Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34775 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Atkins Report

Question

B'riferenza għall-Atkins report li qed nibgħat kopja separatament, jista' l-Ministru jinfurmani x'investigazzjoni saret sabiex jitħares u jiġi rimedjata l-periklu fuq iċ-ċittadini u turisti li kkawża ċ-ċaqlieq tal-mini mill-pjanta oriġinali tal-proġett inkwistjoni? Min se jerfa' r-responsabbilta' kemm-il darba ma jiġix rimedjat il-periklu msemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-pjanti u r-rapporti sottomessi mill-applikant, li jikkonċernaw il-'fire safety' ventilazzjoni u d-disinn tat-triq fl-applikazzjoni għal Tigne` Sports Phase u Tigne` Link Road, ġew mibgħuta lil Civil Protection Department u l-Malta Transport Authority mid-Direttorat ta` l-Ippjanar, għall-kummenti tagħhom. Dawn iż-żewġ Dipartimenti aċċettaw dawn id-dokumenti iżda l-fireproofing, ventilazzjoni u illuminazzjoni tat-tunnel, fil-ħruġ tal-permess ta` żvilupp ġew ritenuti bħala materji li jridu jiġu approvati qabel ma jiġi kkummissjonat ix-xogħol tat-tunnel u suġġetti għall-approvazzjoni tal-Malta Transport Authority.
Leg 9 PQ #34776 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Atkins Report

Question

B'riferenza għall-Atkins report li qed nibgħat kopja separatament, jista' l-Ministru jinfurmani x'investigazzjoni saret sabiex jitħares u jiġi rimedjata l-periklu fuq iċ-ċittadini u turisti li kkawża ċ-ċaqlieq tal-mini mill-pjanta oriġinali tal-proġett inkwistjoni? Min se jerfa' r-responsabbilta' kemm-il darba ma jiġix rimedjat il-periklu msemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Awtorita’ tal-Ippjanar u tal-Ambjent.
Leg 9 PQ #34777 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

FAO

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 31375 għas-sena 1998? Meta kien żar Malta id-direttur ġenerali tal-FAO?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-Direttur Ġenerali tal-FAO kien żar Malta bejn it-12 u l-14 ta' April 1997, meta l-istess Onor. Membru kien Ministru. Nerġa' ntenni li ma jirriżulta mkien li kien sar xi ftehim bejn il-Ministeru tal-Biedja u Sajd u l-FAO. Jekk l-Onor. Interpellant, bħala l-Ministru responsabbli dak iż-żmien, għandu xi kopja tal-ftehim li qed jgħid li sar, napprezza ħafna jekk jgħaddili kopja.
Leg 9 PQ #34778 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Safar — Nefqa

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34030, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-flus tan-nefqa tas-safar intefqet sabiex intbagħtu żgħażagħ/studenti mill-kulleġġ tal-biedja sabiex jitħarġu fuq produzzjoni agrikola organika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li peress li l-Mistoqsija Parlamentari kienet tittratta "n-nefqa f'ċifra ta' flus f'safar ministerjali u dipartimentali tal-Ministeru", din ma kinitx tinkludi l-programmi varji segwiti mill-istudenti. Informat ukoll li bejn Jannar u Mejju l-istudenti tal-Kulleġġ Agrikolu kellhom opportunita` ta' tlett skambji-korsijiet barra minn Malta. Wieħed minnhom kien kors dwar id-dwieli fil-Collegio di Agricoltura rosalini fl-Italia. Dan il-kors kien jinkludi l-produzzjoni agrikola tad-dwieli. Programm ieħor fi Brietel College of Agriculture fi Franza kien jinkludi prattika flimkien ma studenti Franċiżi f'ażjendi differenti fosthom xi wħud li jipprattikaw l-agrikoltura organika. La l-Ministeru u lanqas id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma ġew involuti fi spejjeż biex sar dan it-taħriġ.

Baħrija — Triq Prinċipali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata t-tarmac it-Triq Prinċipali tal-Baħrija din is-sena jew d-dieħla? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus ivvutata għall-għoti tat-tarmac tat-Triq Prinċipali tal-Baħrija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qabel it-triq prinċipali tal-Baħrija tiġi reconstructed hemm programm estensiv ta' toroq bi prijoritajiet akbar li jrid isir xogħol fuqhom fis-snin li ġejjin. Madanakollu minħabba l-ħsara li fiha din it-triq id-Direttorat għat-Toroq ser ikollu jagħmel xogħol biex din il-ħsara titranġa. Id-Direttorat stabbilixxa li biex il-patching tal-pot holes f'din it-triq isir, l-ispiża kienet taqbeż Lm80,000 u peress li nstab li jkun irħas li jingħata carpet ta' tarmak fit-triq minn flok, ħarġet sejħa għall-offerti sabiex dan il-carpet ikun jista' jsir.
Leg 9 PQ #34780 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bid-dettall li jiena tlabt f'mistoqsija 32740, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista' ta' 87 prodott ta' l-ikel li se jkunu suġġett ta' kwota u tariffa wara li Malta ssir membru ta' l-UE kif spjegat fit-tweġieb tiegħu fis-seduta 720?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nerġa' nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jirriferi għat-TARIC ta' l-Unjoni Ewropea, fejn isib l-informazzjoni kollha.
Leg 9 PQ #34743 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Enterprises

