Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #33677 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

European Monetary Union

Question

B'riferenza għall-bidla li pajjiżna jrid jagħmel sabiex jaġġorna mal-European monetary union, f'każ li din isseħħ illum, jista' l-Ministru jinfurmani kemm ikun il-persentaġġ fl-iżvalutazzjoni tal-lira Maltija meta tinbidel għall-Euro?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din hija mistoqsija ipotetika għaliex Malta ma tistax tissieħeb fl-Economic and Monetary Union (EMU) illum. Qabel xejn, Malta trid l-ewwel tissieħeb fl-UE. Wara s-sħubija u meta l-Gvern Malti jiddeċiedi li jaqbel lill pajjiżna, Malta tibda tipparteċipa fil-mekkaniżmu magħruf bħala l-Exchange Rate Mechanism II (ERM II). Jekk għal matul perjodu ta' mill-anqas sentejn il-lira Maltija żżomm il-valur tagħha mingħajr ma jkun hemm bżonn li tinbidel ir-rata ċentrali tagħha kontra l-euro, u jekk il-Gvern Malti, f'konsultazzjoni mal-membri l-oħra ta' l-UE, jidhirlu li l-ekonomija tagħna integrat ruħha sew ma dik ta' l-Ewropa, f'dak il-mument tkun tista' tittieħed id-deċiżjoni. Il-probabbilita' hi li dakinhar ir-rata tal-liraq Maltija kontra l-euro tkun qrib ħafna tar-rata idejali u għalhekk ma jkun hemm bżonn la ta' rivalutazzjoni u lanqas ta' żvalutazzjoni.
Leg 9 PQ #33679 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Refunds

Question

B'riferenza għad-dewmien fil-ħlas tar-refunds tat-taxxa tal-VAT, kemm fil-fatt jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-pagamenti dovuti u kemm huwa n-numru ta' tax payers involuti? Jista' jikkunsidra l-possibilita li jiġu rimedjati l-pagamenti pendenti li r-riferenza għalihom qed jintbagħtu under separate cover?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m'għandux dewmien fil-ħlas tar-refunds ħlief fejn ikun il-bżonn li ssir investigazzjoni fuq ir-refund mitlub. Sal-15 ta' Mejju 2002, l-ammont ta' kreditu eċċessiv tal-VAT mitlub minn persuni reġistrati u li għad irid jitħallas fix-xhur li ġejjin kien ta' Lm6,554,103. Din il-figura tista' tinbidel skond id-dikjarazzjonijiet li persuni reġistrati jagħmlu fid-denunzja tat-taxxa li jibgħatu sakemm il-kreditu eċċessiv jasal biex jitħallas. Dwar it-tieni parti tad-domanda, l-persuni konċernati jistgħu jmorru fid-Dipartiment u jkunu jistgħu jinqdew minn hemmhekk.
Leg 9 PQ #33685 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Operazzjonijiet — Appuntamenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31627, cioe` id-dewmien ta' appuntament fl-iskeda ta' l-operazzjonijiet li jsiru fl-Isptar San Luqa ġie affetwat bejn Jannar, Frar, Marzu u April meta pparagunat ma' l-istess perijodu għas-snin 1999, 2000 u 2001?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-istatistika kif mitluba mill-Onor Interpellant ma tinżammx u għalhekk huwa mpossibbli li tingħata risposta għal din il-Mistoqsija. Pero` infakkar li għall-ewwel tas-sena kienet għaddejja azzjoni industrijali.
Leg 9 PQ #33693 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus għar-rapporti/studji li saru għall-tmexxija amministrattiva ta' l-operat tal-gvern u dawk konnessi ma l-impatt tas-sħubija ta' Malta fl-UE, li saru mill-ministeru u jew id-dipartiment u jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999, 2000 u 2001? Liema kienu dawn ir-rapporti separatament u kemm minnhom tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn Ottubru 1998 u l-ewwel xhur tal-2001 fid-dekasteru tiegħi ġew ikkummissjonati żewġ rapporti mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja: (a) Id-Dipartiment tal-VAT ikkummissjona lil Dr Antoine Fiott ta' PricewaterhouseCoopers sabiex jagħti servizz ta' konsulenza lid-Dipartiment dwar tibdil meħtieġ fil-leġiżlazzjoni tal-VAT skond l-Acquis Communautaire. Tħejja rapport ġenerali wieħed u rapporti oħra anċillari bħala parti mill-istess servizz. Il-ħlas relatat ma' dawn ir-rapporti mehmuża kien ta' Lm1,400. (b) Id-Dipartiment tal-Kuntratti, wara sejħa għall-offerti, ikkummissjona rapport għand id-ditta "Advocates Micallef" dwar l-allenjament tal-Public Services (Procurement) Regulations ta' l-1996 mad-Direttivi ta' l-Unjoni Ewropeja dwar ix-xiri pubbliku. L-qofol tax-xogħol tlesta sa l-aħħar tas-sena 2001 imma l-pagament finali mhux ser isir qabel ma jkun verifikat li dawn id-draft regulations huma għal kollox konformi. Il-parti tal-mistoqsija dwar 'rapporti/studji li saru għall-tmexxija amministrattiva ta' l-operat tal-gvern' għada vaga u vasta wisq. Naħseb li l-Onorevoli Interpellant jaqbel li mhux possibbli li jiġi kkalkolat l-infiq (inkluż ukoll il-pagi ta' min jagħmilhom) fuq in-numru li ma jispiċċa qatt ta' rapporti u studji li jsiru, jew ikunu qegħdin jinkitbu kontinwament u ta' kulljum mill-impjegati waqt l-operat normali ta' kull dipartiment u entita' tal-Gvern. Dwar din il-parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru 25544 f'seduta 550 li kienet tinkludi l-ammonti ta' kemm ġew iqumu rapporti ppublikati mill-Ministeru tiegħi u mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #33548 Sitting 767 2002-07-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-patata li daħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq l-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #33549 Sitting 767 2002-07-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-ħass li daħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda taql-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #33550 Sitting 767 2002-07-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-kaboċċi li daħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #33551 Sitting 767 2002-07-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-pastard li daħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Traffiku — Kollużjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 31644 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilu: Jista' jinfurmani kemm kien hemm koluzzjonijiet tat-traffiku rapportati fit-toroq Konti Ruġġieru, St Mary, St Publius, Kola Xara, Ferris u College Str, ir-Rabat matul Novembru 2001, Diċembru 2001 u Jannar 2002? Jista' jinvestiga x'qed jikkawża dawn il-kolluzzjonijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsija parlamentari Nru. 31644, jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku ma kellu ebda rapport li l-kollużżjonijiet li saru fil-perjodu msemmi kellhom xi aspett straordinarju, kemm fin-numru kif ukoll fl-għamla tagħhom li jirrikjedu li ssir xi nvestigazzjoni.

