Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju tal-ħxejjex li ddaħħlu fil-pitkalija ċentrali nkluż il-patata bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena, xahar b'xahar f'Malta u Għawdex separatament.
Jista' l-Ministru jinfurmani bl-istess informazzjoni għas-snin 2001, 2000, 1999, 1998, 1997 separatament.
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba tidher fit-tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi ta' siegħat ta' xogħol ġie kkalkulat d-dħul ta' 80% li jaqilgħu il-bdiewa skond kif iċ-ċensiment li sar u li fuqu, l-Ministru tal-Finanzi rrefera għalih fid-diskors tal-budget?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 37379.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-għaqdiet/kooperattivi tal-bdiewa li ma qablux u li qablu mal-kalkoli tad-dħul tal-bdiewa li rriżultaw fiċ-ċensiment li sar u li ssemma bi prominenza kbira u tqies b'importanza kbira fil-budget tal-gvern Nazzjonalista?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-kalkolu tad-dħul ta' 80 fil mija mill-produzzjoni hu bbażat fuq informazzjoni u dikjarazzjonijiet ta' bdiewa fl-aħħar ċensiment.
M'hux kompitu ta' dan il-Ministeru li jindaħal f'dak li jaħsbu l-għaqdiet jew kooperattivi tal-bdiewa dwar x'jirriżulta miċ-ċensiment.
Pero' nfakkar lill-Onor Interpellant li, bħalma fehmu l-bdiewa kollha, fejn qabel kienu jiġu stmati 20% tal-bejgħ bħala spejjeż, mis-sena d-dieħla l-istima medja ta' l-ispejjeż fuq prodotti mibjugħa ser tiġi RDUPPJATA għal 40%, li allura tfisser li l-bdiewa se jiġu ntaxxati fuq ammont net ta' dħul nieqes.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-għaqdiet/ kooperattivi tal-bdiewa li qablu jew ma qablux mad-dħul ta' 80% mill-produzzjoni tagħhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-kalkolu tad-dħul ta' 80 fil mija mill-produzzjoni hu bbażat fuq informazzjoni u dikjarazzjonijiet ta' bdiewa fl-aħħar ċensiment.
M'hux kompitu ta' dan il-Ministeru li jindaħal f'dak li jaħsbu l-għaqdiet jew kooperattivi tal-bdiewa dwar x'jirriżulta miċ-ċensiment.
Pero' nfakkar lill-Onor Interpellant li, bħalma fehmu l-bdiewa kollha, fejn qabel kienu jiġu stmati 20% tal-bejgħ bħala spejjeż, mis-sena d-dieħla l-istima medja ta' l-ispejjeż fuq prodotti mibjugħa ser tiġi RDUPPJATA għal 40%, li allura tfisser li l-bdiewa se jiġu ntaxxati fuq ammont net ta' dħul nieqes.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-għaqdiet/kooperattivi tal-bdiewa li qablu mal-kalkoli tal-gvern Nazzjonalista' imħabbra fil-budget li d-dħul tal-bdiewa mill-produzzjoni tagħhom huma ta' 60% kif ġenerożament iddikjara l-Ministru tal-Finanzi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Iċ-ċifra li ġiet diskussa mal-bdiewa kienet ta' 80% dħul mill-produzzjoni tagħhom li l-bdiewa stess iddikjaraw fiċ-ċensiment. Iċ-ċifra ta' 60% ma ġietx diskussa.
Pero' nfakkar lill-Onor Interpellant li, bħalma fehmu l-bdiewa kollha, fejn qabel kienu jiġu stmati 20% tal-bejgħ bħala spejjeż, mis-sena d-dieħla l-istima medja ta' l-ispejjeż fuq prodotti mibjugħa ser tiġi RDUPPJATA għal 40%, li allura tfisser li l-bdiewa se jiġu ntaxxati fuq ammont net ta' dħul nieqes.
Jista' l-Ministru jgħid x'produzzjoni ta' siġar ħielsa mill-mard tkabret fis-serer speċjalizzati f'tal-Kmand?