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'jiġri mill-impjiegi tal-management u tal-ħaddiema ta' l-IPSE, MDC u METCO issa li tħabbar 4 ġimgħat ilu mill-gvern li sa l-aħħar ta' din is-sena se jiġu ffurmati f'organizzazzjoni waħda cioe', l-Malta enterprises?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nikkonferma li huwa l-ħsieb li tiġi ikkonsolidata taħt entita' waħda bl-isem ta' Malta Enterprise il-funzjoni li bħalissa qiegħdin ikopru l-MDC, il-METCO u l-IPSE. Dan ser isir bil-għan li dawn il-funzjonijiet ikunu koperti b'mod aktar integrat u għaldaqstant b'mod aktar effettiv. Fi ħdan il-Malta Enterprise ser jiġu inkwadrati dawk l-uffiċċjali u ħaddiema oħra mit-tlitt entitajiet imsemmija li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet li għalihom qed tiġi stabbilita' l-Malta Enterprise. Bħalissa għadu għaddej eżerċizzju sabiex jiġi determinat fid-dettal il-complement meħtieġ. Meta dan jitlesta jinfetħu diskussjonijiet mal-ħaddiema konċernati u mar-rappreżentanti tagħhom. Diġa' intqal li dan il-proċess ta' ristrutturar mhux ser iwassal għal telf ta' impjiegi.
Leg 9 PQ #34744 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja — Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' għaqdiet, assoċjazzjonijiet, korporattivi tal-bdiewa u raħħala li qablu mat-tneħħija tal-levy tal-biedja? X'kienu r-raġunijiet li matul l-1999 u 2000 qal li l-levy se tibda titneħħa wara li nidħlu fl-UE u issa bdiet titneħħa meta għadna barra mill-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant jaf biżejjed li t-tneħħija tal-levies trid issir nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea u nisfidah li bil-mudell ta' Svizzera fil-Mediterran iġib garanzija lill-poplu Malti mill-Unjoni Ewropea li l-levies jinżammu ad eternum.
Leg 9 PQ #34745 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ġonna tal-Buskett

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li l-ġonna tal-buskett tħallew daqstant jiddeterjoraw matul l-1999, 2000, 2001 u fl-ewwel 6 xhur ta' din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kuntrarjament għal dak li qed jingħad mill-Onor. Interpellant qegħdin isiru diversi xogħlijiet ta' tiswija fuq ħitan tas-sejjieħ kemm mill-ħaddiema tat-Taqsima għas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali kif ukoll mill-ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet. Sar rapport minn perit fuq strutturi perikolużi fil-Buskett. Sar ukoll pjan ġenerali li dwaru t-Taqsima qed tistenna xi kummenti mingħand l-Awtorita' dwar it-Turiżmu.
Leg 9 PQ #34746 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Traffiku

Question

B'riferenza għal mistoqsija 32589 (Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kollużżjonijiet tat-traffiku apportati lill-pulizija matul l-ewwel tliet xhur tas-sena u kemm dawk bumper to bumper? Kemm kien in-numru ta' inċidenti tat-traffiku fatali f'dan il-perjodu?), jista' l-Ministru jaġġornani sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar in-numru ta` kolliżżjonijiet tat-traffiku u inċidenti tat-traffiku fatali għax-xhur minn April sa Ġunju 2002 hu kif ġej:- Total ta` kolliżżjonijiet - 3,721 Dawk minnhom fatali - 5
Leg 9 PQ #34747 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ġonna tal-Buskett

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar l-iżviluppi ta' mistoqsija 32588 - b'referenza għall-istat ħażin li jinsabu fih il-ġonna tal-buskett, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li saru matul l-1999, 2000, 2001 u l-2002 dwar din is-sitwazzjoni? X'kienu r-raġunijiet li minkejja li skond il-ministru kellhom isiru x-xogħlijiet fir-Razzett tal-Bagħal matul dawn l-aħħar tlett snin, il-bini tar-razzett kompla ġġarraf aktar - ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 34745.

