Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34972 Sitting 785 2002-09-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Irżieżet

Question

Jista' l-Ministru jgħid skond in-normi tal-liġijiet ta pajjiżna l-bdiewa huma permessi li jbiegħu frott u ħxejjex dirett mill-irżieżet tagħhom? Hemm xi proċeduri partikolari li l-bdiewa jridu jsegwu sabiex jkunu jistgħu jbiegħu huma stess mill-irżieżet tagħhom? Jirrikjedu xi permess? Minn huma l-awtoritajiet kompetenti li qed jimponu kontra dan id-dritt tal-bdiewa? U għaliex qed jimponu kontra dan id-dritt tal-bdiewa Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li ma hemm xejn xi jżomm lill-bdiewa li jbiegħu frott u ħxejjex direttament mill-għalqa tagħhom (farm gate). Sa fejn hu magħruf ħadd ma qed iżomm lil xi bdiewa li jbiegħu prodotti agrikoli mill-għalqa tagħhom.
Leg 9 PQ #34996 Sitting 785 2002-09-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'benefiċċji, kumpens finanzjarju, kundizzjonijiet, mobile phones, karozzi eċċ għandhom il-membri tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #34823 Sitting 784 2002-09-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mellieħa — Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li 'il fuq minn 25 bidwi fl-aħrax tal-Mellieħa fil-parti magħrufa tal-Madonna, stqarrew miegħi li qabel it-2 ta' Lulju ħadd mid-dipartiment tal-biedja ma kelliemhom jew provdilhom ilma, kif weġibt int għall-mistoqsija tiegħi, tista' jekk jogħġbok tiprovdi l-ilma, peress li barra n-nixfa ta' uċuħ tar-raba' hemm l-annimali fl-inħawi li huma milquta' ukoll? Meta u min huwa l-persuna li l-bdiewa jridu jikkuntatjaw?

Response (ZAMMIT, NINU)

Wara li sar survey minn nies tat-Taqsima għas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali, bil-kooperazzjoni tal-bdiewa tal-post, ta' l-art milquta minn nuqqas ta' ilma, qed isiru arranġamenti biex min irabbi l-bhejjem ikun pprovdut bl-ilma għalihom. Jien infurmat li hu mpossibli li jingħata ilma bil-bowser għall-uċuħ tar-raba minħabba l-kobor ta' l-art milquta u minħabba li m'għamlitx xita biżżejjed biex ikun hawn ħażna adekwata ta' ilma. Nerġa nfakkar lill-Onor. Interpellant li l-volum ta' ilma fl-aquifers ma jiddependix mid-Dipartiment iżda huwa marbut ma kemm tagħmel xita u ma kemm isir ippumpjar ta' ilma mill-istess aquifers.

Rabat — Triq Prinċipali

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar dak li ntqal dwar it-Triq Prinċipali tal-Baħrija l/o Rabat mill-Ministeru fid-dawl li jirriżulta lid-dipartiment tat-toroq ħareġ fil-fatt sejħa għall-offerti sabiex isiru x-xogħlijiet li l-ministru ħabbar li mhux se jsiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn x'inżid mar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 34779.

Triq Kola Xara — Rabat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-ilmenti li resqu r-residenti ta' Triq Kola Xara r-Rabat dwar il-periklu kawżat mill-volum tat-traffiku li saret tirċievi din it-triq? Meta tresqu l-ilmenti mill-kunsill lokali tar-Rabat f'isem ir-residenti ta' Triq Kola Xara lill-Ministeru tiegħek? Għaliex din it-triq għadha ma saritx one way. Jista' l-Ministru jara li jiġi nvestigat urġentament dan il-każ u jara li t-triq Kola Xara fir-Rabat issir one way immedjatament? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-sistema tat-traffic flow fir-Rabat hija waħda komplessa u ma tinvolviex biss b'bidliet fi Triq Kola Xara iżda t-toroq kollha fl-inħawi. Id-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku irċieva suġġerimenti mill-Kunsill Lokali tar-Rabat biex is-sistema tiġi aġġornata u l-ilmenti kollha li saru mir-residenti tar-Rabat għadhom qed jiġu mistħarġa.

