Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37471 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Kmamar għall-użu tal-biedja

Question

Matul din is-sena kemm kien in-numru ta' kmamar għall-użu tal-biedja li ġew approvati mill-MEPA u kemm ġew rifjutati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul il-perijodu bejn l-1 ta` Jannar u l-5 ta` Diċembru 2002, il-MEPA approvat 95 applikazzjoni għal xi tip ta` kamra għal użu agrikolu, filwaqt li rrifjutat 156 talbiet simili għax ma kienux konformi mal-policies tal-Awtorita`.
Leg 9 PQ #37403 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn marru l-ħaddiema/skrivani li kienu jaħdmu fil-pitkalija u tneħħew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Mill-bidu tas-sena sal-lum kienu trasferiti, minħabba esiġenzi tas-servizz, seba’ ħaddiema/skrivani mill-pitkalija. Ħamsa minn dawn il-ħaddiema/skrivani baqgħu fl-istess Taqsima tas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali iżda qed jagħmlu xogħol f'sezzjonijiet oħra. Wçħed mar fit-Taqsima ta' l-Ikel u Attivita' Veterinarja u ħaddiem/skrivan ieħor mar fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.
Leg 9 PQ #37404 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħasil tal-Kaxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li l-ħasil tal-kaxxi (dugħ) reġa mar lura matul dawn l-aħħar żmien? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, r-rapporti li saru minn spezzjonijiet li saru dwar l-igene tal-kaxxi (dugħ) matul dawn l-aħħar xhur?

Response (ZAMMIT, NINU)

Dawn l-aħħar xhur ma waslu l-ebda rapporti mill-bdiewa jew mix-xerrejja rigward ħasil inadekwat ta' kaxxi, u għaldaqstant ma saru l-ebda rapporti ta' spezzjonijiet. Madankollu l-ilment ta' l-Onor Interpellant qiegħed jiġi mistħarreġ.
Leg 9 PQ #37417 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Importazzjoni ta' siġar

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 36785, x'inhija r-raġuni li wara li sar żvilupp ta' żewġ serer speċjaliżżati ta' aktar minn Lm1.5 miljun matul l-1997, u illum il-Gvern għadu jimporta dawn l-ammonti ta' siġar minn barra minn xtutna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ir-raġuni għala żdiedet mill-Gvern l-importazzjoni tas-siġar tal-frott, dwieli u żebbuġ f’dawn l-aħħar erba’ snin hi waħda sempliċi: għaliex żdiedet sostanzjalment id-domanda mill-bdiewa u l-pubbliku ġenerali. L-Onor Interpellant imissu jaf li ċ-Ċentru tal-Bioteknoloġija tal-Pjanti jipproduċi biss rootstocks tas-siġar tal-frott virus-free. Dawn ikunu jew GF677 li huma delikati ħafna u jintużaw partikolarment għall-produzzjoni ta’ siġar tal- ħawħ u nuċiprisk, u l-Myrobalan 29C li jintuża partikolarment għall-produzzjoni tal-berquq u l-għajnbaqar. Mill-2000 ’l hawn, iċ-Ċentru pproduċa 20,000 GF677 u 31,385 Myrobalan. Parti sostanzjali mir-rootstocks GF677 qed tmur biex tintlaqa’ t-talba dejjem tiżdied għal dawn ir-rootstocks mingħand il-bdiewa, filwaqt li l-kumplament jitlaqqmu mid-Dipartiment ta’ l-Agrikultura. Hi ħaga naturali li mhux it-tilqim kollu jirnexxi, u dan minħabba diversi fatturi. Id-domanda għar-rootstocks GF677 żdiedet ħafna f’dawn l-aħħar tliet snin għaliex il-bdiewa qed jippreferu din ix-xorta ta’ rootstock milli kien isir qabel biż-żriegħ tal-lewz morr. Barra minn hekk, ir-rootstocks li jintużaw għat-tilqim mid-Dipartiment, jitħawlu fil-bidu tas-sena biex jitlaqqmu f’Ottubru u, kemm-il darba it-tilqima tieħu, is-siġar tibda toħrog il-weraq f’Marzu ta’ wara. Is-siġar imlaqqma b’suċċess ikunu lesti għat-tqassim f’Jannar tas-sena ta’ wara, li jfisser li l-proċess mit-tħawwil tar-rootstock sa ma s-siġra tkun tista’ titqassam jieħu sentejn. Li għandu jifhem Onor Interpellant hu li ċ-ċifri mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 36785 jinkludu kwantitajiet kbar ta’ siġar u rootstocks taż-żebbug u tad-dwieli. Iċ-Ċentru tal-Bioteknoloġija tal-Pjanti ma jipproduċix rootstocks taż-żebbuġ u tad-dwieli. Għandu jkun jaf ukoll li d-domanda għas-siġar tal-frott, dwieli u żebbug kibret immensament f’dawn l-aħħar erba’ snin u qed tkompli tiżdied kif jidher mid-domanda li hemm din is-sena. Fil-fatt, il-bejgħ ta’ siġar tal-frott mid-Dipartiment żdied minn 6,220 f’Jannar 2001 għal 10,510 f’Jannar ta’ din is-sena. Għal Jannar li ġej hemm ordnati mat-12,000 siġra tal-frott (din iċ-ċifra ma tinkludix id-dwieli u ż-żebbuġ).
Leg 9 PQ #37420 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sussidju — Proċessur tad-tadam/bdiewa