Atkins Report

Question

B'riferenza għall-Atkins report li qed nibgħat kopja separatament, jista' l-Ministru jinfurmani x'investigazzjoni saret sabiex jitħares u jiġi rimedjata l-periklu fuq iċ-ċittadini u turisti li kkawża ċ-ċaqlieq tal-mini mill-pjanta oriġinali tal-proġett inkwistjoni? Min se jerfa' r-responsabbilta' kemm-il darba ma jiġix rimedjat il-periklu msemmi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-rapport imsemmi mill-Onor. Interpellant ġie ppreparat mill-kumpanija li tmexxi l-Fortina Hotel u ngħata lid-Direttorat ta' l-Ippjanar. Għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Safar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34024, jista' jgħid kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus f'safar ministerjali u dipartimentali tal-ministeru għax-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu April u Mejju ta' din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #34704 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mit-talba sabiex tinxtgħel l-Imtarfa by-pass? Peress li issa jinsabu għaddejja x-xogħlijiet fuq din il-bypass, jista' l-Ministru jara li jekk għandu jsir il-cable tad-dawl, isir issa ħalli ma jkunx hemm għalfejn terġa' tinqala' t-triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-talba biex isir cable fl-Imtarfa qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Leg 9 PQ #34705 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Lotterija Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus tal-biljetti tal-lotterija Nazzjonali li ntrebħu matul is-sena li għaddiet u din is-sena li baqgħu ma nġabrux?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' Lm7,100 jirrapreżenta rebħ li ma nġabarx għall-Lotteriji Nazzjonali li telgħu fl-2001; filwaqt li l-ammont ta' Lm3,600 huwa rebħ li ma ġiex miġbur fl-2002 għall-Lotteriji Nazzjonali ta' Frar u April, 2002. Billi r-rebħ għall-Lotterija Nazzjonali li telgħet f'Ġunju ta din is-sena għadu validu mhux possibbli li jingħad kemm il-premju ma ġiex miġbur.

Ilma tat-Tisqija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li l-ilma għat-tisqija mill-impjant ta' Sant' Antnin qed jintrema minħabba li jkolu livell għoli ta' salinita'? X'jikkawża dan il-livell għoli ta' salinita' u kemm intrema volum ta' ilma u fejn intrema?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #34707 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar mistoqsiji 32739 u 31093 dwar vultaġġ ta' dawl baxx fil-Baħrija l/o Rabat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-linji tad-dawl li hemm fl-inħawi msemmija ġew imsaħħa biex tittaffa l-problema. Barra minn hekk hemm il-pjan biex tinbena substation ġdida biex tissupplixxi lil din iż-żona peress li s-substation eżistenti tinsab xi ftit imbiegħda. Bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta qed tfittex art fejn is-substation il-ġdida tkun tista' tinbena.
Leg 9 PQ #34742 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz li jħallsu l-bdiewa għall-varjeta' Sante din is-sena u kemm kien ta' l-Alpha? Kemm kien il-prezz taż-żriegħ għal xkora Alpha għall-bdiewa u kemm kien għal xkora Sante ta' dan l-istaġun?

Response (ZAMMIT, NINU)

Din is-sena l-bdiewa se jieħdu ħlas ta' Lm11.30-il qantar kemm għall-patata esportata Alpha kif ukoll Sante' bħal ma ħabbart fl-Imnarja. B'riferenza għall-prezz tal-patata taż-żriegħ, nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġibit li kont tajt s-sena li għaddiet u ta' qabilha għall-mistoqsijiet numri 26996 u 18535 fejn kont fakkart li t-Taqsima għas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali hi risponsabbli mill-importazzjoni ta' l-Alpha biss. Din inbiegħet bħas-sena ta' qabel bil-prezz ta' Lm9.25 kull xkora ta' 50kgs. Rigward il-varjetajiet l-oħrajn kollha dawn ikunu mpurtati mill-aġenti rispettivi tagħhom.
Leg 9 PQ #34663 Sitting 778 2002-07-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Private Public Partnership

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' proġetti taħt l-iskema tal-Private Public Partnership? Liema huma u kemm tinvolvi f'ċifra ta' flus kull proġett?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt fit-8 ta’ Lulju 2002 għall-Mistoqsija Numru 34475.
Leg 9 PQ #34664 Sitting 778 2002-07-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja — Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'Settembru u Jannar li ġejjin, hux se jerġgħu jitnaqqsu l-levies tal-biedja? Jekk fl-affermativ, jista' jipprovdi lista tat-tnaqqis?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nista' nikkonferma li f'Settembru li ġej se titnaqqas biċċa żgħira mill-levies fuq dawk il-prodotti li fl-1 ta' Lulju ma tneħħitx parti mill-levy. F'Jannar tas-sena d-dieħla titneħħa biċċa oħra mill-levies fuq prodotti agrikoli. Lista ta' prodotti li fuqha se titneħħa il-levy tiġi ppubblikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern.