Common Agricultural Policy — Tariffi fuq prodotti tal-laħam
Question
B'riferenza għall-common agricultural policy jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni ta' other meat products barra mill-UE hija 30.9% u se tibqa' hekk anke wara s-sena 2010?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant għandu jikseb din l-informazzjoni direttament mill-Unjoni Ewropea.
Dwar jekk hux se tibqa' ċ-ċifra tal-levy kif imsemmija fil-mistoqsija, l-Onor. Interpellant jaf li dawn il-valuri jew mekkaniżmi ta' levies/tariffi jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien.
Każ klassiku kien l-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal li dwarhom l-istess Interpellant tant kien ibeżża' li dawn ma konniex se nkomplu nibbenefikaw minnhom bi sħubija fl-Unjoni Ewropea.
L-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal tneħħiet f'Lulju 2000 u għaldaqstant dan il-benefiċċju ntilef allavolja għadna ma sirnix membri. L-istess jista' jgħodd għal kull mekkaniżmu tas-suq preżentament applikabbli mill-EU fuq kull settur/prodott agrikolu.
B'riferenza għall-common agricultural policy jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni ta' vegetable oils and fats barra mill-UE hija 11.4% u se tibqa' hekk anke wara s-sena 2010?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant għandu jikseb din l-informazzjoni direttament mill-Unjoni Ewropea.
Dwar jekk hux se tibqa' ċ-ċifra tal-levy kif imsemmija fil-mistoqsija, l-Onor. Interpellant jaf li dawn il-valuri jew mekkaniżmi ta' levies/tariffi jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien.
Każ klassiku kien l-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal li dwarhom l-istess Interpellant tant kien ibeżża' li dawn ma konniex se nkomplu nibbenefikaw minnhom bi sħubija fl-Unjoni Ewropea.
L-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal tneħħiet f'Lulju 2000 u għaldaqstant dan il-benefiċċju ntilef allavolja għadna ma sirnix membri. L-istess jista' jgħodd għal kull mekkaniżmu tas-suq preżentament applikabbli mill-EU fuq kull settur/prodott agrikolu.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nstabu mejta kawża ta' delitti, overdose, inċidenti fuq il-post tax-xogħol, tat-traffiku, eċċ. li ġew rapportati lill-pulizija? Kemm minnhom għadhom qed jiġu investigati u kemm minnhom il-pulizija tinsab għaddejja bil-proċeduri fil-qorti?
Jista' il-Ministru jipprovdi l-informazzjoni għas-snin 1999, 2000 u 2001 rispettivament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-snin 1999, 2000 u 2001 mietu 226 persuna kawża ta` delitti, overdose, inċidenti fuq il-post tax-xogħol, inċidenti tat-traffiku u oħrajn.
Minn dawn il-każi 34 għadhom taħt investigazzjoni, 83 għadhom għaddejjin bi proċeduri fil-Qorti filwaqt li l-kumplament huma kollha konklużi. Dawn kienu kif ġej:-
1999
2000
2001
Omiċidji
12
6
7
Overdose
6
6
11
Suwiċidji
23
21
26
Inċidenti tat-traffiku
14
15
19
Inċidenti fuq il-post tax-xogħol
5
5
1
Inċidenti oħra
13
21
15
Total
73
74
79
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36336 jista' il-Ministru jinformana bl-iżviluppi u cioe` jekk huwiex se jitneħħew it-tankijiet in kwestjoni issa li jiena tlabt li jsir hekk għan-nom tar-residenti konċernati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li dan il-każ ġie nnotat, u għalhekk dawn it-tankijiet ser jitneħħew mal-kumplament tat-tankijiet f'din il-lokalita', bl-istess proċedura tal-lokalitajiet l-oħra.
Common Agricultural Policy — Tariffa fuq Paddy Rice
Question
B'riferenza għall-common agricultural policy jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni tal-paddy rice barra mill-UE hija 64.9% u se tibqa' hekk anke wara s-sena 2010?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant għandu jikseb din l-informazzjoni direttament mill-Unjoni Ewropea.
Dwar jekk hux se tibqa ċ-ċifra tal-levy kif imsemmija fil-mistoqsija, l-Onor. Interpellant jaf li dawn il-valuri jew mekkaniżmi ta' levies/tariffi jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien.
Każ klassiku kien l-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal li dwarhom l-istess interpellant tant kien ibeżża li dawn ma konniex ser inkomplu nibbenefikaw minnhom bi sħubija fl-Unjoni Ewropea.
L-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal tneħħiet f'Lulju 2000 u għaldaqstant dan il-benefiċċju intilef allavolja għadna ma sirnix membri. L-istess jista jgħodd għall kull mekkaniżmu tas-suq preżentament applikabbli mil-EU fuq kull settur/prodott agrikolu.
B'riferenza għall-common agricultural policy jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni tal-wheat barra mill-UE hija 61.4% u se tibqa' hekk anke wara s-sena 2010?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant għandu jikseb din l-informazzjoni direttament mill-Unjoni Ewropea.
Dwar jekk hux se tibqa ċ-ċifra tal-levy kif imsemmija fil-mistoqsija, l-Onor. Interpellant jaf li dawn il-valuri jew mekkaniżmi ta' levies/tariffi jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien.
Każ klassiku kien l-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal li dwarhom l-istess interpellant tant kien ibeżża li dawn ma konniex ser inkomplu nibbenefikaw minnhom bi sħubija fl-Unjoni Ewropea.
L-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal tneħħiet f'Lulju 2000 u għaldaqstant dan il-benefiċċju intilef allavolja għadna ma sirnix membri. L-istess jista jgħodd għall kull mekkaniżmu tas-suq preżentament applikabbli mil-EU fuq kull settur/prodott agrikolu.
B'riferenza għall-common agricultural policy jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni ta' other grains barra mill-UE hija 38.6% u se tibqa' hekk anke wara s-sena 2010?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant għandu jikseb din l-informazzjoni direttament mill-Unjoni Ewropea.
Dwar jekk hux se tibqa ċ-ċifra tal-levy kif imsemmija fil-mistoqsija, l-Onor. Interpellant jaf li dawn il-valuri jew mekkaniżmi ta' levies/tariffi jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien.
Każ klassiku kien l-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal li dwarhom l-istess interpellant tant kien ibeżża li dawn ma konniex ser inkomplu nibbenefikaw minnhom bi sħubija fl-Unjoni Ewropea.
L-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal tneħħiet f'Lulju 2000 u għaldaqstant dan il-benefiċċju intilef allavolja għadna ma sirnix membri. L-istess jista jgħodd għall kull mekkaniżmu tas-suq preżentament applikabbli mil-EU fuq kull settur/prodott agrikolu.
Common Agricultural Policy — Tariffa fuq Ħxejjex, Frott u Ġewż
Question
B'riferenza għall-common agricultural policy jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni ta' vegetables, fruit, nuts barra mill-UE hija 14.5% u se tibqa' hekk anke wara s-sena 2010?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant għandu jikseb din l-informazzjoni direttament mill-Unjoni Ewropea.
Dwar jekk hux se tibqa ċ-ċifra tal-levy kif imsemmija fil-mistoqsija, l-Onor. Interpellant jaf li dawn il-valuri jew mekkaniżmi ta' levies/tariffi jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien.
Każ klassiku kien l-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal li dwarhom l-istess interpellant tant kien ibeżża li dawn ma konniex ser inkomplu nibbenefikaw minnhom bi sħubija fl-Unjoni Ewropea.
L-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal tneħħiet f'Lulju 2000 u għaldaqstant dan il-benefiċċju intilef allavolja għadna ma sirnix membri. L-istess jista jgħodd għall kull mekkaniżmu tas-suq preżentament applikabbli mil-EU fuq kull settur/prodott agrikolu.
Jista' l-Ministru jinfurmani bil-konsiderazzjonijet tal-Ministeru għall-ittra tiegħi mibgħuta fit-30 ta' Settembru 2002 dwar is-sitwazzjoni tas-sajjieda Maltin u li tagħha qed nibgħat kopja separatament.
Response (BORG, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, filwaqt li nikkonferma li rċevejt l-ittra tiegħu li kopja tagħha bagħathili separatament mal-mistoqsija tiegħu, il-Gvern, qabel id-data ta' din l-ittra, kien diga' ħa passi dwar is-sitwazzjoni tas-sajjieda Maltin fir-rigward tal-problemi rinfaċċati minnhom mas-sajjieda Tuneżini.