Rabat — Triq Konti Ruġġieru - Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir laqgħa bejn il-kumitat ta' azzjoni tar-residenti ta' Triq Konti Ruġġieru, Rabat, Malta u t- traffic planning? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta se ssir? Jista' jara l-possibbilta` li nkun parteċipant f'dawn il-laqgħat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma hemm l-ebda talba għal xi laqgħa bejn il-Kumitat ta' Azzjoni tar-residenti ta' Triq Konti Ruġġieru, Rabat u Traffic Planning.
Leg 9 PQ #33452 Sitting 766 2002-07-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Rapporti — Nefqa

Question

B'riferenza għall-mistoqsija nru. 31487, jista' l-Ministru jwieġeb b'riferenza għar-rapporti/studju dwar l-impatt fuq is-settur tal-biedja u sajd bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Rapporti — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 31503 u cioe, jista' jgħid kemm fil-fatt kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus għal rapporti /studji dwar l-operat tat-temexxija tal-gvern u dwar l-impatt ta' sħubija ta' Malta fl-UE li saru mill-ministeru u jew id-dipartiment u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999, 2000 u 2001? Liema kienu dawn ir-rapporti separatament u kemm minnhom tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Diġa weġibt il-mistoqsija Nru. 31503. Qed nagħti issa tweġiba għall-mistoqsija Nru. 33471. L-informazzjoni mitluba dwar rapporti/studji marbuta mas-sħubija fl-Unjoni Ewropeja kienet tifforma parti mit-tweġiba li tajt fit-13 ta` Frar 2001 għall-mistoqsija Nru. 23474 għas-snin 1999, 2000, u l-ewwel xhur tal-2001. Il-parti tal-mistoqsija dwar `rapporti/studji dwar l-operat tat-tmexxija tal-Gvern` għada vaga u vasta wisq. Naħseb li l-Onorevoli Interpellant jaqbel li mhux possibbli li jiġi kkalkolat l-infiq (inkluż ukoll il-pagi ta` min jagħmilhom) fuq in-numru li ma jispiċċa qatt ta` rapporti u studji li jsiru, jew ikunu qegħdin jinkitbu kontinwament u ta` kuljum mill-impjegati waqt l-operat normali ta` kull dipartiment u entita` tal-Gvern. Sa kemm ma jkunx iżjed speċifiku fuq din il-parti tal-mistoqsija, li nista` nagħmel f`dan l-istadju hu li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fit-12 ta` Ġunju 2001 għall-mistoqsija Nru 25553 li kienet tinkludi l-ammonti ta` kemm ġew iqumu rapporti ppublikati mill-Ministeru tiegħi u mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi fl-1999, 2000 u fl-ewwel ħames xhur ta` l-2001. Jekk irid nista` nara li tinġabar informazzjoni simili għal kumplament ta` l-2001.
Leg 9 PQ #33473 Sitting 766 2002-07-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rapporti — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 31506 u cioe, jista' jgħid kemm fil-fatt kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus għal rapporti /studji dwar l-operat tat-temexxija tal-gvern u dwar l-impatt ta' sħubija ta' Malta fl-UE li saru mill-ministeru u/jew id-dipartiment u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999, 2000 u 2001? Liema kienu dawn ir-rapporti separatament u kemm minnhom tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba dwar rapport/studji marbuta mas-sħubija fl-Unjoni Ewropeja qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-parti tal-mistoqsija dwar "rapporti/studji dwar l-operat tat-tmexxija tal-Gvern" għada vaga u vasta wisq. Naħseb l-Onorevoli Interpellant jaqbel li mhux possibbli li jiġi kkalkolat l-infiq (inkluż ukoll il-pagi ta' min jagħmilhom) fuq in-numru li ma jispiċċa qatt ta' rapporti u studji li jsiru, jew ikunu qiegħdin jinkitbu kontinwament u ta' kuljum mill-impjegati waqt l-operat normali ta' kull dipartiment u entita' tal-Gvern.
Leg 9 PQ #33475 Sitting 766 2002-07-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Rapporti — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 31505 u cioe, jista' jgħid kemm fil-fatt kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus għal rapporti /studji dwar l-operat tat-temexxija tal-gvern u dwar l-impatt ta' sħubija ta' Malta fl-UE li saru mill-ministeru u jew id-dipartiment u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999, 2000 u 2001? Liema kienu dawn ir-rapporti separatament u kemm minnhom tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, MICHAEL)

