Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37666 Sitting 843 2002-12-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Servizz ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi milqugħa mmedjatament it-talba għas-servizz tad-dawl bir-referenza A3745/02 (Enemalta) minħabba l-urġenzi tal-każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tingħata l-attenzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #37693 Sitting 843 2002-12-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Xogħlijiet fil-biċċerija — Spejjeż

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 37401 jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra kopja tal-programm tax-xogħlijiet fil-biċċerija u cioe' meta bdew u meta għandhom jispiċċaw? Kemm fil-fatt swew s'issa x-xogħlijiet u kemm tħallsu minn dawn l-ispejjeż?

Response (ZAMMIT, NINU)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #37597 Sitting 842 2002-12-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Mosta — Triq Rużinjol

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37376 peress li l-Ministru informani biex nivverifikaha lilu u ċioe' jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta kif se tiġi żviluppata Triq Rużinjol, il-Mosta? Jista' jara li tiġi rranġata t-triq? Jista' jara li jinħarġu t-tenders neċessarji? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BORG, TONIO)

Ġaladarba l-Att dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp jispeċifika li pjanti huma aċċessibli għall-pubbliku iżda ma tingħatax kopja tagħhom, ma jidhirlix li għandi naċċedi għat-talba ta` l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #37598 Sitting 842 2002-12-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ċensiment tal-biedja

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37379 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe' b'referenza għaċ-Ċensiment tal-Biedja msemmi fid-diskors tal-budget mill-Ministru tal-Finanzi, jista' jgħid kemm kienet l-evalwazzjoni separatament għal kull prodott f'ċifra ta' flus li kienet kalkulata għaż-żriegħ tal-ħxejjex lokali nkluż il-patata għall-kull tomna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għad-diskors tal-Budget, nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru tal-Finanzi.
Leg 9 PQ #37599 Sitting 842 2002-12-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Triq Napuljun Caruana Dingli

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37378, jista' l-Ministru ġentilment jara li x-xogħlijiet isiru sa l-aħħar tas-sena minħabba li x-xogħol ilu pendenti s-snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li ix-xogħol meħtieġ fil-fatt diġa' inbeda u għandu jitkompla flimkien ma' xogħolijiet oħra bħalu.
Leg 9 PQ #37628 Sitting 842 2002-12-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Siġar u pjanti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 37366, jista’ l-Ministru jgħid x’sar minnhom is-siġar u l-pjanti imsemmija? Kemm kienu fil-fatt il-bdiewa li ingħataw s-siġar miċ-ċentru mis-sena 2000 ‘il hawn ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Matul is-sena 2001 ingħataw 3,360 GF677 u 6,300 Myrobalan 29C lid-Dipartiment ta' l-Agrikultura filwaqt li 3,770 GF677 u 540 Myrobalan 29C ngħataw lill-bdiewa. 900 Myrobalan 29C inżammu fiċ-Ċentru biex isiru esperimenti fuqhom. Matul is-sena 2002 (sa l-aħħar ta' Ottubru) ngħataw 9,731 GF677 u 7,134 Myrobalan 29C lid-Dipartiment ta' l-Agrikultura (SVDPN), filwaqt li 541 GF677 u 137 Myrobalan 29C ngħataw lill-bdiewa. 420 GF677 u 6,580 Myrobalan 29C kienu lesti biex jiġu trasferiti għall-SVDPN. Fis-sena 2000 ma kinux jinżammu rekords dettaljati ta' kif tqassmu l-pjanti. Mill-irċevuti jidher li matul dik is-sena miċ-Ċentru għall-Bioteknoloġija tal-Pjanti nbiegħu 548 GF677 u 1,498 Myrobalan 29C.
Leg 9 PQ #37633 Sitting 842 2002-12-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ċensiment tal-Biedja

Question

Jista' il-Ministru jgħid b'referenza għaċ-ċensiment tal-biedja msemmi fil-budget, kemm kienet l-evalwazzjoni tal-produzzjoni li ttieħdet fuq raba saqwi u bali separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 37598 waqt din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #37659 Sitting 842 2002-12-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għaqdiet/kooperattivi tal-bdiewa

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 37388, jista' l-Ministru jinformani liema kienu l-għaqdiet/kooperattivi tal-bdiewa li qablu u dawk li ma qablux mal-kalkoli ta' Lm80 qliegħ mill-bejgħ tal-prodotti li jipproduċu l-bdiewa?

