Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36306 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Lands Department — Mgħatab

Question

Jista' il-Ministru jinfurmani x'użu għandu l-fond fi Triq San Gwann, il-Mgħatab (li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament) peress li jinsab fi stat abbandunat u jirriżulta li huwa proprjeta' ta' l-Istat?

Response (BORG, TONIO)

Peress li ma setgħetx tkun identifikata l-proprjeta` msemmija, la mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern u lanqas mill-Uffiċċju Konġunt, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindika fuq site plan il-fond li qed jirreferi għalih.

GATT Licence

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 35462, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif se taffetwa l-pensjonanti u l-familji ta' dħul baxx u medja l-għoli tal-prezzijiet tal-prodotti tal-laħam aħmar li ġabet din il-forma ta' levy (Gatt licence) wara sħubija ta' Malta fl-UE?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif jaf l-Onor. Interepllant iż-żieda fl-għoli tal-ħajja li tingħata kull sena tkun ibbażata fuq it-tibdil ta' l-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut li jipprovdi l-miżura uffiċjali ta' l-inflazzjoni. Għalhekk, żidiet fil-prezzijiet ta' prodotti, tkun xi tkun ir-raġuni, jittieħdu in konsiderazzjoni biex jiġi determinat l-ammont ta' żieda għall-għoli tal-ħajja li jingħata.
Leg 9 PQ #36160 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel li Malta trid iddaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma "sugar cane and beet" li qed jiġu mportati fil-mument u li se jkollhom tariffa ta' 251.4% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li Malta għamlet talba lill-Unjoni Ewropea għal "Special Supply Arrangements" rigward l-importazzjoni ta' zokkor. In-negozjati dwar din il-materja għadhom ma ġewx konklużi. Għaldaqstant mhux possibli għalissa li wieħed jiddetermina liema tariffa ser tkun applikabbli fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti wara li Malta issir membru ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #36161 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' prodotti li Malta trid iddaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti tal-"Beverages and Tobacco" li qed jiġu mportati fil-preżent u li se jkollhom tariffa ta' 8.3% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-definizzjoni "beverages and tobacco" hija waħda wiesgħa ħafna. Din tinkludi, mill-anqas, dawn il-familji ta' prodotti: inbid, birra, luminati, ilma minerali u meraq tal-frott bħala xorb u sigaretti, sigarri u tabakk għall-pipa bħala prodotti tat-tabakk. It-tabella ta' hawn taħt turi it-tariffa ekwivalenti għall-medja tad-dazju applikat mill-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni tal-prodott konċernat mill-pajjiżi terżi li Malta tipikament timporta minn għandhom bħalissa, imqabbla mad-dażju u levy impost fil-preżent minn Malta fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti mill-istess pajjiżi. Familja ta' prodotti Tariffa fil-pajjiżi ta' l-U.E. Dażju u levy attwali F'Malta Inbid Eur 13.1/hl Lm1.50/hl Birra 0% 24% u Lm0.25/litru Luminati 9.6% 15% u Lm0.36/litru Squashes tal-frott 9% u element varjabbli 13% u Lm0.15/litru Ilma minerali 9.6% 15% u Lm0.22,5/litru Meraq tal-frott 9.6% 15% Sigaretti 10% Lm6.15/kg Sigarri 26% Lm18.00/kg (medja) Tabakk tal-pipa 74.9% Lm11.00/kg Naturalment, fil-kaz ta' pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, id-dazju ma japplikax fil-każ ta' prodotti mixtrija mingħand il-pajjiżi l-oħra membri ta' l-istess Unjoni.
Leg 9 PQ #36162 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel li Malta trid iddaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma t-"Textiles/wearing apparel" li qed jiġu mportati fil-preżent li se jkollhom tariffa ta' 10.2% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-definizzjoni "textiles/wearing apparel" hija waħda wiesgħa. Din tinkludi diversi gruppi ta' prodotti li għandhom tariffi differenti. Dawn il gejjin huma l-gruppi ta' prodotti li jidher li huma l-aktar rilevanti meta wieħed iħares lejn l-importazzjoni attwali minn Malta. Il-lista ta' hawn taħt turi l-medja tad-dazju applikat mill-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mingħand il-pajjiżi terżi li bħalissa Malta tipikament timporta minn għandhom imqabbla mad-dazju fil-preżent impost minn Malta fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti mill-istess pajjiżi. Tariffa fil-pajjiżi dazju attwali Familja ta' prodotti ta' l-U.E. f'Malta Woven fabrics of wool 10 fil-mija 13 fil-mija Woven fabrics of cotton 8.8 fil-mija 10 fil-mija Fabrics of synthetic yarn 9.2 fil-mija 11 fil-mija Man's trousers 12.8 fil-mija 14 fil-mija Woman's blouses 12.8 fil-mija 14 fil-mija Clothing accessories 10.8 fil-mija 14 fil-mija Naturalment, fil-każ ta' pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea, id-dazju ma japplikax fil-każ ta' prodotti mixtrija mingħand il-pajjiżi l-oħra membri ta' l-istess Unjoni.
Leg 9 PQ #36163 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti ta' l-Ikel

