Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35496 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

BSE

Question

Jista` il-Ministru jgħid x’inhija l-pożizzjoni tal-Gvern dwar il-BSE u x’inhija s-sitwazzjoni f’pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Gvern ħa kull prekawzjoni biex jitneħħa kull riskju li tidħol il-marda f'Malta. Isiru wkoll testijiet fuq bażi regolari biex il-konsumatur ikun protett. Is-sitwazzjoni preżenti f'Malta hi li wara tmintax-il xahar ta' testijiet ma nstabet l-ebda traċċa tal-marda tal-BSE fil-merħliet f'pajjiżna.
Leg 9 PQ #35497 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Biedja

Question

Jista` il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ studenti li hemm fil-kulleġġ tal-biedja u kemm huwa n-numru ta’ ħaddiema, għalliema u persuni responsabbli mit-tmexxija tal-kulleġġ b’mod inġenerali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li hemm fil-Kulleġġ tal-Biedja huwa 32. Il-Kulleġġ huwa mmexxi minn kap. In-numru ta' għalliema fil-Kulleġġ hu ta' 4. Ħames visiting lecturers jagħtu tletin lezzjoni bejniethom. In-numru tal-ħaddiema l-oħra f'dan il-kulleġġ huwa 3. Dawn iwettqu x-xogħol ta' skrivan, messaġġier u purtinara.
Leg 9 PQ #35508 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

UE — Importazzjoni

Question

Peress li Malta ma tibbenefikax mis-sussidji fuq il-produzzjoni bħala membru sħiħ ta' l-UE u ma tipproduċix prodotti bħalma huma zokkor, qmuħ, ċereali, laħam, butir, eċċ, jista' il-Prim Ministru jinfurmani għaliex il-gvern qed jinnegozja ma' l-UE sabiex il-kontrolli fuq l-importazzjoni ta' prodotti bħal dawn ikunu eżentati biss fuq l-importazzjoni attwali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nissuggerixxi li l-Onor Interpellant jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru responsabbli.
Leg 9 PQ #35532 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhija l-pożizzjoni tal-gvern dwar l-aħħar inċidenti li reġa' kellhom s-sajjieda Għawdxin mas-sajjieda Tuniżini? X'kienu l-iżviluppi li saru wara l-aħħar każ li kien tressaq mill-koperattiva tas-sajjieda f'Ottubru tas-sena l-oħra dwar l-istess ħniżrijiet li saru fil-konfront tas-sajjieda tagħna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li mill-istaġun tas-sena l-oħra (2001) sal-lum kien hemm korrispondenza bejn il-Kooperattiva Nazzjonali tas-Sajd, il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u t-Taqsima għall-Kontroll u l-Konservazzjoni tas-Sajd dwar il-kwistjoni. Il-kwistjoni kienet ġiet ittrattata ukoll waqt iż-żjara tal-Prim Ministru fit-Tuneżija f'Ottubru tas-sena l-oħra. Diskussjonijiet oħra saru bejn it-Taqsima għall-Kontroll u l-Konservazzjoni tas-Sajd u d-Dipartiment tas-Sajd Tuneżin waqt laqgħa bilaterali li saret f'Malta f'Marzu ta' din is-sena. Waqt din il-laqgħa, waħda mis-soluzzjonijiet li kienu proposti kienet li noffru l-esperjenza tagħna biex l-Awtoritajiet tas-Sajd Tuneżini jkunu jistgħu jorganizzaw is-sajd tal-lampuki bil-kannizzati b'mod simili għal dak li nagħmlu Malta. Il-ħsieb kien li jekk is-sajjieda Tuneżini jkollhom il-kannizzati tagħhom, dawn ma jagħmlux aktar ħsara fil-kannizzati tas-sajjieda Maltin. Il-minuti ta' dik il-laqgħa ġew iffirmati u irritornati f'April, iżda minn dakinhar ma saretx talba mill-Awtoritajiet Tuneżini biex ngħinuhom jorganizzaw dan is-sajd minn naħa tagħhom. Id-Direttur Ġenerali tat-Taqsima għall-Kontroll u l-Konservazzjoni tas-Sajd kiteb lid-Direttur Ġenerali tas-Sajd Tuneżin fis-27 ta' Awissu. Id-Direttur tas-Sajd Tuneżin wieġeb lejn l-aħħar ta' Settembru fejn infurmana li huma għamlu kampanja qabel ma beda l-istaġun fost is-sajjieda tagħhom fejn dawn ġew imħeġġa biex joperaw waqt li jkunu fuq il-baħar fi spirtu ta' rispett lejn sajjieda oħra, kemm Tuneżini kif ukoll barranin. Barra minn hekk, huma qassmu ċirkolari lill-uffiċċju reġjonali tagħhom biex dawn jagħtu aktar attenzjoni lill-operat tas-sajjieda fuq il-baħar biex waqt il-ħidma tagħhom josservaw ir-regolamenti internazzjonali tas-sajd u b'hekk tiżdiet id-dixxiplina fuq il-baħar. Jien infurmat ukoll li bdew isiru t-tħejjijiet għal laqgħa oħra bilaterali mat-Tuneżija. Din il-laqgħa hi ppjanata li ssir dan ix-xahar. Minn Awissu 'l hawn saru tliet rapporti ta' inċidenti, tnejn diretti lit-Turretta u wieħed lid-Direttur tas-Sajd. Fit-13 ta' Settembru 2002 u fis-17 ta' Settembru 2002, ajruplan tal-Forzi Armati mar fuq il-post u ttieħdu anki ritratti. Sa issa għad m'hemmx evidenza fotografika tas-sajjieda Tuneżini jistadu fuq kannizzati. Li hemm huma ritratti ta' dgħajjes Tuneżini jbaħħru. Tajjeb li jingħad ukoll li dawn l-inċidenti ta' sajd fuq il-kannizzati Maltin isiru f'ibħra internazzjonali u għalhekk l-liġi Maltija ma għandhiex ġurisdizzjoni, iżda Malta u l-pajjiżi l-oħra jridu jsibu qbil bejniethom volontarjament biex isolvu kwestjonijiet ta' din ix-xorta. Ikun fl-interess ta' kulħadd li dan il-qbil isir madwar il-mejda.
Leg 9 PQ #35457 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista` il-Ministru jara li tiddawwal it-triq prinċipali tal-Baħrija ħalli jitnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti tal-Baħrija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba għal dawl adekwat fit-triq imsemmija qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Leg 9 PQ #35458 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mtarfa Bypass

Question

X’inhija r-raġuni li fl-Imtarfa ByPass ma ġietx imdawla matul dawn l-aħħar 4 snin? Jista` il-Ministru jara li fil-fatt tiddawwal din it-triq frekwentata ħafna minn nies tar-Rabat u l-Imtarfa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Din it-talba qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.

Wardens

Question

Kemm kien in-numru totali ta’ ċitazzjonijiet li taw il-wardens f’Malta u Għawdex separatament bejn Jannar u Awissu ta’ din is-sena? Jista’ il-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 2000 u 2002 rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Għargħur — Triq Caravaggio

Question

Fid-dawl tas-sitwazzjoni diffiċli li qed jiffaċċjaw ir-residenti Għargħurin minħabba l-aċċess imblukkat, u li hemm bżonn li jiġi estiż, fil-parti ta’ Triq Caravaggio sabiex it-traffiku ma jkomplix jinġemgħa fil-Pjazza tal-Għargħur u joħloq inkonvenjent u saħansitra, periklu għat-tfal u għall-anzjani, jista’ il-Ministru jara li jitlestew il-proċeduri meħtieġa sabiex tinħareġ it-tender u jibdew u jitlestew ix-xogħlijiet immedjatament? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari numru 35455.
Leg 9 PQ #35409 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-mobile phone tal-Ministeru u tas-segretarjat privat bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-ħlasijiet li saru mill-Ministeru ta' l-Agrikultura u s-Sajd għas-servizz ta' mobile phones mill-Ministru u s-Segretarjat Privat tiegħu, kif ukoll mis-Segretarju Permanenti, minn Jannar sa Awissu ammontaw għal Lm2,008.39c. Dan ikopri wkoll il-kont tal-mobile għal ex-Segretarju Permanenti.

Ilma tat-Tisqija

Question

Jista’ il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34706, jista' jgħid x'inhija r-raġuni li l-ilma għat-tisqija mill-impjant ta' Sant' Antnin qed jintrema minħabba li jkolu livell għoli ta' salinita'? X'jikkawża dan il-livell għoli ta' salinita' u kemm intrema volum ta' ilma u fejn intrema?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35136 (Seduta 789).
Leg 9 PQ #35453 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ilmenti

Question

Jista` il-Prim Ministru jinvestiga l-ilmenti ġenwieni tar-residenti ta` Baħar iċ-Ċagħaq li tagħhom qed nibgħat kopja separatament? Jista` jara li l-ilmenti ta’ dawn ir-residenti jiġu mismugħa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Membru jaghmel il-Mistoqsija lil Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #35454 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista’ il-Ministru jinvestiga l-ilmenti ġenwieni u l-iżvantaġġ kbir li se jsofru r-residenti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq li tagħhom qed nibgħat kopja separatament u petizzjoni ffirmata mill-istess residenti? Jista` jassigurani li jinstab site ieħor sabiex dawn ir-residenti ma jsofrux id-danni msemmija?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35437, ninsab infurmat illi kontra kif qed jingħad mir-residenti, l-applikazzjoni u l-permess li nħareġ ma jkoprix l-għeluq b`fence tal-parti t`isfel tal-masġar iżda biss il-parti ta` fuq fejn hemm il-bini ta` żmien l-Ingliżi u fejn jużaw l-iscouts. Is-sit li jinkludi fih il-passaġġ li qed jagħmlu referenza għalih ir-residenti, ġie mikri lil lis-Scouts għall-camping permezz ta` Riżoluzzjoni tal-Parlament li għaddiet b`mod unanimu fit-28 ta` Mejju ta` din is-sena. L-Scouts kienu ilhom jagħmlu użu minn dan is-sit għal ħafna snin. Jien infurmat ukoll illi fil-fatt diġa` jeżisti passaġġ tar-riġel ieħor xi sittin metru aktar l`isfel minn dan l-istess passaġġ.

Għargħur — Triq il-Caravaggio

Question

Fid-dawl tas-sitwazzjoni diffiċli li qed isofru r-residenti Għargħawrin meta għandhom l-aċċess imblukkat fi Triq Caravaggio u kawża ta’ dan it-traffiku qed jinġema` fil-pjazza tar-raħal u jkun ta’ inkonvenjent kbir kif ukoll ta’ periklu għat-tfal u l-anzjani, jista` il-Ministru jara li jinħarġu t-tenders meħtieġa ħalli tiġi estiża din il-parti tat-triq fil-Għargħur? Jekk fl-affermattiv, meta? Jista` jassigurani li x-xogħlijiet ikunu lesti sal-festi tal-Milied li ġejjien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari numru 16511.

Baħrija — Triq Prinċipali

Question

Jista` il-Ministru jgħid x’ġara mix-xogħlijiet li kellhom isiru fit-triq prinċipali tal-Baħrija? Jista` jara li din it-triq tingħata wiċċ tarmak qabel il-11 ta’ Novembru li ġej ħalli għall-festa ta’ San Martin ir-residenti u l-Maltin li jidħlu l-Baħrija għall-festa u matul ix-xitwa li ġejja jsibu triq tajba u mhux kollha ħofor u skossi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari numru 35358.
Leg 9 PQ #35403 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li l-gvern qed ineħħi l-levies/protezzjoni tal-biedja meta l-levies/protezzjoni tal-biedja ta' l-UE huma apporvata li jibqgħu sa mill-anqas is-sena 2013, kif fil-fatt ġie irrapurtat f'Copenhagen bejn 10 u 11 ta' Settembru 2002?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 35275 waqt is-Seduta numru 793.
Leg 9 PQ #35404 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-mobile phone tal-Ministeru u tas-segretarjat privat bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li l-ispiża globali tal-mobile phones tal-Ministeru u tas-Segretarjat privat bejn Jannar u Awissu ta’ din is-sena hi kif tidher hawn taħt: Lm3,469.69 Dan l-ammont ma jinkludix Lm400 li tirrapreżenta mobile phone allowance mogħtija lill-Assistant Personali u lis-Segretarju Privat tal-Ministru.
Leg 9 PQ #35405 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-mobile phone tal-Ministeru u tas-segretarjat privat bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ispiża globali tal-kontijiet tal-Mobile Phones użati fil-Ministeru ta' l-Edukazzjni u fis-Segretarjat Privat minn Jannar sa Lulju 2002 laħqet is-somma ta' Lm1,344.56.

Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-mobile phone tal-Ministeru u tas-segretarjat privat bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ispiża globali tal-mobile phones tal-Ministeru bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena kienet ta' Lm1124.37, filwaqt li dik tas-Segretarjat Privat kienet ta' Lm2072.91.