X'sar minnhom dawn is-siġar u x'tip kienu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li matul dawn l-aħħar tliet snin (mis-sena 2000) tkabbru total ta' 51,940 rootstock tas-siġar tal-frott:
Fis-sena 2000 saret produzzjoni ta' 2,733 GF677 u 9,794 Myrobalan 29C.
Fis-sena 2001 saret produzzjoni ta' 7,130 GF677 u 7,740 Myrobalan 29C.
Matul din is-sena sa Ottubru) saret produzzjoni ta' 10,692 GF677 u 13,851 Myrobalan 29C.
Matul dawn is-snin saret ukoll produzzjoni ta' pjanti indiġeni u ornamentali.
Jista' l-Ministru jinformani għaliex l-ewwel intqal lill-bdiewa li ċ-ċensiment ma jsirx sabiex il-gvern Nazzjonalista jintaxxahom fuq id-dħul mill-produzzjoni tagħhom, meta l-gvern Nazzjonalista fil-fatt uża purament l-informazzjoni taċ-ċensiment sabiex jistabbillixi dħul tagħhom u jibda jintaxxhom kif se jiġri mis-sena d-dieħla?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ir-riferenza għaċ-ċensiment fid-Diskors tal-Budget tal-Ministru tal-Finanzi saret biex tingħata informazzjoni dwar l-ispiża medja.
Fid-Diskors tal-Ministru tal-Finanzi saret riferenza għall-ispiża medja ta' 20 fil-mija tal-bejgħ ta' prodotti agrikoli skond iċ-Ċensiment tal-Biedja mħejji mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika.
Din l-informazzjoni ma ntużatx biex il-Gvern jimponi taxxa ġdida fuq il-bdiewa kif l-Onor Interpellant irid jimplika iżda biex tiddaħħal l-ewwel parti minn skema tat-taxxa vantaġġjuża għall-bdiewa.
Pero' nfakkar lill-Onor Interpellant li, bħalma fehmu l-bdiewa kollha, fejn qabel kienu jiġu stmati 20% tal-bejgħ bħala spejjeż, mis-sena d-dieħla l-istima medja ta' l-ispejjeż fuq prodotti mibjugħa ser tiġi RDUPPJATA għal 40%, li allura tfisser li l-bdiewa se jiġu ntaxxati fuq ammont net ta' dħul nieqes.
Peress li fit-triq li mir-Rabat tagħti l-Mtarfa u cioe il-parti tal-bridge ta' l-Imtarfa, hemm ħofor kbar li tkisser karozza u imaġina x' periklu jikkawża lill-pedestrains, jista' l-Ministru jara li jawtorizza x-xogħlijiet immedjatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-pjanta kif se tiġi żviluppata Triq Rużinjol, il-Mosta?
Jista' jara li tiġi rranġata din it-triq? Jista' jara li jinħarġu t-tenders neċessarji?
Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-pjanti għall-iżvilupp ta' din it-triq jinħarġu mill-Awtorita' ta' l-Ambjent u l-Ippjanar u għalhekk għal aktar informazzjoni l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Rigward it-tieni u t-tielet parti tal-Mistoqsija tajt struzzjonijiet lill-Awtorita' dwar it-Trasport biex issir spezzjoni fit-triq u jiġi stabilit x' l-aħjar li jsir.
Peress li meta kont qed inżur il-familjari li l-ilment tagħhom kont ressaqtu permess ta' mistoqsija parlamentari nru. 17185, Seduta 327 ta' 27.06.00, irriżultali li x-xogħlijiet għadhom ma sarux mill-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jirrimedja u jara li tiġi rimedjat il-każ in kwistjoni fi Triq Napuljun Caruana Dingli, Mellieħa? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li mill-investigazzjoni li kienet saret mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta irriżulta li hemm bżonn li l-wires li hemm mal-fond in kwistjoni jiġu spustati għal fuq l-arbli. Dan ix-xogħol għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra.
