Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet fuq moħqrija ta' l-annimali li ġew rappurtati lill-pulizija matul din is-sena ? X'passi ttieħdu u kemm ittellgħu persuni l-qorti? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
1998
1999
2000
2001
2002*
Numru ta` rapporti
13
10
31
21
18
Numru ta` persuni mressqa l-Qorti
5
6
15
11
12
* Sat-08.07.2002
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema responsabbli mit-tindif ta' xtut f'Malta matul dawn l-aħħar, 5 snin sena b'sena, u x'inhija s-sitwazzjoni llum?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li ilu snin li t-taqsima tal-Beach Cleaning kellha fiha aktar nies minn meħtieġ.
F’dawn l-aħħar ħames (5) snin l-għadd ta’ ħaddiema fit-taqsima kienu kif ġej:
Sena Nru ta’ ħaddiema
1998 129
1999 128
2000 121
2001 135
Illum hemm 104 ħaddiema responsabbli mit-tindif tax-xtut. Dawn jinkludu gradi Tekniċi, Supervisors, General Hands u Labourers. Infurmat li dan in-numru jeħtieġ jonqos aktar.
Jista' l-Ministru jaġġornani bl-iżviluppi tal-każ li resqet l-MFSC quddiem il-kummissjoni għall-kompetizzjoni ġusta dwar tariffi għolja l-introduċa HSBC?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-M.F.S.C. resqet il-każ quddiem l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta u mhux quddiem il-Kummissjoni kif qed jingħad fil-mistoqsija.
Jiena nfurmat li l-Uffiċċju dalwaqt jagħti d-deċiżjoni tiegħu. Wieħed għandu japprezza li dawn l-investigazzjonijiet bilfors jieħdu ż-żmien peress li dawn jikkomprendu kemm analiżi legali kif ukoll ekonomika. Barra minn hekk, l-Uffiċċju ħares ukoll lejn ir-regolamenti ġodda tal-banek biex jara jekk kienx hemm ukoll ksur ta' l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur apparti dak tal-Kompetizzjoni.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta' l-inħawi fejn se jiġu mħawla s-siġar fil-kampanja u partikolarment il-pjanti li jinkludu l-parti ta' l-Mtaħleb l/o Rabat?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma sar xejn sabiex ġew sostitwiti l-eluf ta' kaxxi (dugħ) mkissra sabiex il-bdiewa jkollhom aċċess aktar f'dawn il-jiem tas-sajf?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal PQ 34588.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li hemm bdiewa qed jiġu preferuti jdaħlu ħaxix u frott loose meta qed jiksru l-kundizzjonijiet stabilliti skond iċ-ċirkulari li nħarġet is-sena l-oħra mid-direttur tal-Pitkalija?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-uniku frott loose li kien qed jidħol fil-Pitkalija kien id-dulliegħ. Minn nhar it-Tnejn 15 ta' Lulju 2002, m'hux aktar permess li jidħol dulliegħ jekk mhux fil-kaxxi tad-dugħ. Jekk l-Onor. Interpellant għandu d-dettalji tal-bdiewa li qed jallega li huma preferuti li jdaħħlu ħaxix loose nitolbu jgħaddili dawn id-dettalji biex inkun nista' ninvestiga.
B'riferenza għall-mistoqsija 33083, l-Ministru qed jikkonferma l-VAT fuq l-ikel 'le' wara sħubija, iżda dazji u tariffi fuq l-ikel wara sħubija 'iva'? Jekk fin-negattiva, għaliex?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru. 33083.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-pozizzjoni tal-gvern dwar l-aħħar skoperta ta' livelli għolja tal-acrylamide li nstabu fuq prodotti ta' l-ikel inkluż ċereali tal-breakfast minbarra chips, crisps u qali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-Kummissjoni dwar is-Sigurta` fl-Ikel ilha tissorvelja l-kwistjoni dwar l-Acrylamide minn mindu din inqalet f'Mejju ta` din is-sena. Minħabba n-nuqqas ta` informazzjoni dettaljata dwar diversi aspetti li jikkonċernaw is-sigurta` ta` l-ikel u l-Acrylamide, ninsab infurmat li korpi internazzjonali inklużi l-WHO u l-FAO għadhom sa issa taw biss rakkomandazzjonjiet ġenerali f'dan ir-rigward. Ninsab infurmat li l-Kummissjoni qiegħda tanalizza informazzjoni li għadha kemm irċeviet mingħand dawn il-kopri internazzjonali u hemm il-ħsieb li permezz tad-Diviżjoni tas-Saħħa toħroġ stqarrija ta` gwida ġenerali għall-pubbliku. Il-Kummissjoni ser tkompli tissorvelja s-sitwazzjoni u tinforma lill-pubbliku bl-iżviluppi hekk kif tħoss li huwa neċessarju.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li wħud mill-kmamar ta' anzjani fl-Mtarfa home huma bla arja kkodizzjonata? Jista' jara li l-ħsara tiġi rimedjata jekk tirriżulta ħalli f'dawn iż-żminijiet ta' sħana l-anzjani ma jbatux?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-problema li kien hemm fis-sistema tal-Arja kkundizzjonata ġiet indirizzata u fil-fatt illum fi 2 biss minn 60 kamra fid-Dar tal-Anzjani, Mtarfa, għadu u ġiex restawrat dan is-servizz.