Question

Kemm kien hemm sussidju f'ċifra ta' flus li ngħata lill-proċessuri tat-tadam matul din is-sena u kemm lill-bdiewa?

Response (ZAMMIT, NINU)

S'issa għadhom ma tħallsu l-ebda sussidji fir-rigward tat-tadam.
Leg 9 PQ #37422 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Ikel u mediċini

Question

Kemm huwa kkalkulat li se tinvolvi lill-konsumaturi lokali u l-industrija tat-turiżmu t-taxxa tal-VAT fuq l-ikel u l-mediċini li se jdaħħal l-Gvern Nazzjonalista f' pajjiżna b'effett tas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa, n-negozjati ma' l-Unjoni Ewropeja dwar il-VAT fuq l-ikel u mediċini għadhom għaddejjin. Għalhekk, huwa prematur li wieħed joqgħod ibassar x'ser tinvolvi lill-konsumatur lokali t-taxxa tal-VAT fuq dawn il-prodotti.
Leg 9 PQ #37424 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Printed matter

Question

Kemm huwa kkalkulat li se tinvolvi lil-konsumaturi lokali f'taxxa, l-VAT fuq il-printed matter li l-Gvern Nazzjonalista se jdaħħal bħala effett tas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa n-negozjati ma' l-Unjoni Ewropeja dwar il-VAT fuq il-pubblikazzjonijiet għadhom sejrin u għalhekk mhux il-waqt li wieħed joqgħod jikkalkula l-effett tal-VAT fuq il-pubblikazzjonijiet fuq il-konsumatur lokali.
Leg 9 PQ #37397 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dawl Pubbliku

Question

Peress li d-daħla tal-Qasam tad-Djar ta' Għar Barka, r-Rabat, Malta min-naħa tal-knisja tħalliet mudlama, jista' l-Ministru jara li jinvestiga u jirrimedja bi stallazzjonijiet ta' bozoz ġodda sabiex f'dawn l-inħawi mudlama ċappa jkun hemm dawl adekwat? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.

Għar Barka — Trasport Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex is-servizz tat-trasport pubbliku baqa' ma ġiex estiż għall-Għar Barka? X'problemi fil-fatt jeżistu fil-mument u li qed jinblokkaw dan l-aċċess bżonnjuż għall-komunita` ta' Għar Barka?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 28915.
Leg 9 PQ #37399 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija — Linja tal-Majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kem kien hemm aċċidenti fuq il-linja tal-majjal fil-biċċerija matul din is-sena, xahar b'xahar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li n-numru ta' aċċidenti fuq il-linja tal-majjal fil-biċċerija matul din is-sena kienu 10, kif jidher hawn taħt: Jannar 2 April 2 Mejju 2 Lulju 1 Settembru 1 Novembru 2
Leg 9 PQ #37400 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Health and Safety Officers — Rapporti fuq il-Biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-aħħar rapporti tal-Health and Safety Officers li żgħaru l-biċċerija matul din is-sena, xahar b'xahar? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li uffiċjali mill-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fil-Post tax-Xogħol, li twaqqfet mill-Gvern preżenti, żaru l-biċċerija fid-29 ta' Settembru li għadda, bħala parti minn eżerċizzju li jikkonċerna postijiet tax-xogħol tal-Gvern. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' ittra b'rakkomandazzjonijiet li ntbagħtet minn Uffiċjal ta' din l-Awtorita' lid-Direttur Ġenerali tat-Taqsima ta' l-Ikel u Servizzi Veterinarji, wara li saret l-imsemmija żjara. Jien infurmat li ttieħdu u qed ikomplu jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex ma jkunx hemm l-ebda perikli għas-saħħa tal-ħaddiema fil-biċċerija.
Leg 9 PQ #37401 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta suppost kellu jkun lest ix-xogħol fil-biċċerija u x'kienet ir-raġuni li għadu ma tlestiex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-biċċerija bħalissa għaddejjin bosta xogħlijiet li skond il-kuntratt tagħhom ma jidhirx li kellhom jitlestew u għadhom ma tlestewx.
Leg 9 PQ #37402 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija — Makkinarju Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħdi x'apparat tal-makkinarju ġdid insteraq mill-biċċerija u kemm huwa l-valur?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li ma jidhirx li kien hemm xi serq ta' apparat ġdid mil-biċċerija. Jekk l-Onor Interpellant jaf b'xi ħaġa nitolbu jgħaddili t-tagħrif li jista' għandu, biex ninvestiga. Hekk isiru l-affarijiet bis-serjeta' u mhux billi nitfgħu s-suspetti permezz ta' mistoqsija.
Leg 9 PQ #37390 Sitting 830 2002-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Dħul mill-Prodotti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-bdiewa jkollhom 80% dħul mill-prodotti tagħhom jew 60%? Jekk iva, fuq liema kriterji?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 37379.
Leg 9 PQ #37392 Sitting 830 2002-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ċensiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min u meta sar iċ-ċensiment msemmi fid-diskors tal-budget għall-estimi finanzjarji tas-sena 2003?

Response (ZAMMIT, NINU)

Iċ-ċensiment li irrifera għalih il-Ministru tal-Finanzi hu ċ-ċensiment nazzjonali li sar mill-Awtorita' ta' l-Istatistika s-sena l-oħra. Pero' nfakkar lill-Onor Interpellant li, bħalma fehmu l-bdiewa kollha, fejn qabel kienu jiġu stmati 20% tal-bejgħ bħala spejjeż, mis-sena d-dieħla l-istima medja ta' l-ispejjeż fuq prodotti mibjugħa ser tiġi RDUPPJATA għal 40%, li allura tfisser li l-bdiewa se jiġu ntaxxati fuq ammont net ta' dħul nieqes.
Leg 9 PQ #37393 Sitting 830 2002-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Ċensiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa li fuqhom sar iċ-ċensiment imsemmi fil-budget ? Kemm minnhom kienu part-time u full-time u kemm Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 37379.
Leg 9 PQ #37394 Sitting 830 2002-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Ċensiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-kalkolu tal-produzzjoni agrikola staġun, staġun, li ttieħdet fiċ-ċensiment tal-dħul tal-bdiewa sabiex irriżulta għall-gvern li l-bdiewa jaqilgħu 80% mill-produzzjoni tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 37379.
Leg 9 PQ #37395 Sitting 830 2002-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ċensiment

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani meta rċieva ċ-ċensiment li semma fil-budget? X'diskussjoni saret dwaru u minn kienu l-uffiċjali tad-dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru li ddiskutew u qablu konkluzjonijiet taċ-ċensiment in kwistjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Iċ-ċensiment li rrifera għalih il-Ministru tal-Finanzi fid-Diskors tal-Budget hu dak nazzjonali li sar is-sena l-oħra u li għadu ma ġiex ippubblikat. Pero' nfakkar lill-Onor Interpellant li, bħalma fehmu l-bdiewa kollha, fejn qabel kienu jiġu stmati 20% tal-bejgħ bħala spejjeż, mis-sena d-dieħla l-istima medja ta' l-ispejjeż fuq prodotti mibjugħa ser tiġi RDUPPJATA għal 40%, li allura tfisser li l-bdiewa se jiġu ntaxxati fuq ammont net ta' dħul nieqes.
Leg 9 PQ #37396 Sitting 830 2002-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għaqdiet/Kooperattivi tal-Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani liema kienu dawk l-għaqdiet/kooperattivi tal-bdiewa li ġew infurmati bil-konkluzzjonijiet taċ-ċensiment li ssemma fid-diskors tal-budget mill-Ministru tal-Finanzi?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-għaqdiet/kooperattivi li ġew mistiedna biex jiddiskutu t-tassazzjoni tal-bdiewa kienu dawn: L-Għaqda Bdiewa Progressivi Kooperattiva Agrikola Għawdxija Gozitano Farmers Wine Cooperatives Malta Agricultural Lobby L-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa Il-Kooperattiva Ċentrali tal-Bdiewa Kooperattiva Għawdxija Bdiewa tas-Serer Limitata Apex tal-Kooperattivi Agricultural Cooperative Ltd Pero' nfakkar lill-Onor Interpellant li, bħalma fehmu l-bdiewa kollha, fejn qabel kienu jiġu stmati 20% tal-bejgħ bħala spejjeż, mis-sena d-dieħla l-istima medja ta' l-ispejjeż fuq prodotti mibjugħa ser tiġi RDUPPJATA għal 40%, li allura tfisser li l-bdiewa se jiġu ntaxxati fuq ammont net ta' dħul nieqes.
Leg 9 PQ #37381 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ċensiment tal-Biedja

Question

B'referenza għaċ-ċensiment tal-biedja msemmi fil-budget, kemm kienet l-evalwazzjoni tal-produzzjoni li ttieħdet fuq raba saqwi u bali separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.