B'referenza għaċ-ċensiment tal-Biedja msemmi fid-diskors tal-budget mill-ministru tal-Finanzi, kemm kienet l-evalwazzjoni separatament għal kull prodott f'ċifra ta' flus li kienet kalkulata għaż-żriegħ tal-ħxejjex lokali nkluż il-patata għall-kull tomna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-żjara saret mill-kunsilli lokali tan-Naxxar fil-bini ta' l-isptar il-ġdid? Kemm swew ir-refreshments li qed jingħataw?
Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-kunsilli lokali oħra li qed jattendu għall-programm taż-żjarat fl-isptar il-ġdid li jingħad li se jinfetaħ f'2008?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Kunsill Lokali Naxxar għamel żjara waħda fil-bini ta` Mater Dei. Dan wara li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi stiednet lill-Kunsilli Lokali ta` Malta u Għawdex kollha kif ukoll organizzazzjonijiet oħrajn sabiex jorganizzaw żjarat simili. Dawn kienu jinkludu:
Kunsilli Lokali
Day Care Centres ta' l-Anzjani
Studenti minn 10 snin 'il fuq sa studenti ta' l-Universita`
Private General Practioners
Unions tal-Ħaddiema
Organizzazzjonijiet Volontarji
Ħbieb ta' xi impjegati
Persuni interessati
S'issa dawk li aċċettaw din l-istedina huma skond kif jidhru f'din il-lista:
Organizzazzjoni
Numru ta' Persuni li Attendew
Union Information Meeting
16
APAN Malta
120
San Andrea School
80
Chamber of Engineers
3
Sir Temi Zammit Boy's Secondary School Imtarfa
51
University Students of Architecture & Civil Engineering
80
St. Elias College (żewġ żjarat)
45
Day Care Centre - San Pawl il-Baħar
35
Art & Design Teachers & Senior Students
28
APAN Gozo
100
Art & Design Students
20
Mġarr Residents
20
Agriculture & Building Institute of Gozo
37
Archbishop's Seminary
56
Union Information Meeting
15
Architecture University Students
4
Kunsill Skolastiku Margaret Mortimer Junior Lyceum
21
HSBC
5
Azzjoni Kattolika Mosta
40
Kunsill Lokali Xagħra Għawdex
56
Kunsill Lokali Qala Għawdex
25
Kunsill Lokali Kerċem Għawdex
56
Kunsill Lokali Mġarr Malta
30
Kunsill Lokali Naxxar
226
Kunsill Lokali Għargħur
40
TOTAL
863
S'issa bejn dawn l-Organizzazzjonijiet li semmejt kif ukoll il-ħaddiema fis-Settur Pubbliku tas-Saħħa attendew b'kollox 3177 persuna. Huwa diffiċli ħafna li tgħid kemm kienet in-nefqa għaz-zjara tal-Kunsill Lokali Naxxar pero` in-nefqa globali għal dawn iż-żjarat kollha s’issa laħqet is-somma ta’ LM125.90.
Separate Cover:
Papers Laid:
Attachments:
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 36792 u cioe` jinformana x'ġara mill-ġnien pubbliku li kellu jsir fil-qasam tad-djar ta' Għajn Qajjed ir-Rabat fejn il-parti tal-housing kienu lestew il-pjanti matul l-1997 u l-1998? Hemm ħsieb li jsir fix-xhur li ġejjin u għaliex ma kien hemm ebda żviluppi matul dawn l-aħħar erba' snin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi l-Awtorita' dwar it-Trasport għaddejja bil-proġetti ta' bini mill-ġdid tal-
bypass
ta' l-Imtarfa li tibda' minn ħdejn ir-roundabout ta' ħdejn il-Qasam tad-Djar ta' Għajn Qajjet. Peress illi t-tibdil fit-tqassim tat-toroq irid issir meta x-xogħol fil-
bypass
jitlesta u tkun qed taħdem sew is-sistema tat-traffiku ġor-Rabat u dik li tagħti għal dak li jiġi u jmur Ħad-Dingli, it-tqassim tat-toroq fl-inħawi u l-użu ta' l-ispazju li jibqa', ikun jista' jsir wara li x-xogħol fil-
bypass
jitlesta.