Billi l-bozza/lampa li kien hemm f'St. Augostine Str, Rabat, Malta, li kienet faċċata ta' Hospital Str, tneħħiet bir-riżultat li nħoloq dlam u inkonvenjent f'dawn il-partijiet tat-toroq, jista' l-Ministru jara li l-lampa terġa' titwaħħal immedjatament fil-post fejn kienet ilha għal dawn l-aħħar 50 sena sabiex mill-ġdid terġa' tiddawwal sija parti minn Hospital Str, u St. Augostine Str? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta. Din min-naħa tagħha ser tagħmel is-soliti verifiki u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Jista' l-Ministru jaġġorna mistoqsija parlamentari 32682 - Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati mill-ministeru u/jew dipartimenti, korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-minsteru bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? X'valur, x'oġġetti eċċ, ġew misruqa? X'passi ttieħdu? Jista' jinformana wkoll bin-numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001 - u jinformana x'inhija s-sitwazzjoni wara l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fid-dekasteru tiegħi kien hemm każ wieħed ta' serq mid-dipartiment tal-VAT.
Dan kien safe water filter li jiswa madwar Lm30. Il-każ ġie rrapurtat l-għassa tal-Pulizija ta' B'Kara u qed issir ukoll investigazzjoni nterna biex ikun stabbilit x'wassal għan-nuqqas ta' dan l-oġġett.
Jista' l-Ministru jirrimedja l-ħsarat fid-distribuzzjoni ta' l-ilma ġewwa farmhouse St. Rita, Bieb ir-Rua, fil-limiti tar-Rabat peress li ilhom mingħajr ilma minn Diċembru tas-sena l-oħra?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li minn spezzjoni teknika fis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma madwar l-inħawi fejn tinsab ir-residenza msemmija, irriżulta li l-provvista ta' l-ilma hija sodisfaċenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 32844, jista' jikkonferma li bis-sħubija ta' Malta fl-UE prodotti ta' l-ikel bi prezzijiet orħos fis-swieq internazzjonali ma jitħallewx jiġu importati f'pajjiżna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nissuġerixxi lill-Onor. Interpellant jistenna sakemm jiġu konklużi n-negozjati ma' l-Unjoni Ewropeja dwar Kapitlu 7 Agrikoltura.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33086, peress li l-persuna residenti fi Triq il-Mitħna, Rabat, Malta li dettajli tagħha qed jintbagħtu separatament qed tħallas Lm 75 lira fix-xahar kera għall-appartament tagħha, jista' jara jekk din il-persuna hix intitolata għal xi għajnuna u tistax tapplika għall-iskemi attwali tas-sussidju fuq il-kera sabiex ittaffi ftit mill-problema finanzjarji tagħha? Jekk fl-affermattiv meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li t-Tweġiba għall-Mistoqsija Numru 33086 jien tajta f'Seduta Numru 764 fit-2 ta' Lulju 2002, nitolbu jagħti parir lill-persuna ndikata biex tavviċina lill-Customer Care Unit ta' l-Awtorita' tad-Djar biex tivverifika jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet meħtieġa taħt l-Iskemi eżistenti ta' l-Awtorita'.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li qed jiġu diskussi proposti għall-ħinijiet ġodda fil-Pitkalija u cioe, li l-bdiewa jibdew jdaħlu l-biegħa fit-3.00 ta' fil-għodu flok fit-8.30am?
Response (ZAMMIT, NINU)
Naħseb li l-Onor. Interpellant qed jisma' ħafna ħrejjef u jirrepetihom meta jistqarr li l-bdiewa ser idaħħlu l-biegħa fit-3:00 ta' filgħodu! Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd ifforma 'Steering Committee for the Pitkali Change Management Program' sabiex isiru xi riformi neċessarji fil-Pitkalija. F'dan il-kumitat hemm rappreżentanti tal-bdiewa, pitkala, il-GRTU, konsumaturi u uffiċjali tal-Ministeru.
Waħda min dawn it-tibdiliet hija fil-ħinijiet tad-dħul tal-bdiewa u xerrejja. Qatt waqt xi waħda min dawn il-laqgħat ma kien propost li l-bdiewa jibdew jdaħlu l-biegħa fit-3:00 ta' filgħodu.
Fil-fatt min-nhar it-tnejn 15 ta' Lulju 2002 sa nhar il-Ħamis 26 ta' Settembru 2002 il-bdiewa kollha ser ikunu jistgħu jidħlu fil-Pitkalija kull nhar ta Tnejn u nhar ta' Ħamis fis-7:00 ta' filgħodu. Dawn il-ħinijiet ser ikunu bi prova.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li wara l-10.00 am l-bdiewa mhux isibu kaxxi (dugħ) għall-ħaxix u frott frisk?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bħal ma jaf sewwa l-Onor Interpellant, il-Pitkali Crates Ltd hija kumpanija magħmula mill-Pitkala, FCCS u l-għaqdiet tal-Bdiewa. Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ta l-post minn fejn topera l-Pitkali Crates Ltd bla ħlas. Id-Dipartiment jieħu ħsieb wkoll il-ġbir tal-ħasil tal-kaxxi u jgħaddihom lill-istess Pitkali Crates Ltd.
Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ma jindaħal xejn fl-amministrazzjoni ta' din il-kumpanija. Jekk il-Bdiewa għandhom xi lment dawn għandhom jagħmluhom lir-rappresentanti tagħhom li huma tnejn fil-Pitkali Crates Ltd.
Jista' l-Ministru jaġġorna mistoqsija 32678 (Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati mill-ministeru u/jew dipartimenti, korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? X'valur, x'oġġetti eċċ, ġew misruqa? X'passi ittieħdu? Jista' jinfurmani ukoll bin-numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001) għall-ewwel 6 xhur tas-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jaġġorna mistoqsija 32680 (Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati mill-ministeru u/jew dipartimenti, korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? X'valur, x'oġġetti eċċ, ġew misruqa? X'passi ittieħdu? Jista' jinfurmani ukoll bin-numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001) ma l-ewwel 6 xhur tas-sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li s-serqiet li saru matul iż-żmien indikat huma dawn:
1 23/03/01 2 'Batteries' Lm 64
2 26/04/01 9 Travi tal Ħadid Lm 648
3 16/07/01 1 'Sledgehammer' Lm 10
4 16/07/01 2 'Aluminium Ladders' Lm 200
5 06/12/01 2 'Batteries' Lm 64
6 19/12/01 1 Ġeneratur Lm 6000
7 31/01/02 20 'Drainage Rods' Lm 60
8 21/03/02 4 'Flash Lamps' Lm 20
9 08/05/02 15 'Traffic Barriers' Lm 375
10 10/05/02 2 Bandieri Lm 22
Dawn il-każi kollha ġew imressqa quddiem il-Pulizija.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 32679 (Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati mill-ministeru u/jew dipartimenti, korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? X'valur, x'oġġetti eċċ, ġew misruqa? X'passi ittieħdu? Jista' jinfurmani ukoll bin-numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001) għall-ewwel 6 xhur tas-sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni li qed tintalab diġa' ingħatat meta weġibt il-mistoqsija numru 32679. Infatti l-aħħar kolonna tad-dokument li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra in konnessjoni mat-tweġiba għal dik il-mistoqsija, tinkludi n-numru ta' serqiet li seħħew matul is-sena 2001 kollha u mhux biss matul l-ewwel sitt xhur ta' dik is-sena.
Jista' l-Ministru jaġġorna mistoqsija parlamentari 32681 (Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati mill-ministeru u/jew dipartimenti, korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? X'valur, x'oġġetti eċċ, ġew misruqa?X'passi ittieħdu? Jista' jinformana wkoll bin-numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001) - u jinfurmana x'inhi s-sitwazzjoni wara l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` April 2002 u t-30 ta` Ġunju 2002, kien hemm 3 każi ta` serq minn proprjeta` pubblika tad-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-Dekasteru ta` l-Intern li ġew irrapurtati lill-Pulizija għal investigazzjoni.
Infurmat ukoll illi l-valur ta` l-oġġetti misruqa kien taħt il-Lm260.
It-tagħrif għall-perijodu qabel April 2002 ingħata fit-Tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 32681.