Matul is-sena 2001 tħejja rapport mill-Consortium ECODES taħt ir-ras “Assessment of the Adoption of the Acquis Communautaire on the Tourism in Malta” li sewa 130,000 Euro. Għandi l-pjaċir ngħid li n-nefqa tħallset kollha mill-Kummissjoni Ewropea. Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ dik il-parti tal-Mistoqsija li titkellem dwar “rapporti / studji dwar l-operat tat-tmexxija tal-Gvern” nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija 33476.
Leg 9 PQ #33476 Sitting 766 2002-07-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rapporti — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 31504 u cioe, jista' jgħid kemm fil-fatt kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus għal rapporti /studji dwar l-operat tat-temexxija tal-gvern u dwar l-impatt ta' sħubija ta' Malta fl-UE li saru mill-ministeru u jew id-dipartiment u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999, 2000 u 2001? Liema kienu dawn ir-rapporti separatament u kemm minnhom tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba draw rapporti/studji marbuta mas-sħubija fl-Unjoni Ewropeja kienet tifforma parti mit-tweġiba li tajt fit-13 ta’ Frar 2001 għall-Mistoqsija Numru 23461 għas-snin 1999, 2000 u l-ewwel xhur ta’ l-2001. Għall-kumplament ta’ l-2001, fid-dekasteru tiegħi, żdied rapport wieħed ikkumissjonat mill-MITTS Ltd li kien dwar “The Application to MITTS Ltd of the EU Public Procurement Rules”. Dan ir-rapport sewa LM4,639 u ma tpoġġiex fuq il-mejda tal-Kamra. Il-parti tal-mistoqsija dwar “rapporti/studji dwar l-operat tat-tmexxija tal-Gvern” għadha vaga u vasta wisq. Naħseb li l-Onorevoli Interpellant jaqbel li mhux possibli li jiġi kkalkolat l-infiq (inkluż ukoll il-pagi ta’ min jagħmilhom) fuq rapporti u studji li jsiru, jew ikunu qegħdin jinkitbu kontinwament u ta’ kuljum mill-impjegati waqt l-operat normali ta’ kull dipartiment u entita’ tal-Gvern. Sa kemm ma jkunx iżjed speċifiku fuq din il-parti tal-Mistoqsija, li nista’ nagħmel f’dan l-istadju hu li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fit-12 ta’ Ġunju 2001 għall-Mistoqsija Numru 25542 li kienet tinkludi l-ammonti ta’ kemm ġew iqumu rapporti ppublikati mill-Ministeru tiegħi u mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi fl-1999, 2000 u fl-ewwel ħames xhur ta’ l-2001. Jekk irid nista nara li tinġabar informazzjoni simili għall-kumplament ta’ l-2001 u li tindika wkoll liema minn dawn ir-rapporti tqieghdu fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rapport — Nefqa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 31502 u cioe`: jgħid kemm fil-fatt kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus għar-rapporti u studji dwar l-operat tat-tmexxija tal-gvern u dwar l-impatt ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea li saru mill-ministeru u jew id-dipartiment u jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999, 2000 u 2001? Liema kienu dawn ir-rapporti separatament u kemm minnhom tpoġġew fuq il-mejda tal-kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Diġa' weġibt il-Mistoqsija Nru. 31502. Qed nagħti issa Tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 33503. L-informazzjoni mitluba dwar rapporti/studji marbuta mas-sħubija fl-Unjoni Ewropeja kienet tifforma parti mit-Tweġiba li tajt fit-13 ta' Frar 2001 għall-Mistoqsija Nru. 23462 għas-snin 1999, 2000, u l-ewwel xhur tal-2001. Ma ġie kummissjonat ebda rapport/studju ieħor marbut mas-sħubija fl-Unjoni Ewropeja matul il-kumplament ta' l-2001. Il-parti tal-Mistoqsija dwar "rapporti/studji dwar l-operat tat-tmexxija tal-Gvern" għadha vaga u vasta wisq. Naħseb li l-Onor. Interpellant jaqbel li mhux possibbli li jiġi kkalkolat l-infiq (inkluż ukoll il-pagi ta' min jagħmilhom) fuq in-numru li ma jispiċċa qatt ta' rapporti u studji li jsiru, jew ikunu qegħdin jinkitbu kontinwament u ta' kuljum mill-impjegati waqt l-operat normali ta' kull dipartiment u entita' tal-Gvern. Sakemm ma jkunx speċifiku fuq din il-parti tal-Mistoqsija, li nista' nagħmel f'dan l-istadju hu li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li tajt fit-12 ta' Ġunju 2001 għall-Mistoqsija Nru. 25543 li kienet tinkludi l-ammonti ta' kemm ġew iqumu l-pubblikazzjonijiet maħruġa mill-Ministeru tiegħi u mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi fl-1999, 2000, u fl-ewwel ħames xhur ta' l-2001. Jekk irid nista' nara li tinġabar informazzjoni simili għall-kumplament ta' l-2001 u li tindika wkoll liema minn dawn ir-rapporti tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.

VAT

Question

Peress li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadha ma tħallsitx lura l-VAT fuq l-ewwel propjeta' li xtrat, jista' l-Ministru jara li jsir il-ħlas dovut bla aktar telf ta' żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li mir-records ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata qatt applikat għar-rifużjoni tal-VAT fuq l-ewwel propjeta' li xtrat.
Leg 9 PQ #33207 Sitting 765 2002-07-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-istabiliment li ismu qed jintbagħat separatament għandu s-servizz ta' l-elettriku meta l-kumpannija ilha aktar minn sena ma tħallas lill-Enemalta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-provvista ta' l-elettriku ta' l-istabbiliment in kwistjoni ġiet sospiża mill-Consumer Unit tal-Konsumatur. Pero' tajjeb wieħed jgħid li fil-bini ta' l-istess stabbiliment hemm substation li tipprovdi l-elettriku lill-konsumaturi oħra.
Leg 9 PQ #33263 Sitting 765 2002-07-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Triq ta' Xtut — Qawra

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet fi Triq ta' Xtut, il-Qawra (ħdejn il-boat houses) tal-main ta' l-ilma peress li l-ħsarat ilhom jumejn pendenti u qed jinħela ħafna ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa kemm jista' jkun malajr.
Leg 9 PQ #33264 Sitting 765 2002-07-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

ATLAM sub aqua club — Premises Ġodda

Question

B'riferenza għat-talba pendenti ta' ATLAM sub aqua club sabiex jingħataw premises ġodda għall-club minħabba li l-post li jokkupaw fil-preżent huwa fi stat deterjoranti ħafna u kkundannat minn perit, jista' l-Ministru jirrimedja t-talba mill-aktar fis possibbli? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta` ma irċeva l-ebda talba mill-Atlam Sub Acqua Club sabiex jingħata xi proprjeta`. F`każ li jagħmlu dit-talba, tiġi referita lill-Kunsill Malti dwar l-Isports, u wara d-deċiżjoni tal-Kunsill, id-Dipartiment jikkonsidra t-talba.