Peress li fil-festi ta' l-Imnarja ma sarux ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-Lawrenti Rd, il-Buskett (Sqaq), jista' l-Ministru jara li japprova x-xogħlijiet meħtieġa sabiex it-turisti, pubbliku u residenti ta' l-inħawi jevitaw l-inkonvenjent li qed jikkawżalhom l-istat tas-sqaq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt, it-tadam għall-iproċessar issa se jkun intaxxat 15% jew 5% li jinbiegħ minbarra l-pitkalija ċentrali?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma nafx minn fejn l-Onor. Interpellant qed jikseb din l-informazzjoni. Min tah din l-informazzjoni ma għandu ebda idea ta' dak li ppropona l-Ministeru tal-Finanzi fid-Diskors tal-Budget fejn intqal li qed tiddaħħal l-ewwel fażi ta'
riforma fit-taxxa għall-benefiċċju u vantaġġ għall-bdiewa Maltin u Għawdxin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt, l-għeneb li jinbiegħ lill-industrija ta' l-inbid direttament se jkun intaxxat 15%?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma nistax nifhem minn fejn l-Onor Interpellant ġab iċ-ċifra ta' 15%. Is-sistema ta' tassazzjoni fuq prodotti agrikoli hi spjegata ċara fid-Diskors tal-Budget tal-Ministru tal-Finanzi tal-25 ta' Novembru 2002, eżattament paġni 73 u 74.
Jista' l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew kawżati fis-serer speċjalizzati f'Tal-Kmand fis-sistema tal-misħun/hot water? Meta irriżultaw il-ħsarat u meta ssewwew u kemm kienet tammonta l-ħsara?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-ħsara ġiet identifikata ftit tax-xhur ilu. Kien ġie innutat li kien hemm leakage fis-sistema ta' l-ilma fis-serra. Ġie ngaġġat inġinier/konsulent biex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa u jagħti pariri dwar kif għandu jsir ix-xogħol. Wara, ħarġet sejħa għal offerti biex isir ix-xogħol. Dan beda f'Novembru. Tlestiet l-ewwel fażi tax-xogħol u n-nefqa ammontat għal Lm1,092.50.
Kif jispjega il-fatt il-Ministru li filwaqt li nxtrat karozza ta' Lm14,000 inxtrat lill-kap eżekuttiv f'Monte Carmeli, m'hemmx flus sabiex jinxtara vann bil-lifter li tant huwa bżonnjuż?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li kull meta l-isptar Monte Carmeli jkolllu bżonn ta' vann bil-lifter, dan jagħmel użu mill-vannijiet tad-Diviżjoni tas-Saħħa. Ta' min iżid li d-Diviżjoni tas-Saħħa għandha diversi faċilitajiet li jistgħu jintużaw mill-isptarijiet u s-sezzjonijiet ta' l-istess Diviżjoni skond il-ħtieġa.
Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' tmiem tar-raba' u xagħri propjeta tal-Gvern Malti llum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant s`issa qatt ma kienet tinżamm. Din l-informazzjoni tista` tinġabar billi tiġi investigata kull għalqa u art xagħri li għandu l-Gvern; eżerċizzju li kif zgur japprezza kulhadd jikkonsma ammont ta` żmien sostanzjali.
Kemm huwa n-numru ta' tmiem ta' raba' u xagħri reġistrat mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura llum? Kemm minnhom huma tal-privat u kemm tal-Gvern Malti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li minħabba li r-reġistrazzjoni ta' raba' mid-Dipartiment ta' l-Agrikultura hi miżmuma b'sistema manwali, l-informazzjoni tieħu fit-tul ħafna biex tingħata. Madanakollu nfakkar l-Onor. Interpellant li bdejna l-proġett magħruf bħala Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll għall-Biedja. Permezz ta' din is-sistema, għall-ewwel darba f'pajjiżna, qed noħolqu database ta' l-art agrikola kollha fil-gżejjer Maltin.