting 764 2002-07-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid billi t-telefon li n-numru tiegħu qed jintbagħat separatament qed jikkawża inkonvenjent kbir lill-anzjana in kwistjoni; għax qed jċemplu fuqu matul il-lejl, jista' d-dipartiment konċernat jinvestiga l-każ u jżomm lill-anzjana mgħarrfa bil-miżuri li tista' tieħu sabiex tirrimedja għall-dan l-inkonvenjent?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li t-telefon imsemmi tpoġġa fuq "automatic malicious call tracing". L-abbonata ġiet infurmata biex malli tirċievi sejħa li tkun ta' inkonvenjent, tikkuntattja mill-ewwel lill-uffiċjal inkarigat minn din it-taqsima ħalli dan, min-naħa tiegħu, jekk ikun il-każ, jgħaddi l-każ f'idejn il-pulizija.

Triq iċ-Ċinju — Mosta

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani bil-progress li sar dwar il-mistoqsija tiegħi dwar Triq iċ-Ċilju l-Mosta li saret f'Jannar ta' din is-sena? Jista' jgħid jekk ix-xogħolijiet ta' din it-triq hux se jsiru din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 31238.

Triq Alwetta — Mosta

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani bil-progress li sar dwar il-mistoqsija tiegħi dwar Triq Alwetta l-Mosta li saret f'Jannar ta' din is-sena? Jista' jgħid jekk ix-xogħolijiet ta' din it-triq hux se jsiru din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 31238.
Leg 9 PQ #33083 Sitting 764 2002-07-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Biedja — Dazju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt il-Ministru li filwaqt li l-protezzjoni tal-Biedja trid tispiċċa, f'pajjiżna matul dawn l-aħħar sentejn għola d-dazju fuq it-tonn taż-żejt ġej mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-UE minn 15c għal 18c u fuq il-corned beef minn 02c għal 14c? X'inhija r-raġuni li l-Gvern ma jridx jagħti garanziji li dawn id-dazji/tariffi fuq il-prodotti ta' l-ikel tal-Maltin u Għawdxin mhux se jiżdiedu fuq firxa akbar tal-prodotti ta' l-ikel li nikkunsmaw f'pajjiżna?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma nista' nara l-ebda rabta dwar il-protezzjoni tal-biedja u r-rati ta' dazju fuq it-tonn taż-żejt u l-'corned beef'. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija wieħed jista' jgħid li xi ċaqliq 'l fuq jew 'l isfel f'dazji/tariffi, wieħed ikun irid jarah fil-kuntest taċ-ċirkustanzi li jkunu japplikaw fil-mument.

Skemi tas-Sussidju

Question

Peress li l-persuna residenti fi Triq il-Mitħna, Rabat, Malta li dettajli tagħha qed jintbagħtu separatament qed tħallas Lm 75 lira fix-xahar kera għall-appartament tagħha, jista' l-Ministru jara jekk din il-persuna hix intitolata għal xi għajnuna u tistax tapplika għall-iskemi attwali tas-sussidju fuq il-kera sabiex ittaffi ftit mill-problema finanzjarji tagħha? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet relattivi, l-persuna ndikata tista' tkun intitolata għall-għajnuna taħt Skema R - Skema ta' Kera Sussidjata fuq Residenzi Privati, ta' l-Awtorita' tad-Djar.

Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30937 u cioe, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #32825 Sitting 763 2002-07-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Levies

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li wara s-sħubija ta' Malta fl-UE jidħlu forom ta' levies fuq l-ikel tal-Maltin u l-Għawdxin ferm għola minn dawk li tneħħew?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-negozjati finali ma' l-Unjoni Ewropea fuq Kapitolu 7 (Agrikoltura) għadhom fl-istadju inizjali u għalhekk m'hux il-mument opportun li tingħata l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #32827 Sitting 763 2002-07-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Levies

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-levies tal-Biedja f'pajjiżna se jiżdiedu u mhux jonqsu fuq 75% tal-prodotti li ma niproduċux lokalment?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jistenna sakemm jiġu konklużi n-negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea fuq Kapitolu 7 - Agrikoltura.
Leg 9 PQ #32829 Sitting 763 2002-07-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

TARIC

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-UE timponi fuq pajjiżna s-sistemi tat-TARIC fuq l-importazzjoni ta' l-ikel qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Unjoni Ewropea ma timponi xejn fuq pajjiżna la qabel u lanqas wara li Malta tissieħeb.
Leg 9 PQ #32830 Sitting 763 2002-07-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Kwoti fuq l-Importazzjoni ta' l-Ikel

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-UE se timponi kwoti fuq l-importazzjoni ta' l-ikel tal-gzejjer tagħna li se jgħollu u mhux iraħsu l-prezzijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 32829.
Leg 9 PQ #32831 Sitting 763 2002-07-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Special Safeguards

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-UE timponi special safeguards fuq prodotti agrikoli importati f'Malta sabiex tiproteġi l-Biedja?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 32829.
Leg 9 PQ #32836 Sitting 763 2002-07-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li r-roħs tal-prezzijiet ta' l-ikel imħabbra mill-Gvern minħabba t-tneħħija tal-levy se jkun limitat sal-perjodu qabel Malta ssir membru ta' l-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Le ma nikkonfermax li r-roħs tal-prezzijiet ta' l-ikel imħabbar mill-Gvern minħabba t-tneħħija tal-levies se jkun limitat sal-perjodu qabel Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea. L-għajnuna finanzjarja li se tingħata mill-Gvern titkompla wkoll wara s-sħubija bil-għan li l-prezzijiet tal-prodotti lokali jkunu kompetittivi fis-suq lokali.
Leg 9 PQ #32739 Sitting 762 2002-06-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Vultaġġ Baxx fil-Baħrija

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari nru. 31093 li saret fil-21 ta' Jannar 2002 dwar vultaġġ ta' dawl baxx fil-Baħrija?

Response (BONNICI, JOSEF)

F'dan l-istadju ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31093 waqt is-Seduta numru 720.
Leg 9 PQ #32740 Sitting 762 2002-06-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista' ta' 87 prodott ta' l-ikel li se jkunu suġġett ta' kwota u tariffa wara li Malta ssir membru ta' l-UE kif spjegat fit-tweġieb tiegħu fis-seduta 720?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġerixxi lill-Onor. Interpellant jirriferi għat-Taric ta' l-U.E.
Leg 9 PQ #32741 Sitting 762 2002-06-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista' ta' 539 prodott ta' ikel li fuqhom se jkun hemm special safeguards ta' l-agriculture products li l-UE għanda reġistrati mad-WTO wara li Malta ssir membru ta' l-UE kif spjegat fit-tweġieb tiegħu fis-seduta 720?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi l-Onor. Interpellant għal ftehim bejn l-U.E. u d-WTO li sar qabel u jifforma parti mil-ftehim ta' Marachesh.
Leg 9 PQ #32777 Sitting 762 2002-06-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Liċenzji

Question

B'referenza għat-talba li qed tintbgħat separatament jista' l-Ministru jara jekk teżistiex il-possibilta li titħaffa l-proċedura? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi din il-liċenzja inħarġet.

Mtarfa Home

Question

B'referenza għat-talba pendenti tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament sabiex tidħol f'Mtarfa home, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkunsidra l-urġenza tal-każ kawża taċ-ċirkustanzi familjari? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-każ li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant qed jiġi trattat bħala wieħed urġenti tant li għalkemm l-applikazzjoni saret fl-20 ta' Marzu 2002, diġa' sar ir-rapport soċjali u r-rapport mediku mistenni jsir fi żmien qasir.