F'ċifra ta' flus mill-1999 sal-lum kemm huwa kkalkulat li żiedu l-ispejjes tal-produttri tat-trobbija tal-majjal? Kemm fil-fatt jikkalkula l-Ministru li għandu jiżdied il-prezz tal-laħam li jipproduċu sabiex l-attivita' ekonomika tibqa trendi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 37496.
Kemm żdiedu n-numri ta' karozzi, vetturi, etc mikrija u jew ġodda mill-1996 l'hawn sena b'sena sal-lum fil-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet etc, li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru?
Response (ZAMMIT, NINU)
Kopja tat-tagħrif mitlub mill-Onor Interpellant qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb li nfakkar li fis-sena 1996 taħt dan il-Ministeru kien hemm ukoll is-settur tad-djar.
Kemm żdiedu n-numri ta' karozzi, vetturi, etc mikrija u jew ġodda mill-1996 l'hawn sena b'sena sal-lum fil-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet etc, li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Kemm żdiedu n-numri ta' karozzi, vetturi, etc mikrija u jew ġodda mill-1996 l'hawn sena b'sena sal-lum fil-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet etc, li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
In-numru aktar ta' vetturi mikrija mill-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqaw taħt id-dekasteru tal-Ministeru, fuq is-sena bażi ta' l-1996 huma kif murija hawn taħt:
1997 1998 1999 2000 2001 2002
--------------------------------------------------------------------------
Karozzi 14 9 2 2 8 14
Vannijiet 16 16 16 20 15 21
Iċ-ċifri murija hawn fuq jirreferu għall-medja ta' vetturi mikrija tul is-snin imsemmija. Dan għaliex in-numru ta' vetturi mikrija jvarja minn żmien għal żmien skond l-esiġenza tas-servizz.
In-numru ta' karozzi, vetturi u nġenji oħra ġodda fil-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqaw taħt id-dekasteru tal-Ministeru tul is-snin imsemmija, kienu jammontaw kif jidher hawn taħt:
1996 1997 1998 1999 2000 2001 2002
--------------------------------------------------------------------------
Karozzi 2 8 7 1 4 4 2
Vetturi w Inġenji oħra 0 4 19 24 1 3 2
F'ċifra ta' flus, mill-1999 sal-lum kemm huwa kkalkulat li żdiedu l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-bdiewa part time u full time. Kemm fil-fatt hija kkalkulata ż-żieda fuq il-prezz tal-prodotti tal-ħxejjex u frott sabiex tagħmel tajjeb ħalli l-attivita tagħhom trendi ta' dħul ġust għall-familji tagħhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Membru ma tinżammx mill-Ministeru ta' l-Agrikultura u s-Sajd. L-Onor Interpellant imissu jaf tajjeb li l-prezzijiet tal-prodotti huma marbuta mal-produzzjoni u mad-domanda.
Kemm fil-fatt ingħataw sussidji lil produtturi tal-għasel sabiex jimmodernizzaw u jkabbru din l-industrija matul dawn l-aħħar erba snin sena b'sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li f'dawn l-aħħar erba' snin ma kien hemm l-ebda sussidju dirett lill-produtturi tal-għasel, iżda l-Gvern għen lil dan is-settur billi ġab tliet esperti - Dr. Krell mill-FAO, Mr. Bew mir-Renju Unit u Mr. Liang Min Feng mir-Repubblika taċ-Ċina - biex jgħinu billi jagħtu pariri tekniċi kemm lit-Taqsima ta' l-Agrikultura tal-Ministeru kif ukoll lill-produtturi tal-għasel. Il-produtturi ta' l-għasel apprezzaw din l-għajnuna teknika u din għenet mhux ftit biex issaħħaħ il-produzzjoni tal-għasel f'pajjiżna.
Kemm huma kkalkulat l-żdiedu l-ispejjeż għall-produtturi tal-ġbejniet friski matul dawn l-aħħar erba snin, sena b'sena? Kemm hija kkalkulata ż-żieda fuq il-prezz tal-ġbejniet friski sabiex l-attivita tal-produtturi tibqa trendi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Huwa kkalkulat li f'dawn l-aħħar erba' snin l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-ġbejniet żdiedu b'madwar 1c5-il waħda. Il-prezzijiet tal-ġbejniet għall-konsumatur ukoll telgħu b'dan l-ammont.
Is-suq għal dan il-prodott qiegħed dejjem jikber u dan jawgura tajjeb biex il-produtturi jkollhom qligħ xieraq.
Kemm fil-fatt żdiedu l-ispejjes għall-bdiewa li jesportaw il-patata matul dawn l-aħħar snin skond l-analiżi li għamel il-Ministeru f'dan ir-rigward?
Response (ZAMMIT, NINU)
Matul dawn l-aħħar snin l-ispejjeż rikorrenti nvoluti fl-esportazzjoni tal-patata ta' Malta prattikament ma żdidux, tant li saħansitra l-prezz tal-patata taż-żriegħ impurtata mid-Dipartiment baqa' l-istess.