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel li Malta trid iddaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-"Bovine meat products" li qed jiġu mportati fil-mument u li se jkollhom tariffa ta' 88.9% u l-"other meat products" li se jkollhom tariffa ta' 30.9% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li Malta għamlet talba lill-Unjoni Ewropea għal "Speċial Supply Arrangements" rigward l-importazzjoni ta' laħam taċ-ċanga. In-negozjati dwar din il-materja għadhom ma ġewx konklużi. Għaldaqstant, għadu mhux possibbli li wiehed jiddetermina liema tariffi ser jiġu applikati fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti meta Malta issir membru ta' l-Unjoni Ewropea. Rigward id-definizzjoni "other meat products", din hija definizzjoni wiesgħa ħafna li tista' tinkludi bosta tipi ta' laħam bħal, ngħidu aħna, laħam tal-majjal, tal-ħaruf, tat-tiġieġ, tal-fenek u oħrajn.
Leg 9 PQ #36164 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti ta' l-Ikel

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel li Malta trid iddaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti tal-"wheat" li qed jiġu mportati f'pajjiżna fil-preżent u li se jkollhom tariffa ta' 61.4% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li Malta għhamlet talba lill-Unjoni Ewopea għal "Special Supply Arrangements" rigward l-importazzjoni ta' qmuħ. In-negozjati dwar din il-materja għadhom ma ġewx konklużi. Għaldaqstant, mhux possibli li wieħed jiddetermina liema tariffi ser jiġu applikati fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti meta Malta issir membru ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #36165 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti ta' l-Ikel

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel li Malta trid iddaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti "Vegetables, fruits, nuts" li qed jiġu mportati fil-mument u li se jkollhom tariffa ta' 14.5% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-definizzjoni "vegetables, fruits, nuts" hija wiesgħa wisq u vasta biex tingħata l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #36103 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Xiri ta' Art — Għargħur

Question

B'referenza għall-mistoqsija tiegħi 35455 dwar Triq Caravaggio fil-Għargħur, u t-tweġiba tal-ministru għat-trasport fejn qal li x-xogħlijiet ma jistgħux isiru minħabba li trid tinxtara xi parti mill-art inkwestjoni mingħand il-privat, jista' il-Ministru jinvestiga s-sitwazzjoni u possibilment jirremedja b'soluzzjoni sabiex tiġi solvuta din il-problema fil-Għargħur? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi diġa` kien hemm diversi partijiet fi Triq Caravaggio li ġew dikjarati meħtieġa għal skop pubbliku sabiex issir din it-triq. Fil-fatt dawn il-partijiet intużaw mid-Dipartiment tat-Toroq għal dan l-iskop. Id-Dipartiment tal-Artijiet lest li jesproprja dawk il-partijiet fejn għad trid tiġi iffurmata t-triq, jekk jiġi mitlub li jagħmel dan mid-Dipartiment tat-Toroq.
Leg 9 PQ #36135 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni fuq Prodotti ta' l-Ikel

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni tal-prodotti ta' l-ikel li Malta trid idaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti magħmula minn other grains li qed jiġu importati fil-preżent u li se jkollhom tariffa ta' 38.6% wara sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li malta għamlet talba lill-Unjoni Ewropeja għal "Special Supply Arrangements" għar-rigward ta' l-importazzjoni ta' qmuħ. In-negozjati fuq din il-materja għadhom ma ġewx konklużi. Għaldaqstant għadu mhux possibli li wieħed jiddetermina liema tariffi ser jiġu applikati fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti la darba Malta issir membru ta' l-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #36138 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti ta' l-Ikel

