Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35407 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-mobile phone tal-Ministeru u tas-segretarjat privat bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-ispiza globali tal-“mobile phones” tal-Ministeru u tas-segretarjat privat tieghi bejn Jannar u Awissu ta’ din is-sena kienet ta’ Lm6,915.55.
Leg 9 PQ #35408 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-mobile phone tal-Ministeru u tas-segretarjat privat bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena?

Response (BORG, JOE)

L-ispiża globali tal-mobile phones tal-Ministeru, inklużi ta' l-Ambaxxati kollha li qegħdin barra minn Malta, bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena tammonta għas-somma ta' LM17,660.87.
Leg 9 PQ #35353 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Rziezet Reġistrati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 34782, jista' il-Ministru jinfurmani x'sussidji ta' flus ingħataw sabiex dawn il-produtturi tat-tjur jaġġornaw mar-regoli ta' l-UE matul dawn l-aħħar 4 snin? Kemm minn dawn is-sussidji ta' flus ingħataw mill-Gvern Malti u kemm mill-UE? Kemm kienet l-għajnuna globali għall-produtturi Għawdxin u kemm għall-Maltin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-produtturi tat-tjur bdew jieħdu sussidju għar-ristrutturar mill-1 ta' Lulju ta' din is-sena taħt l-iskema SMPPMA. Dan il-pakkett ta' għajnuna qed ikun negozjat ukoll ma' l-Unjoni Ewropea. L-Onor. Interpellant għandu jifhem li l-għajnuna mill-UE għall-biedja tiġi bis-sħubija u mhux billi nibqgħu barra kif irid l-istess Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #35354 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Importazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 34783, jista' il-Ministru jindika liema minn dawn il-kundizzjonijiet ta' kontrolli speċjali fuq l-importazzjoni tal-prodotti ta' l-ikel u tal-biedja se jaffetwaw b'mod negattiv u/jew pożittiv lill-Maltin u l-Għawdxin qabel u wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu u jgħid għal liema kundizzjonijiet ta' kontrolli speċjali fuq l-importazzjoni tal-prodotti ta' l-ikel u tal-biedja qiegħed jirreferi.
Leg 9 PQ #35355 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Servizzi Professjonali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 34786, jista' il-Ministru jgħid min kienu l-persuni jew aġenziji li pprovdew servizzi professjonali u x'natura ta' servizzi jinvolvu dawn is-servizzi professjonali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Is-servizzi professjonali kienu servizzi ta' periti minn David Xuereb & Associates u l-Perit Joseph Camilleri.
Leg 9 PQ #35356 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jara li jiġu investigati u rimedjati l-ilmenti tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba li l-ħsarat f'oġġetti domestiċi u inkonvenjent kbir li qed ikolhom kawża ta' qtugħ fil-provvista tad-dawl u minn provvista ta' dawl baxx? Jista' jara li din il-problema tiġi rimedjata immedjatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta, irriżulta li kien hemm bżonn ta' manutenzjoni. Dan ix-xogħol sar u l-provvista ta' l-elettriku ġiet għan-normal kif stabbilit mir-regolamenti ta' l-elettriku.
Leg 9 PQ #35357 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Direct Orders

Question

Jista' il-Ministru jinfurmani fejn twaħħlet l-irħama msemmija fil-mistoqsija 34786 u x'kienu x-xogħlijiet urġenti fil-Fiddien u kemm ħadu żmien, kif referuti fl-istess mistoqsija?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-irħama, li fil-fatt hi plakka ta l-iStainless Steel, twaħħlet fil-post fejn kienet il-plakka oriġinali, bid-differenza li din ġiet ingastata fil-blokka tal-konkrit biex tkun diffiċli li terġa' tinsteraq. Ix-xogħlijiet urġenti li saru fil-Fiddien fis-sena 2000 kienu t-tindif ta' l-ewwel żewġ diegi li kienu mtlew bin-naqal ta' maltemp preċedenti u li kien hemm il-periklu li dan jibqa' nieżel aktar 'l isfel fil-Wied. Dan kien jagħmilha aktar diffiċli biex jitnaddaf. Ix-xogħol dam sejjer sebat ijiem.
Leg 9 PQ #35402 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li l-gvern qed ineħħi l-protezzjoni tal-levies tal-biedja meta l-UE stess ħalliet u cioe' baqgħet timponi tagħha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 35275 waqt is-Seduta numru 793.

Rabat Malta — Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ikkawża l-fawrar tad-drenaġġ fl-inħawi ta' Triq in-Nigret u partijiet minn Vajl il-Ħaddiem ir-Rabat Malta? Meta se jiġi irranġat u irrimedjat dan l-inkonvenjent li qed jikkawża irwejjaħ insopportabbli kważi matul il-jiem tal-ġimgħa kollha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ ma rriżultalux illi riċentement kien hemm xi fawran tad-drenaġġ fl-inħawi ta' Triq in-Nigret u Vjal il-Ħaddiem, Rabat. Minn spezzjonijiet li saru, ma rriżulta ebda inkonvenjent, kif allegat fil-mistoqsija.
Leg 9 PQ #35273 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

KPH

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ikkawża n-nuqqas ta' qbil mill-Koperattiva tal-Produtturi tal-Ħalib dwar l-aħħar proposti ġodda tal-Ministeru tal-Beef Intervention Scheme? X'kienu r-raġunijiet li nhar it-tnejn 3 ta' Settembru 2002 ir-raħħala ma niżlux bhejjem għall-qatla taċ-ċanga friska?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li bl-introduzzjoni ta' ħlas dirett lill-produttur il-kumpens għall-Beef Intervention Scheme se jingħata direttament lill-produttur u dawn iridu jnaqqsu l-prezz biex il-biċċiera jkunu jistgħu jbiegħu l-karkassa kollha. Sal-lum għadhom għaddejjin in-negozjati bejn il-partijiet konċernati.
Leg 9 PQ #35274 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Fabbrika tal-Ħalib

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li matul dawn l-aħħar 4 snin ma nbnietx il-fabbrika l-ġdida tal-ħalib? Fejn huwa s-sit li qed jippoponi l-Gvern għall-iżvilupp ta' din il-fabbrika? Jista' jpoġġi kopja tal-pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-kumpannija Malta Dairy Products iddeċidiet li għalissa ma tibnix fabbrika ġdida u minflok iġġedded il-fabbrika li għandha fil-Ħamrun. Fil-fatt, il-kumpannija qed tinvesti biex il-fabbrika tilħaq standards internazzjonali sas-sena 2003. Dan qed isir ukoll bl-għajnuna tat-Taqsima ta’ l-Ikel u Attività Veterinarja fi ħdan il-Ministeru ta’ l-Agrikultura u Sajd, kif ukoll bl-għajnuna ta’ konsulenti barranin.
Leg 9 PQ #35275 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

FOI

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li l-Gvern ma laqgħax it-talba tal-FOI cioe', li l-protezzjoni tal-biedja titneħħa wara s-sħubija u mhux qabel kif fuq kollox qed tagħmel l-UE stess ma pajjiżna? Jista' jinfurmani x'sens jagħmel li Malta tneħħi l-protezzjoni tal-biedja qabel tidħol u l-UE tneħħi l-protezzjoni tal-biedja tagħha ma Malta wara li pajjiżna jsir membru sħiħ?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tneħħija tal-levies fuq il-prodotti ta' l-ikel u dawk agrikoli kien is-suġġett ta' stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi fit-13 ta' Settembru ta' din is-sena. Kif ġie spjegat f'dik l-istqarrija: 1. Bħala medja, huwa biss daqs tletin fil-mija tal-valur tal-levy li ser jitneħħa qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. 2. Anke wara dan it-tnaqqis fil-levy, fil-każ tal-maġġoranza kbira tal-prodotti konċernati, il-protezzjoni lokali tkun għadha ferm għola minn dik applikata bħalissa mill-Unjoni Ewropea. 3. Hemm prodotti li fuqhom Malta għadha qed timponi levies li mhux suġġetti għall-protezzjoni min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea. 4. Finalment, il-materja bilfors trid tiġi inkwadrata fl-istampa kumplessiva tat-tariffi applikati anke fuq prodotti mhux agrikoli. Wieħed irid jiftakar li ser ikun biss mill-1 ta' Jannar 2003 li Malta ser tkun neħħiet il-levies minn fuq bosta prodotti industrijali, filwaqt ilhom snin twal li dawn l-istess prodotti jistgħu jiġu esportati minn Malta lejn l-Unjoni Ewropea mingħajr il-ħlas ta' ebda tariffi

Rabat Malta — Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ikkawża l-fawrar tad-drenaġġ ta' Triq Għeriexen ir-Rabat Malta matul il-ġimgħat kollha tas-sajf? Kemm-ir rapport sar mir-residenti ta' l-inħawi lid-dipartimenti konċernati? X'ikkawża l-iżbroff tad-drenaġġ fil-fond nru. 2 (garaxx)? Għaliex il-ħsara damet daqstant sabiex tiġi rranġata u fil-fatt issa ġiet irranġata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li minn survey li sar bis-CCTV, irriżulta illi hemm ħsara fis-sistema tad-drenaġġ illi issa qed tiġi rranġata.
Leg 9 PQ #35277 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Impjant ta' Sant'Antnin

Question

Peress li l-bdiewa li jirċievu l-ilma mill-impjant ta' Sant'Antnin inqerdulhom l-uċuh tar-raba' tagħhom minħabba l-kwalita' inferjuri ta' ilma li ngħataw mill-istess impjant, jista' l-Ministru jara li l-bdiewa ta' Ħaż-Żabbar, Żejtun u oħrajn fl-inħawi li sofrew l-istess danni jingħataw kumpens finanzjarju xieraq? Kemm fil-fatt hija s-somma tal-kumpens li se tiġi mogħtija lil dawn il-bdiewa?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-misotqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #35266 Sitting 792 2002-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħofor ta' l-ilma u ta' spejjer antiki, reġistrati mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, llum f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew rrapurtati /reġistrati din is-sena wara li nstabu imħaffra wara rapporti li saru lill-WSC? X'tip ta' ilma qed jitella' mill-ħofor u x'livelli ta' salinita'/kontaminazzjoni ġew reġistrati sal-lum mill-ispezzjonijiet li tagħmel il-WSC?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li n-numru ta' spejjer antiki u boreholes reġistrati mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma huwa kif ġej: Malta Għawdex Spejjer antiki (bejn l-1945 u l-1950) 3,016 1,833 Boreholes reġistrati sa Awissu 2002 3,482 1,860 Dawn jinkludu xi spejjer antiki ukoll. Bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena kien hemm 123 borholes f'Malta u 10 f'Għawdex li ġew reġistrati mal-Korporazzjoni. Fuq direttiva ta' l-Awtorita' tar-Riżorsi ta' Malta, b'seħħ mill-1 ta' dan ix-xahar, mhux qed tiġi aċċettata ebda reġistrazzjoni oħra ta' boreholes. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma għandha ebda nformazzjoni rigward il-kwalita' ta' l-ilma li qed jittella' minn dawn il-ħofor peress li l-ispezzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni kienu biss intiżi sabiex jikkonfermaw l-eżistenza jew le ta' tali ħofor.
Leg 9 PQ #35267 Sitting 792 2002-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ġonna Pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tal-ġonna pubbliċi li se jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-konsorzju il-ġdid tal-PPP (Private public partnership)? Jirriżulta li l-konsorzju se jingħata s-somma ta' kwart ta' miljun lira jew ta' nofs miljun lira Maltin? Jekk huwa l-każ, għala se jingħataw dawn il-flus? X'kundizzjonijiet se tkun marbuta mal-proprjeta' tal-poplu li se tgħaddi lil dan il-konsorzju?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ gonna pubblici u siti ohra li llum huma responsabilita` tal-“Urban and Rural Landscaping Section” u li qeghdin jigu kkunsidrati fl-ambitu tal-progett ta’ “Public Private Partnership”. Din il-lista harget bhala Appendici fid-dokument “Expression of Interest” imqassam lil dawk interessati fil-progett f’Ottubru 2001. Ma nhossx li tkun etika li naghti informazzjoni dwar arrangamenti finanzjarji meta n-negozjati ghadhom ghaddejjin.
Leg 9 PQ #35268 Sitting 792 2002-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-Gvern Malti ħalla daqstant il-ġibjuni ta' l-ilma abbandunati matul dawn l-aħħar 4 snin? Kemm hija il-ħażna ta' l-ilma li jieħdu dawn il-ġibjuni li tħallew jiddeterjoraw daqstant? Kemm hija n-nefqa meħtieġa sabiex jiġu attivi u riabilitati mill-ġdid?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 34822 waqt is-Seduta numru 783, il-kundizzjoni tal-ġibjuni li jintużaw għall-ilma tat-tisqija jew għal użu sekondarju, tvarja minn wieħed għall-ieħor. Għaldaqstant mhux faċli wieħed jikkwantifika n-nefqa meħtieġa biex issir il-manutenzjoni ta' dawn il-ġibjuni, ukoll meta wieħed iqis li ġibjun ta' l-ilma dejjem ikollu bżonn ta' manutenzjoni.
Leg 9 PQ #35269 Sitting 792 2002-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

NPAA

Question

Peress li r-rapport tal-NPAA li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jikkonferma li bi sħubija ta' Malta fl-UE se jgħolew il-prezzijiet ta' l-ikel u tal-materja prima, jista' il-Ministru jgħid kif dan sa jaffettwa l-industrija tat-turiżmu? Jista' jgħid mill-istudji li għamel il-Gvern kemm se jogħla l-foodcost għall-industrija tat-turiżmu wara li pajjiżna, b'effett tas-sħubija fl-UE, iġorr il-piżijiet tat-TARIC, special safeguards for agriculture produce, tat-tarif quotas, tal-GATT licence u jitlef il-benefiċċji tas-sussijdi tal-biedja kemm esterni u interni ta' l-UE stess?

Response (REFALO, MICHAEL)

Biex inkun nista’ nwiegeb ghall-mistoqsija b’mod korrett nitlob lill-Onor. Membru jiccita b’ezatezza s-silta/siltiet mill-NPAA li fuqhom mibnija l-mistoqsija tieghu.

NPAA

Question

Peress illi r-rapport tal-NPAA li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar seduta qabel il-vaganzi tas-sajf, jikkonferma li sħubija sħiħa ta' Malta se ġġib żieda fil-prezzijiet ta' l-ikel, kif fil-fatt qed jiġri fil-prezz tal-ħobża ta' kuljum, jista' l-Ministru jgħid x'studji għamel il-Gvern Nazzjonalista dwar l-impatt ta' dan l-għoli tal-ħajja fuq il-pensjonanti u l-familji ta' dħul żgħir jew medju? Kemm fil-fatt hija antiċipata ż-żieda fil-pensjonijiet u fil-pagi tal-ħaddiema sabiex tkopri għaż-żieda tal-preżżijiet fuq prodotti ta' l-ikel li ġġib is-sħubija ta' Malta fl-UE?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-premessa tal-Mistoqsija magħmula mill-Onor. Interpellant hija totalment żbaljata.
Leg 9 PQ #35271 Sitting 792 2002-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sajf

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul dan is-sajf kemm kienet l-attendenza, ġimgħa b'ġimgħa, tat-tfal li attendew l-iskola sajf f'Malta u Għawdex, separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.