Inoltre, fl-okkażżjoni tal-laqgħa tal-Kummissjoni mista Malta-Tuneżija li saret bejn l-24 u l-25 ta' Ottubru 2002, din il-materja ġiet trattata direttament bejn rappreżentanti governattivi taż-żewġ pajjiżi sabiex Malta u t-Tuneżija jikkollaboraw biex is-sajjieda Maltin u Tuneżini jkunu jistgħu jistadu fl-ordni u mingħajr ma jkunu ta' xkiel għal xulxin. L-awtoritajiet Tuneżini tennew li qed jittieħdu l-passi kollha neċessarji u qed jinvestigaw il-provi kollha li qed jingħatawlhom mill-awtoritajiet Maltin dwar il-ħsarat li qed isofru s-sajjieda Maltin fl-ibħra internazzjonali. Huma wkoll qed iwissu lis-sajjieda Tuneżini b'miżuri iebsa f'każ li jigi determinat min qed jikkaguna danni u ħsarat lis-sajjieda Maltin. Malta u t-Tuniżija wkoll qablu sabiex jikkollaboraw mill-qrib fil-qasam tas-sajd u ftehmu li jittieħdu inizjattivi sabiex titkattar il-ħbiberija bejn is-sajjieda Maltin u Tuneżini.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex reġat tħalliet tfur il-fossa tad-drenaġġ fil-Baħrija għall-ġimgħat sħaħ.
Xi spezzjonijiet saru sabiex tiġi studjata l-ħsara kawżata fuq l-ambjent rurali nkluż l-uċuħ tar-raba u l-mezzi ta' l-ilma tat-tisqija li hemm fl-inħawi?
Jista' l-Ministru jara li jiġi mnaddaf il-wied li rċeva dan id-drenaġġ qabel il-festa ta' San Martin
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-fossa tal-Baħrija tiġi mbattla kuljum. Biex tingħata aktar attenzjoni għat-tbattil aktar spiss ta' din il-fossa, illi kull ma jmur qiegħda tiżdied il-load fuqha, ħarġet tender speċifikament għat-tbattil ta' din il-fossa weħidha. B'hekk ikun jista' jsir tbattil tagħha aktar spiss biex jiġi żgurat illi fl-ebda ħin tal-ġurnata ma tfur.
Minn spezzjonijiet li saru mill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ ma jirriżultax illi saret xi ħsara fuq l-ambjent rurali u ma jidhirx illi hemm bżonn ta' tindif tal-wied minħabba xi żbroff tad-drenaġġ.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni b'diżabilita` li ngħataw xogħol/impjieg mas-settur privat u/jew il-gvern u l-korporazzjonijiet jew entitajiet oħra tiegħu matul dawn l-aħħar erba' snin, sena b'sena? Kemm minnhom kienu għomja u x'etajiet kellhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba, skond ir-rekords tal-Korporazzjoni għax-Xogħol uTaħriġ.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol f'Malta u Għawdex separatament? Kemm mill-każi kienu rapportati mill-ħaddiema taċ-ċivil u kemm mis-settur privat? Kemm kienu nisa u kemm irġiel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta' korrimenti fuq il-post tax-xogħol rappurtati bejn Jannar u Settembru 2002. Rigward il-kumplament ta' l-informazzjoni mitluba nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 34935 u 35257 f'Seduta Numru 738 u 790 rispettivament.
Jista' il-Ministru jgħid x'ġara mill-programm tal-hands on fishing? Kemm-il darba saru matul dawn l-aħħar erba' snin, sena b'sena, dawn il-programmi u kemm kien in-numru ta' studenti preżenti? Min huma l-membri tal-bord li jieħdu ħsieb dawn il-programmi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li f'dawn l-aħħar erba' snin ma tnieda l-ebda programm ta' din ix-xorta.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 36363, jista' il-Ministru jinformana jekk il-MEPA investigatx il-każ imqajjem u jekk iva x'passi ħadet u x'inhija l-pożizzjoni llum? Jekk le, jista' jara li l-MEPA tinvestiga?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi rigward il-każ tat-triq ta` Burmarrad, fit-28 ta` Ottubru 2002, inħareġ mill-MEPA Ordni ta` Waqfien skond l-Att ta` l-Ambjent 2001 fuq id-Dipartiment tat-Toroq talli ġew imwaqqgħin ħitan tas-sejjieħ u minflok ġew mibnija ħitan bil-kantun. Saret ukoll laqgħa mal-Perit inkarigat mix-xogħlijiet fejn ġie diskuss l-Avviż Legali 160 maħruġ fl-1997. Il-Perit ġie ordnat li ma jistax isir iżjed xogħol fuq ħitan tas-sejjieħ qabel ma il-MEPA tkun tista` tagħmel 'full assessment' tad-dannu li sar.
Aktar minn hekk, dawn ix-xogħlijiet qegħdin jiġu diskussi f`kumitat konġunt bejn il-MEPA u d-Dipartiment tax-Xogħolijiet.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, kemm huma n-numru ta' special safeguards għas-settur tal-Biedja li pajjiżna se jonora sabiex ikun konformi mal-CAP. Kemm minn dawn l-ispecial safeguards diġa` huma reġistrati mal-WTO minn rata ta' l-UE u kemm minnhom fil-fatt jiproteġġu l-Biedja lokali.
Response (ZAMMIT, NINU)
Hu minnu li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea Malta trid tikkonforma ma' l-acquis communitaire li jinkludi l-obligazzjonijiet mal-WTO.
L-Onor. Interpellant jaf tajjeb li, bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-biedja Maltija tikkonforma mal-CAP f'dawk il-prodotti li nipproduċu lokalment. Biss dan isir fuq il-kundizzjonijiet li qegħdin ninnegozjaw. L-Onor. Interpellant għandu jibqa' ċert li Malta qegħda tinnegozja l-aħjar qafas.
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mis-sitwazzjoni ta' l-Għalqa ta' Kola fir-Rabat? Kemm fil-fatt kien il-kumpens li l-Gvern ħallas sabiex jirrimedja l-kwistjonijiet li hemm dwar l-għalqa ta' Kola fir-Rabat, Malta?
Għaliex minkejja li sar dan il-ħlas, din ma ġietx mogħtija kisja tarmac? Jista' l-Ministru jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni mmedjatament ħalli sal-Milied li ġej ix-xogħlijiet ikunu tlestew?
Response (BORG, TONIO)
Il-Gvern offra s-somma globali ta` ħames mija, wieħed u ħamsin elf sebgħa mija u ħamsin Liri Maltin (Lm551,750.00) għall-akkwist tal-proprjeta` fir-Rabat li irrefera għaliha l-Onorevoli Membru. Din il-proprjeta` tappartjeni għal diversi persuni u x-xiri ġie konkluż fil-konfront ta` persuna waħda biss. Sitt proprjetarji oħra ikkontestaw l-offerta li saret lilhom.
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi t-tieni parti tad-domanda lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jinformani kemm hija l-ispiża meħtieġa sabiex pajjiżna jintegra mal-IACS? Kemm mill-ispiża se joħroġhom il-Gvern Malti u kemm l-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
Mill-1 ta' Marzu 2001 sal-lum intefqu Lm65,924 mill-Gvern Malti, iżda 'l biċċa l-kbira ta' l-ispejjeż qed jiġu ffinanzjati mill-UE. Skond il-ftehim mal Kumissjoni Ewropea, Malta ingħatat miljun Ewro (Lm400,000) biex titwaqqaf l-Integrated Administration and Control System'.
B'riferenza għall-istudju li sar matul dawn l-aħħar 4 snin u xogħol sabiex nintegraw l-amministrazzjoni u s-sistemi tal-kontrolli tal-CAP, jista' l-Ministru jinfurmani kemm huma kalkulat li trid tiżdied in-nefqa rekurrenti tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd sabiex effettivament issostni dan il-commitment.
Response (ZAMMIT, NINU)
Għadu prematur biex wieħed jgħid kemm se tkun l-ispiża biex titwaqqaf il-IACS. Nitlob, iżda, lill-Onor. Membru jirriferi għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija numru 36541 għal aktar dettalji.
B'referenza għall-familji f'Malta u Għawdex li jinsabu jgħixu f'bini kundannat bħad-dettalji tal-każ li qed jintbagħat separatament, jista' l-Ministru jinfurmani kemm huma n-numru ta' każijiet simili li fil-mument huma nformat bihom id-dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali? Kemm minn dawn il-każijiet ġew rimedjati u/jew saru xogħlijiet fil-bini sabiex jitneħħa l-periklu li jkunu qed jgħixu qed jgħixu fiħ ir-residenti in kwestjoni.
Meta se jkun rimedjat il-każ li d-dettalji dwar qed jitbagħtu separatament sabiex ikun evitat l-periklu in kwistjoni nkluż xi aċċident fatali.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi għad baqa 219 applikazzjoni fejn l-applikanti ddikjaraw li għandhom periklu. L-applikanti mhux soltu jinfurmaw lid-Dipartiment jekk ikunu neħħew il-periklu. Il-każ speċifiku li rrefera għalih l-Onor. Interpellant qed jiġi proċessat.