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni tal-prodotti ta' l-ikel li Malta trid idaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti ta' ikel "other processed foods" li qed jiġu mportati fil-mument li se jkollhom tariffa ta' 28.8% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li id-definizzjoni "other processed foods" hija wiesgħa wisq u vaga biex tingħata l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #36140 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti ta' l-Ikel

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni tal-prodotti ta' l-ikel li Malta trid idaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti tad-"Dairy Products" li qed jiġu mportati fil-preżent u li se jkollhom tariffa ta' 87.7% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-definizzjoni ta' "dairy products" hija waħda ġenerika wisq. Anke li kieku kellna niffukaw biss fuq il-ħalib, insibu li hemm tlitt linji ta' prodotti distinti - il-ħalib frisk, dak tat-trab u l-ħalib UHT. Dawn it-tlitt tipi għandhom tariffi differenti; ngħidu aħna fuq il-ħalib frisk hemm levy li ser tispiċċa wara s-sħubija. Malta għamlet talba lill-Unjoni Ewropeja għal "Special Supply Arrangements" għar-rigward ta' importazzjoni ta' bosta minn dawn id-"diary products". In-negozjati fuq din il-materja għadhom ma ġewx konklużi. Għaldaqstant għadu mhux possibli li wieħed jiddetermina liema tariffi ser jiġu applikati fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti meta Malta issir membru ta' l-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #36142 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti ta' l-Ikel

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni tal-prodotti ta' l-ikel li Malta trid idaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti taz-zokkor "sugar" li qed jiġu mportati fil-preżent u li se jkollhom tariffa ta' 76.4% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li Malta għamlet talba lill-Unjoni Ewropeja għal "Special Supply Arrangements" għar-rigward ta' importazzjoni ta' zokkor. In-negozjati fuq din il-materja għadhom ma ġewx konkluzi. Għaldaqstant għadu mhux possibbli li wieħed jiddetermina liema tariffa ser tiġi applikata fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti meta Malta issir membru ta' l-Unjoni Ewropeja.

Salina/Burmarrad — Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Jista' il-Ministru jinformana għaliex ma sarux il-ħitan tas-sejjieħ fil-ġnub tat-toroq tas-Salina u ta' Burmarrad sabiex tinżamm l-estetika u l-karatteristika rurali? Jista' ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti li jimmarkaw minn fejn se jgħaddi l-ilma tax-xita minn dawn it-toroq u fejn se jispiċċa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal-Mistoqsija Parlamentari nru. 35856. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' pjanti li juru kif se jiġi channeled l-ilma tax-xita fl-imsemmija toroq.

Sussidji

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni b'diżabilita' li talbu għas-sussidji fuq il-vetturi/karozzi privati ġodda tagħhom li xtraw sabiex ikunu moqdija aħjar? Kemm minnhom ġew approvati u/jew għadhom pendenti u kemm ġew rifjutati? Jista' jikkunsidra li jitħaffu l-proċeduri tat-talba f'dan ir-rigward, minħabba n-natura ta' l-urġenza tal-każ, ta' persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Eżenzjonijiet mid-dazju fuq karozzi għal persuni b'diżabilita' jingħataw mill-Ministeru tal-Finanzi fuq rakkomandazzjoni tat-tobba ta' l-Occupational Health Unit fil-Ministeru tas-Saħħa. Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' tikkordina dan il-proċess. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat. Ninsab infurmat li fit-23 ta' Settembru 2002, il-Kummissjoni reċeviet l-applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, liema applikazzjoni ġiet referuta lill-Occupational Health Unit. Il-Kummissjoni qed tistenna risposta minn din il-Unit biex tkun tista' tkompli tipproċessa dan l-applikazzjoni.

National Plan

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-Viċi Prim Ministru f'mistoqsija 35270 u l-fatt li fil-final draft tan-National Plan for the Adoption of the Acquis, eżattament f'paġna 143, jingħad il-kliem ''the adoption of internal prices of several commmodities could have a direct bearing on domestic costs and may affect negatively Malta's international competitiveness, particularly in the industrial and toursim sectors'', jista' l-Ministru jinfurmani kemm fil-fatt hija ż-żieda antiċipata fil-pensjonijiet u l-pagi tal-ħaddiema sabiex tkopri dan l-għoli tal-ħajja li l-popli tal-gżejjer tagħna sa jkun suġġett għalih bis-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kif qed jintqal fil-final draft tal-NPAA? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji li saru mill-Gvern Malti dwar din il-materja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-sentenza li kkwota l-Onor. Membru itkellem dwar "domestic cost" fil-kuntest tal-kompettitivita' tal-prodott Malti. Dan ifisser li l-kuntest huwa għal kollox differenti minn dak li qiegħed jistaqsi l-Onor. Membru, għaliex zidiet fil-pagi u fil-pensjonijiet jingħataw skond il-mekkaniżmu li jistabilixxi r-rata ta' l-għoli tal-ħajja.

Federation of Industries

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinfurmani bil-konsiderazzjonijiet tal-Ministeru dwar il-pożizzjoni ta' l-impjiegi tal-ħaddiema fl-industriji ta' l-ikel, tax-xorb u tat-tabakk fid-dawl ta' l-aħħar stqarrija ppubblikata mill-federation of industries dwar it-tneħħija tal-protezzjoni ta' l-industriji ta' l-ikel, tax-xorb u tat-tabakk lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jikklarifika l-Mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #35867 Sitting 803 2002-10-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

NPAA

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35269 u nżid dan il-kliem mill-final draft tal-NPAA f'paġna 143 fejn jingħad ''the adoption of internal prices of several commodities could have a direct bearing on domestic costs and may affect negatively Malta's international competiteveness, particularly in the industrial and tourism sectors''?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-NPAA ma jagħmel ebda referenza għall-bidliet fil-prezzijiet għall-konsumatur fejn jidħlu ħwejjeġ ta’ l-ikel. Fil-kapitlu dwar it-Tassazzjoni (p.111), fir-rigward tal-liġi dwar il-VAT, l-NPAA jgħid li bidliet f’din il-liġi “are deemed to have important social implications and a number of special arrangements have been requested”. Fil-fatt fil-Position Paper dwar it-Tassazzjoni, Malta qed titlob sabiex prodotti ta’ l-ikel jibqgħu fl-istat preżenti fejn huma eżenti mit-taxxa, fil-finijiet tas-Sitt Direttiva tal-Komunita’ Ewropeja 77/388/EEC. Il-kapitlu dwar it-Tassazzjoni għadu ma ġiex magħluq, għaldaqstant l-impatt ta’ xi bidla li jista’ jkun hemm fuq prezzijiet ta’ l-ikel fuq l-industrija tat-turiżmu għadu ma jistax jiġi kkalkulat. Bl-istess mod, il-kapitlu li jitratta l-Agrikoltura fl-NPAA jirreferi biss għall-levies u tariffi applikabbli skond id-direttivi li jikkonċernaw il-prodotti lokali u / jew importati. Filwaqt li l-NPAA jispeċifika (p.143) illi “[t]he adopton of the internal prices of several commodities could have a direct bearing on domestic costs and may affect negatively Malta’s international competitiveness particularly in the industrial and tourism sectors”, id-dokument ikompli biex jiċċara’ illi “Malta is seeking specific supply arrangements to source products at international market prices through the exemption from customs duties on products imported from third countries and / or specific support for specific Community products” (NPAA 2002, 143-144). L-istess bħall-kapitlu dwar it-Tassazzjoni, il-kapitlu dwar l-Agrikoltura għadu qiegħed jiġi nnegozjat, u għad ma hemm xejn definit fejn jidħlu impatti fuq l-industrija tat-turiżmu.
Leg 9 PQ #36004 Sitting 803 2002-10-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Mobile Phones

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 35408, kemm fil-fatt huwa n-numru ta' mobile phones?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' mobile phones fil-Ministeru huwa ta' 48. Din il-figura tinkludi l-Ambaxxati kollha tagħna li qegħdin barra minn Malta (38).
Leg 9 PQ #36008 Sitting 803 2002-10-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mobile Phones

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 35407, kemm kien in-numru ta' mobile phones fil-fatt?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ “mobile phones” hu ta’ 48 li minnhom 23 huma proprjetà tal-Gvern. 25 “mobile phones” ohra huma proprjetà ta’ l-ufficjali tad-Dipatiment tal-“Management Efficiency Unit” u ta’ l-“Internal Audit” li tinghatalhom “top-up card” mid-Dipartiment.