Liema kienu dawk il-prodotti ta' ħxejjex u frott li l-bdiewa ġew imħajra u mejgħuna jesportaw matul dawn l-aħħar erba' snin u kemm fil-fatt ġew esportati sena b'sena u x'prezzijiet ġabu?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
X'inhija r-raġuni li ħaddiema li marru mal-konsorzjum li qed imexxi l-Urban Rural landscaping ma jistgħux jiġu trasferiti ma sezzjonijiet oħra u jew dipartimenti oħra tal-Gvern?
Response (ZAMMIT, NINU)
Kif intqal drabi oħra, il-ħaddçma ġew deployed bl-istess kundizzjonijçt li kçnu jaħdmu bihom qabel. M'hemm xejn li jżomm dawn l-impjegati milli japplikaw għal xi sejħa għal applikazzjoni għall-postijiet li għalihom dawn l-impjegati huma eliġibbli.
Xiinhija r-raġuni li ħaddiema li marru mal-konsorsjum Urban and Rural Landscaping qed jitħallew u jiġu mġiegħla saħansitra jaħdmu fix-xita?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li fl-uffiċċju tal-Monitoring Unit maħtur mill-Gvern s'issa daħal rapport wçħed biss u dan għalçx il-ħaddçma ma rnexxçlhomx jagħmlu kuntatt dirett mas-superjuri tagħhom. Malli sar jaf b'din il-problema, il-Monitoring Unit ħa ħsçb billi immedjatament avża lill-management tal-Konsorzju, biex iwaqqaf il-ħaddçma milli jaħdmu fix-xita.
Kemm fil-fatt kienu n-numri ta' tmiem tar-raba u xagħri li l-Gvern xtara mingħand il-knisja matul dawn l-aħħar snin? Kemm minnhom huma bi qbiela u kemm minnhom b'ċens?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt qiegħed jivverifika l-informazzjoni li għandu dwar proprjeta` trasferita lil Gvern mill-Entitajiet Ekklesjastiċi. Qabel ma jitlesta dan il-proċess, id-Dipartiment mhux f`pożizzjoni li jagħti statistika kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Kif jispjega l-fatt il-Ministru li supply measures li qed jiġu negozjati ma l-Unjoni Ewropea se jkunu jkopru biss l-importazzjoni attwali ta' suq ta' 380,000 ruħ meta l-industriji lokali jridu jipparteċipaw u jkunu kompetitivi f'suq ta' l-Unjoni Ewropea ta' 380 miljun illum u 500 miljun wara t-tkabbir?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onorevoli Interpellant jaf tajjeb li t-talba taghna għal Special Supply Measures hija mmirata biex tissodisfa biss id-domanda tas-suq Malti skond statistika storika ta' importazzjoni u MHUX biex tkopri s-suq ta' 500 miljun ta' l-Unjoni Ewropea wara t-tkabbir li jmiss.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li ma saritx laqgħa uffiċjali mill-ministeru lill-ħaddiema ta' l-Urban and Rural Landscaping sabiex dawn jiġu informati uffiċjalment fil-bidla li saret?
X'inhi l-pożizzjoni ta' ħaddiema li jridu transfer sabiex imorru lura jew ma' dipartimenti oħra tal-gvern jew ma' sezzjonijiet oħra ta' l-istess Ministeru tal-Biedja?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-ħaddiema ta' l-Urban and Rural Landscaping ġew infurmati uffiċjalment bil-bidla li saret fil-laqgħat li saru mill-Unions rispettivi tagħhom. L-ebda transfer ma qed jiġi kkunsidrat, iżda dawn il-ħaddiema xorta għandhom id-dritt li japplikaw għal kull sejħa ta' applikazzjoni li toħroġ mid-Dipartimenti tal-Gvern.
Ix-xogħlijiet ta' bini ta' ħitan tal-franka u tal-konkos fit-triq prinċipali tal-Wardija kienu koperti bil-permessi? X'passi ttieħdu jekk jirriżulta li ma hemmx?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret minn uffiċjali tas-sezzjoni tal-Infurzar tal-MEPA ma ġew innotati l-ebda ħitan tal-franka u tal-konkos fit-Triq prinċipali tal-Wardija. Ikun utili jekk l-Onorevoli Interpellant jispeċifika fejn dan ix-xogħol qiegħed isir.
Jista' il-Ministru jaġġornani dwar l-enforcement notices li nħarġu fuq ix-xogħlijiet u t-twaqqiegħ tal-ħitan tas-sejjieħ fit-toroq ta' Burmarrad u tas-Salini?
Kemm inħarġu permessi mill-MEPA għall-xogħlijiet ta' rijabilitazjoni/restawr, eċċ fil-widien u l-kampanja u liema widien u partijiet tal-kampanja jkopru dawn il-permessi f'Malta u Għawdex separatament?
Response (BORG, TONIO)
Il-MEPA toħroġ numru ta` permessi dwar xogħlijiet li jsiru fil-widien jew fil-kampanja, u dawn il-permessi jinkludu numru ta` xogħlijiet li jistgħu jitqiesu bħala riabilitazzjoni jew restawr.
Għaldaqstant biex twieġeb din il-mistoqsija, il-MEPA għandha bżonn ta` aktar tagħrif fuq liema tip ta` riabilitazzjoni jew restawr f`widien jew fil-kampanja qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant.