Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36527 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Każijiet Reġistrati — Breakdown

Question

Jista' l-Ministru jagħtini breakdown tan-numru ta' każi/żjarat reġistrati li użaw is-servizzi taċ-ċentri tas-saħħa fil-Mosta, Rabat, B'Kara, Bormla, Qormi u Floriana mill-1995 'l hawn sena b'sena.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. (N.B. fis-sena 1995 ma kienitx tinżamm statistika).
Leg 9 PQ #36529 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Rabat — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'apparat modern nġieb fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat matul dawn l-aħħar erba' snin sena b'sena u għaliex l-x-ray machine ma nbidlitx meta ilha wieqfa sa minn Jannar ta' din is-sena u kienet ilha suġġett ta' ħsarat għal dawn l-aħħar tliet snin.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li f'dawn l-aħħar erba` snin ma kien hemm l-ebda ħtieġa għal apparat speċifiku ħlief għal "monitored cold-storage" għal vaċċini li ġiet fornuta s-sena l-oħra. Rigward l-X-Ray machine nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija numru 36530.
Leg 9 PQ #36530 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

X-Ray Machine — Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat

Question

B'referenza għall-x-ray machine, fiċ-ċentru ta-saħħa tar-Rabat, jista' l-Ministru jinfurmani bil-progress ta' l-ittra tiegħi ta' nhar l-1 ta' Ottubru 2002 li tagħha qed nibgħat kopja separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-proposta ta` l-Onor Interpellant qed tiġi ikkunsidrata fid-dawl tal-prijoritajiet għall-apparat ta` l-X-Ray fis-servizzi tas-saħħa.
Leg 9 PQ #36532 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ton Mejjet — Dipartiment tas-Sanita

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bil-każ riċenti li ġie rapurtat lid-Dipartiment tas-Sanita` li fil-Pixkerija ddaħħal ton li nstab mejjet f'San Pawl il-Baħar? X'konsultazzjonijiet jew investigazzjonijiet saru sabiex ikun stabilit minn ħeba t-ton fil-Pixkerija sabiex ma jinstabx mill-uffiċjali tas-sanita` wara li dawn marru fuq il-post sabiex isegwu r-rapport li sarilhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li ma jirriżultax li kien hemm xi ilment lid-dipartiment tas-Saħħa Pubblika dwar xi ton mejjet. Għaldaqstant, peress li l-Pixkerija taqa` taħt responsabbilta` ta` Ministeru ieħor, ikun aktar opportun jekk tali Mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #36533 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Purse Seine Nets

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-pożizzjoni tal-Gvern dwar l-użu tal-purse seine nets (xbiki tat-ton)? Saru applikazzjonijiet u jekk saru, meta saru u kemm saru f'isem sajjieda Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li, is-sena l-oħra, saru numru ta' talbiet minn sajjieda individwali, Maltin u Għawdxin, biex jarmaw għall-qbid tat-tonn bix-xibka. Fid-dawl tal-kwota limitata allokata lil Malta mill-ICCAT, fuq dikjarazzjonijiet tas-sajd tagħna, u l-fatt li għandna responsabbiltajiet internazzjonali li rridu nħarsu biex inżommu s-suq tat-tonn miftuh, it-Taqsima tas-Sajd ma tistax toħrog liċenzji għas-sajd għat-tonn bix-xibka bla rażan. In-numru tal-liċenzji jridu jkunu relattivi mal-qabda tat-tonn allokata lil Malta u jħarsu d-drittijiet ta' dawk li kienu jaħdmu għat-tonn. Fil-preżent jeżisti grupp ta' sajjieda li normalment jistadu għat-tonn bil-konzijiet, li ġie iffurmat mill-Kooperattiva Nazzjonali tas-Sajd, li ltaqa' mad-Direttur Generali tat-Taqsima tas-Sajd biex jiddiskuti din il-materja.
Leg 9 PQ #36534 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Supple Measure

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra liema huma s-sorsi tal-materja prima ta' l-ikel u tunnellaġġ tagħhom li Malta qed titlob supply measure għall-fini ta' importazzjoni wara sħubija ta' Malta fl-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant jista' jiksibha mill-pożizzjoni ta' Malta (Position Paper) dwar in-negozjati tal-kapitlu ta' l-Agrikoltura. Dan id-dokument jista' jinkiseb jew direttament mingħand il-MIC jew mill-website tal-MIC (www.mic.org.mt).
Leg 9 PQ #36481 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sajd

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sens jagħmel għall-pajjiżna li fiz-zona ta' konservazzjoni tas-sajd cioe' fil-25 mil Baħar ta' madwar il-kosta tal-gżejjer tagħna se jkunu jistgħu jidħlu bastimenti tas-sajd tat-tkarkir ta' l-istati membri ta' l-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma nistax nifhem kif wasal għall-konklużjoni li fil-25 mil baħar ta' madwar il-kosta tal-gżejjer tagħna se jidħlu bastimenti tas-sajd tat-tkarkir ta' l-istati membri ta' l-UE. Fin-negozjati dwar din iz-zona ġie iffissat l-isforz għal dak eżistenti.
Leg 9 PQ #36482 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sajd

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta bl-indikazzjonijiet fejn jista' jsir is-sajd mill-bastimenti tat-tkabbir fil-25 mil tal-Baħar ta' madwar il-kosta tal-gżejjer tagħna, li ġiet mogħtija lill-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kopja tal-mapep konċernati qed jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.

Self Employed

Question

Jista' il-Ministru jgħid separatament, fil-preżent, f'Malta u Għawdex kemm huwa n-numru ta' ħaddiema u self employed fl-industrija tal-petrol/chemicals u minerals?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li, skond ir-rekords tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ, fl-aħħar ta' Ġunju 2002, f'Malta kien hawn l,175 impjegat u 9 persuni self-employed filwaqt li f'Għawdex kien hawn 2 impjegati li kienu jaħdmu fl-industrija tal-manifattura tal-petrol/chemicals u minerals.

Industriji — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid separatament fil-mument kemm huwa n-numru ta' ħaddiema fil-qasam ta' l-Agro Industrija, ta' l-industrija ta' l-iproċessar tax-xorb, tabakk u ta' l-ikel f'Malta u Għawdex rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba skond ir-rekords tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ għax-xahar ta' Ġunju 2002.

Self Employed

Question

Jista' il-Ministru jgħid separatament, fil-preżent kemm huwa n-numru ta' ħaddiema u ta' self employed fil-food retail f'Malta u Għawdex rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ, fl-aħħar ta' Ġunju 2002, f'Malta kien hawn l,561 ħaddiem u 971 self-employed li kienu jaħdmu fil-food retail filwaqt li f'Għawdex kien hemm 43 ħaddiem u 76 self-employed.

Self Employed

Question

Jista' il-Ministru jgħid separatament, fil-mument, kemm huwa n-numru tal-ħaddiema u tas-self employed reġistrati ma' l-ETC bħala, butchers, dulċiera, kokijiet, bejjiegħa tal-laħam, ħut, frott u ħaxix, green grocers, caterers, furnara, take-aways u tuck-shops f'Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta-mpjegati u self-employed li f'Ġunju 2002 kienu reġistrati mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ bħala butchers, dulċiera, kokijiet u furnara. Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni ma żżomx l-informazzjoni mitluba separatament dwar bejjiegħa tal-laħam, ħut, frott u ħaxix (green grocers), caterers, take-aways u tuck-shops peress li ħaddiema f'dawn l-operati huma nklużi f'setturi ekonomiċi oħra differenti.
Leg 9 PQ #36363 Sitting 808 2002-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dipartiment ta' l-Ambjent/MEPA — Panewwijiet tal-Konkos

Question

Jista' il-Ministru jinformana meta d-dipartiment ta' l-ambjent, il-MEPA, eċċ. ġew informati dwar l-hekk imsejjaħ esperiment ta' panewwijiet tal-konkos skond kif il-Kamra ġiet informata permezz ta' mistoqsija parlamentari 35856? Kemm saru laqgħat? Min kien preżenti?

Response (BORG, TONIO)

Rigward il-ħitan ġodda matul it-toroq imsemmija f`Mistoqsija Parlamentari Nru. 35856; il-bypass ta` l-Imtarfa, it-Triq ta` Burmarrad, it-Triq tas-Salina u t-Triq tal-Balal fin-Naxxar, ninsab infurmat illi il-MEPA ma kenitx ikkonsultata.
Leg 9 PQ #36390 Sitting 808 2002-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

TAXXI INTERNI/VAT

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' objections li għandhom id-dipartimenti tat-taxxi interni u tal-VAT fil-mument? Kemm każijiet ta' oġġezzjonijiet ġew rimedjati matul is-snin 1999, 2000 u 2001 u kemm din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' oġġezzjonijiet pendenti fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni sa l-aħħar ta' Settembru li għadda kien : Individwi 38,638 Kumpaniji 3,429 In-numru ta' każijiet pendenti fid-Dipartiment tal-VAT sa' l-aħħar ta' Settembru kien ta' 1,033. L-oġġezzjonijiet maħduma mid-Dipatiment tat-Taxxi Interni kienu : 1999 - 7,922 2000 - 8,108 2001 - 9,125 2002 (sa Settembru) - 5,880 In-numru ta' każijiet ta' oġġezzjonijiet li ġew finalizzati mid-Dipartiment tal-VAT kienu: 1999 - 3,553 2000 - 7,292 2001 - 3,138 2002 (sa' Settembru) - 1,081
Leg 9 PQ #36394 Sitting 808 2002-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SKEJJEL TA' L-ISTAT — NEFQA TAD-DAWL U L-ILMA

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 35860, jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet in-nefqa globali tal-ħlasijiet li saru għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma ta' l-iskejjel kollha u tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru ta' l-edukazzjoni matul is-sena li għaddiet f'Malta u Għawdex separatament? Jista' il-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 1999 u l-2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nefqa globali tal-ħlasijiet li saru għall-kontijeit tad-dawl u l-ilma ta' l-iskejjel kollha u tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni hija kif se nsemmi: 1999 2000 2001 Lm Lm Lm Div. ta' l-Edukazzjoni , Skejjel, 200,104.07 81,832.23 232,913.48 Ministeru ta' l-Eduk., Dipt. ta' l- Eżamijiet u Seg. Parlamentari Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji 7,700.00 7,357.00 6,359.00 Dipartiment tal-Mużewijiet 12,335.86 24,334.41 19,332.23 Dipartiment tal-Kultura 1,840.00 2,143.00 1,695.00 Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport xejn 10,133.00 2,000.00 TOTAL 221,979.93 125,799.64 262,299.71

Mosta — Triq il-Wied - Tindif

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jittieħdu passi biex jitneħħew it-tankijiet kbar u kollha sadid li qed jintużaw flok xatba jew ħajt ta' għalqa u li qed ikerrħu l-ambjent fi Triq il-Wied, kantuniera ma' Triq Franġisk Mangion, il-Mosta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 36336 (Seduta 807).
Leg 9 PQ #36166 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti ta' l-Ikel

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel li Malta trid iddaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti tal-"Vegetable oils and fats" li qed jiġu mportati fil-mument u li se jkollhom tariffa ta' 11.4% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li d-definizzjoni "vegetable oil and fats" hija waħda wiesgħa. Din tinkludi diversi gruppi ta' prodotti li għandhom tariffi differenti. Meta wieħed iħares lejn l-importazzjoni attwali minn Malta isib li dan li ġej huwa l-grupp ta' prodotti li jidher li huwa l-aktar rilevanti. Il-lista' ta' hawn taħt turi l-medja tad-dazju applikat mill-unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni tal-prodott ikonċernat mill-pajjiżi terzi li Malta tipikament timporta minn għandhom bħalissa imqabbla mad-dazju impost bħalissa minn Malta fuq l-importazzzjoni ta' dawn il-prodotti, mill-istess pajjizi: Tariffa fil-pajjżi Dazju attwali Familja ta' prodotti ta' l-U.E. f' Malta Sunflower oil 9.6 fil-mija Lm0.04/litru Soya bean oil 9.6 fil-mija Lm0.04/litru Margarine 8.3 fil-mija u 5 fil-mija u 28.4 Eur/kg Lm0.25/kg Naturalment fil-każ ta' pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, id-dazju ma japplikax fil-każ ta' prodotti mixtrija mingħand il-pajjiżi l-oħra membri ta' l-istess Unjoni.
Leg 9 PQ #36248 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDD/Marsa Shipbuilding — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35461, li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru, u jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ħaddiema, diretturi u konsulenti fl-MDD u fil-Marsa Shipbuilding fil-preżent separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36296 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Dipartiment tas-Saħħa/Xogħlijiet Pubbliċi — Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ingħataw promozzjonijiet lill-ħaddiema fid-dipartimenti tas-saħħa u tax-xogħlijiet pubbliċi f'Għawdex matul din is-sena? F'liema gradi u kemm huma nisa u kemm irġiel? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 1999, 2000, 2001 separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma narax il­ħtieġa li tinġabar l­informazzjoni dettaljata mitluba. Iżda jekk l­Onor Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikolari nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.

Għargħur — Triq Caravaggio

Question

Peress li t-tweġiba li qed jagħtina għar-risposta 35466 dwar Triq Caravaggio, il-Għargħur tmur lura għall-2000, jista' il-Ministru jinformani x'sar matul dawn l-aħħar snin sabiex l-intoppi li hemm jingħelbu minħabba l-inkonvenjenza għar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li d-Direttorat tat-Toroq ħa passi biex il-propjeta' privata li hemm tiblokka il-ftuħ ta' Triq Caravaggio tinxtara mill-Gvern, ħalli t-triq tinfetaħ. Fil-mument id-Direttorat tat-Toroq qed jistenna li jsir il-kuntratt ta' xiri min-naħa tal-Kummissarju ta' l-Artijiet. Nispera li l-Onor. Interpellant jiftakar li kull proċess jieħu ż-żmien u li hemm proċeduri li jridu jiġu segwiti f'sitwazzjonijiet bħal dawn.