Pjazza tal-Baħrija

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta' kif se tiġi żviluppata l-pjazza tal-Baħrija l/o Rabat

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-proġett tal-ġnien fil-Pjazza tal-Baħrija qed jiġi mwettaq mill-Kunsill Lokali tar-Rabat.
Leg 9 PQ #34966 Sitting 784 2002-09-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Rata tal-Kambju

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 33673, jista' l-Ministru jgħid x'se jkunu l-fatturi li jikkontrollaw kif tiddevja sa 15% il-fuq jew l-isfel biss, ir-rata tal-kambju tal-lira Maltija?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwelnett irid jingħad li mhux bilfors li r-rata tal-kambju ta’ munita tiddevja mir-rata ċentrali tagħha. Fil-fatt il-lira Maltija ilha snin twal ma tiddevja b’dan il-mod. Dan għaliex id-domanda fis-suq għall-lira Maltija qatt ma kienet la qawwija żżejjed u lanqas dgħajfa żżejjed. Dan huwa sinjal ta’ ekonomjia stabbli u ta’ fiduċja fil-lira Maltija minn naħa ta’ investituri Maltin u barranin. Jista’ jiġri pero’ li jekk għal xi raġuni jkun hemm dħul qawwi ta’ flus barranin u allura domanda kbira ħafna għall-lira Maltija, tinħoloq pressjoni biex ir-rata tal-kambju titqawwa. Jekk jiġri bil-maqlub u jkun hemm ħruġ qawwi ta’ flus mill-pajjiż, tinħoloq pressjoni biex il-valur tal-lira jonqos. L-eżistenza ta’ ‘band’ ta’ 15% ‘l fuq jew ‘l isfel, u li tapplika għall-pajjiżi kandidati kollha, hija ntiża preċiżament sabiex pressjonijiet eventwali ta’ din ix-xorta jkunu jistgħu jiġu akkomodati. Fil-prattika, l-esperjenza ta’ pajjizi li diġa ssieħbu fl-UE tgħallem li meta pajjiż jissieħeb ma’ l-UE, u jkun allura immodernizza l-ekonomija tiegħu għal dan il-għan, jattira iżjed investiment u jibda jikber b’rata iżjed mgħaġġla w għalhekk x’aktarx ikun hemm tendenza li l-munita tiegħu tapprezza.
Leg 9 PQ #34967 Sitting 784 2002-09-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Rata tal-Kambju

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 33673, jista' l-Ministru jikkonferma kif se tiġi stabilita r-rata tal-kambju bejn il-lira Maltija u l-Euro?

Response (DALLI, JOHN)

Qabel ma Malta tibda tipparteċipa fl-ERM ir-rata tal-lira kontra l-euro tkun stabbilita skond kif jiddeterminha f’dak il-waqt il-basket ta’ muniti li jagħmel il-lira Maltija.
Leg 9 PQ #34787 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwettqu l-iżviluppi li semma', sabiex jerġgħu jiftħu fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum iċ-ċentri tas-saħħa tar-Rabat, Bormla, Qormi u B'Kara? Kemm fil-fatt ilhom li ssospendew dan is-servizz fuq bażi ta' 24 siegħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma hemm l-ebda żvilupp ġdid li jippermetti il-ftuħ taċ-Ċentri tas-Saħħa msemmija fuq bażi ta` 24 siegħa. Dawn iċ-Ċentri ilhom joperaw fuq servizz ristrett minn Mejju 2000.
Leg 9 PQ #34788 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Programm Edukattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' annimali li jintużaw għall-programm edukattiv 'ngħożżu l-biedja' fl-Għammieri li nbiegħu matul l-1999, 2000, 2001 u din is-sena? X'kienet r-raġuni li nbiegħu u kemm daħlu fi flus għalihom?

Response (ZAMMIT, NINU)

----------------- Jien infurmat li l-bejgħ ta' l-annimali li kienu jintużaw fil-programm edukattiv ' ngħ oż ż u l-biedja' fl-Għammieri sar kif ġej: 1999 2000 2001 2002 Rhea -- -- -- -- Lama -- 1 -- -- (Lm162.90) Ponies -- 1 -- 3 (Lm 20.00) (Lm316.00) Pigmy Goats -- 1 3 -- (Lm 11.00) (Lm 24.00) Dawn l-annimali nbiegħu għaliex minħabba wild kien hemm numru ta' annimali żejda.

Mtarfa Home

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar it-talba skond mistoqsija 32778, b'referenza għat-talba pendenti tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament sabiex tidħol f'Mtarfa home, jista' jikkunsidra l-urġenza tal-każ, kawża taċ-ċirkustanzi familjari? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif diġa' għidt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Numru 32778 li jien tajt f'Seduta Numru 762, il-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed jiġi trattat bħala wieħed urġenti. Dwar id-data meta din il-persuna tiddaħħal fid-Dar ta' l-Anzjani ta' l-Imtarfa jiddependi mid-disponibbilta' ta' sodda fid-dipendent ward.
Leg 9 PQ #34790 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Tindif tal-Bajjiet — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li sabiex isir it-tindif tal-bajjiet ta' l-Għadira, l-Għarmier, Ċirkewwa, t-Torri l-Abjad u l-bajja ta' Kejli qabel kien hemm madwar 20 ħaddiema u llum hemm biss madwar 6 jew 8 ħaddiema? Kif jispjega l-fatt li minkejja li naqas in-numru ta' ħaddiema mhux jdaħħal il-ħaddiema fuq bażi ta' overtime is-sibtijiet u l-ħdud, imma jdaħħalhom fuq bażi time off?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li n-numru ta’ ħaddiema fis-sezzjoni tal-Beach Cleaning li jaħdmu fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta hu tmintax (18). Dan in-numru jinkludi wkoll il-ħaddiema li nadfu l-bajjiet imsemmija. Kull sajf il-ħaddiema tan-naħa ta’ fuq ikollhom igħinuhom skond il-ħtieġa ħaddiema minn lokalitajiet oħra. Dan isir fuq bażi ta’ roster. Peress li dawn il-ħaddiema għandhom arranġamenti speċjali dwar il-ħinijiet tax-xogħol allura qatt ma nħasset il-ħtieġa li dawn jitħallsu overtime.

Rabat — Vjal il-Ħaddiem

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk huwiex qed ikun ikunsidrat li parti minn Vjal il-Ħaddiem, fir-Rabat li tinsab fil-Qasam tad-Djar fil-parti ta' bejn Hse 7 u 13 ssir one way? Jekk le, jista' jara li tiġi studjata din il-possibbilta' peress li triq ġiet perikoluża issa li l-bankina dejqet ħafna l-aċċess għal żewġ karozzi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn stħarriġ li għamel id-Direttorat għall-Maniġġ tat-traffiku jirriżulta li l-parti tat-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija wiesgħa biżżejjed biex it-traffiku jgħaddi f'direzzjoni opposta mingħajr ebda periklu. Ghaldaqstant m'hemm ebda ħsieb ta' ntroduzzjoni ta' one way fit-triq inkwestjoni.
Leg 9 PQ #34822 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid skond ir-rekords kemm huwa n-numru ta' ġibjuni ta' reservoirs ta' l-ilma tax-xorb li għandna f'Malta u kemm huwa n-numru tal-ġibjuni li jintużaw għall-ħażna ta' l-ilma tat-tisqija? Kemm minn dawn jeħtieġu manutenzjoni u kemm minnhom għadhom jintużaw u jinsabu f'kundizzjoni tajba li jirċievu u jżommu l-ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha għoxrin ġibjun li jintużaw għall-ħażna ta' l-ilma tax-xorb u dawn il-ġibjuni huma miżmuma fi stat tajjeb ta' manutenzjoni. Skond l-arkivji tal-Korporazzjoni, in-numru ta' ġibjuni li jintużaw għall-ilma tat-tisqija jew għal użu sekondarju huwa ta' mija u ħdax. Il-kundizzjoni ta' dawn il-ġibjuni tvarja minn wieħed għall-ieħor. Naturalment ġibjun ta' l-ilma dejjem ikollu bżonn ta' manutenzjoni.
Leg 9 PQ #34781 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Safar — Nefqa

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34029, tista' l-Ministru tinfurmani kemm mill-flus tas-safar intefqu sabiex intbagħtu żgħażagħ għawdxin jitħarġu fuq il-produzzjoni agrikola organika?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul ix-xahar ta' Marzu, grupp ta' ħmistax­il bidwi flimkien ma' xi uffiċċjali oħra, attendew seminar ta' tlettax­il jum fil­Ġermanja li kien jinkludi sessjonijiet fuq produzzjoni organika. Dan is­seminar ġie organizzat mill­Ministeru għal Għawdex taħt programm ta' skambji li l­Ministeru għandu mal­Akademie Klausenhof. L­ispiża nvoluta kienet ta' Lm180.30.
Leg 9 PQ #34782 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Rziezet Reġistrati

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm huwa n-numru ta' rziezet tat-tjur reġistrati f'Malta u Għawdex u kemm minhom jiproduċu summien u dundjani?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li n-numru ta' rziezet tat-tjur reġistrati f'Malta u Ghawdex hu ta' 441. Dawn huma maqsuma 98 Għawdex u 343 Malta. F'Malta hemm żewġ reġistrazzjonijiet bis-summien u 13 bid-dundjani. F'Għawdex hemm 11-il reġistrazzjoni bid-dundjani.
Leg 9 PQ #34783 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani bit-tagħrif li jien tlabt skond mistoqsija 32741, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista' ta' 539 prodott ta' ikel li fuqhom se jkun hemm special safeguards ta' l-agriculture products li l-UE għanda reġistrati mad-WTO wara li Malta ssir membru ta' l-UE kif spjegat fit-tweġieb tiegħu fis-seduta 720?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nerġa' nirriferi l-Onor. Interpellant għall-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-WTO, li sar qabel u jifforma parti mill-ftehim ta' Maarachesch.
Leg 9 PQ #34784 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Ġarr ta' Skart fil-Bajjiet — Trakkijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' trakkijiet li qed jintużaw sabiex iġorru l-iskart tal-bajjiet fil-preżent? X'tip ta' trakkijiet huma u kemm huwa l-ħlas kuljum għal kull truck? Jista' jirrispondi l-mistoqsija għas-snin 1998, 1999, 2000, u 2001?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li n-numru ta’ trakkijiet li qegħdin jintużaw sabiex iġorru l-iskart tal-bajjiet fil-preżent huwa ta’ tmienja (8). Mis-sena li għaddiet id-Dipartiment tat-Turiżmu għall-ewwel darba kera żewġ compactors biex ikun jista’ jlaħħaq aħjar max-xogħol. Fis-snin 1998, 1999 u s-sena 2000 (sa l-aħħar ta’ Settembru) kien hemm tnejn u għoxrin (22) trakk. Mill-1 ta’ Ottubru, 2000 dawk li kienu jaħdmu bħala impressed drivers ġew impjegati mal-gvern bħala labourers b’żieda ta’ allowance tat-trakk li hija ta’ Lm5.197 kuljum kif stipulata f’MF Circular No 2/2000. Fis-snin 1998, 1999 u s-sena 2000 (sa l-aħħar ta’ Settembru) dawn it-trakkijiet kienu jitħallsu fuq is-sistema ta’ l-impressed. Il-ħlas kien kif ġej: Sena Ħlas Kuljum 1998 Lm14.285 1999 Lm15.241 2000 Lm15.637 Dawn it-trakkijiet huma tat-tip ‘Tipper’ ta’ 5 tunellati u 7 tunellati.
Leg 9 PQ #34785 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Safar

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34032, kemm minn nefqa ta' Lm 38,137 intnefqu sabiex jintbagħtu żgħażagħ, ħaddiema mad-dipartiment tal-biedja, jitħarrġu fuq il-produzzjoni agrikola u kemm fuq il-landscaping urban u rurali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li spejjeż imħallsa bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena għall-taħriġ barra minn Malta ta' impjegati fid-Dipartimenti tal-Biedja u tas-Saħħa tal-Pjanti kienu jammontaw għal Lm 4,636. Kien hemm okkażjonijiet fejn taħrig ingħata bla ħlas mill-istituzzjoni barranija kif ukoll kienu provduti faċilitajiet. Wieħed mill-impjegati għadu għaddej bit-taħriġ. L-ispejjeż għal taħriġ ta' impjegati barra minn Malta ma kinux inklużi fiċ-ċifra li ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija 34032. Dan għaliex iċ-ċifra mogħtija kienet tirreferi għal safar konness ma' 'conference' jew 'working'.
Leg 9 PQ #34786 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders li ingħataw mid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mill-2000 sa llum? X'jinvolvu dawn ix-xogħlijiet u x'inhu l-valur tax-xogħol li sar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fil-perjodu msemmi mill-Onor Interpellant ingħataw "Direct Orders" dwar xogħlijiet u ħwejjeġ simili kif indikat hawn taħt : Taqsima għas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali 2000 Lm Trasport ta' Materjal: 237.25 Servizzi Professjonali: 184.00 Xogħol urġenti fil-Fiddien: 1,147.70 Ħlasijiet: 126.50 Twaħħil ta' rħama: 217.00 Servizzi Professjonali: 330.00 Tindif ta' laboratorji: 329.61 Tindif ta' laboratorji: 239.20 Ġarr ta' Container: 155.25 2001 Lm Servizzi Professjonali: 251.25 Ġarr u clearence ta' containers: 574.00 Servizzi Professjonali: 143.75 Servizzi Professjonali: 172.50 Servizzi Professjonali: 1,497.50 Servizzi Professjonali: 485.00 Tiswija ta' serra: 203.99 Servizzi Professjonali: 460.00 2002 Lm Ġarr u clearence ta' containers: 602.00 Ġarr u clearence ta' containers: 114.96 Xogħol urġenti fuq il-main sewer fl-AR&DC: 230.00 Servizzi Professjonali: 565.00 Estensjoni ta' toilets: 475.00 Bini ta' ħajt fil-Ġonna ta’ San Anton: 402.00 Taqsima għall-Konservazzjoni u l-Kontroll tas-Sajd 2000 Lm Slipways: 199 2001 Lm Slipways: 13,801.90 2002 Lm Slipways: 8,096.10 Dawn id-Direct Orders ingħataw għax ma kienx hemm min jagħti offerti oħra.