Response (ZAMMIT, NINU)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 37388.

Għargħur — Xogħol fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-Għargħur li skond il-pjan tal-Ministeru kellhom jew għandhom isiru? Meta fil-fatt se jsiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-toroq li l-Kunsill Lokali flimkien mad-Direttorat għat-Toroq qed jippjanaw li jiġu asfaltati iktar il-quddiem skond il-programm ta' xogħlijiet fil-lokalita' tal-Għargħur huma: Triq Dimitriju Farrugia Parti t'isfel ta' Triq Bartilmew Tniffid ta' Triq Caravaggio Naturalment, dawn ser jiżdiedu mal-ħafna xogħol ieħor li diġa sar fil-Għargħur f'dawn l-aħħar erba' snin. It-Toroq f'dan il-programm isiru skond l-esiġenzi tad-direttorat.

Mtaħleb — Xogħol fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fl-Imtaħleb li skond il-pjan tal-Ministeru kellhom jew għandhom isiru? Meta fil-fatt se jsiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-Awtorita dwar it-Trasport qiegħda l-ħin kollu f'kuntatt mall-Kunsilli Lokali biex ikun implimentat xogħol ta' titjib fit-toroq u għalhekk il-prijoritajiet jiġu aġġornati minn żmien għal żmien skond kif ikun il-bżonn. Għalhekk mhux possibli li jingħataw l-ismijiet ta' toroq hekk kif mitluba mill-Onor. Interpellant.

Magħtab — Xogħol fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-Magħtab li skond il-pjan tal-Ministeru kellhom jew għandhom isiru? Meta fil-fatt se jsiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ż-żewġ toroq li hemm fil-Magħtab huma Triq Santa Marija u Triq ir-Ramla, li huma t-tnejn ġa asfaltati, għalhekk jirrikjedu biss manutenzjoni regolari. Ix-xogħol ta' manutenzjoni jaqa fl-ambitu ta' xogħlijiet li jsir mill-Kunsill Lokali.

Xogħlijiet ta' manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37359 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe' peress li fil-festi ta' l-Imnarja ma sarux ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni fil-Lawrenti Rd, il-Buskett (Sqaq), jista' jara li jipprova x-xogħlijiet meħtieġa sabiex it-turisti, pubbliku u residenti ta' l-inħawi jevitaw l-inkonvenjent li qed jikkawżalhom l-istat tas-sqaq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi x-xogħol ta' manutenzjoni imsemmi mill-Onor. Interpellant huwa kompetenza tal-Kunsill ikkonċernat hu għalhekk id-Direttorat tat-Toroq għadda suġġeriment rigward il-ħsieb ta' l-Onor. Interpellant għall-attenzjoni tal-Kunsill.

Toroq — Ħofor

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37373 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u li issa qegħda tiġi ndirizzata lilu peress li fit-triq li mir-Rabat tagħti għall-Imtarfa u ċioe' il-parti tal-bridge ta' l-Imtarfa, hemm ħofor kbar li tkisser karozza u immaġina x'periklu jikkawża l-pedestrians, jista' l-Ministru jara li jawtorizza x-xogħlijiet immedjatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat tat-Toroq biex jispeżjona t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant u jara x'l-aħjar li jsir.
Leg 9 PQ #37596 Sitting 841 2002-12-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Wied il-Għajn — Għassa tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jinformani x'qed iżommu sabiex jiftaħ għassa tal-pulizija f'Wied il-Għajn? Jista' jara li t-talba tal-kunsill lokali tiġi milqugħa immedjatament ħalli dan il-bżonn tal-komunita' rispettiva jiġi rimedjat sa l-aħħar ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 37641.
Leg 9 PQ #37528 Sitting 840 2002-12-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Laqgħat ta' Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru separatament mill-bordijiet differenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Ministeru matul din is-sena? X'proposti ġew rikmandati u liema ġew milquha u liema miċħuda u/jew għadhom pendenti.

Response (BONNICI, JOSEF)

Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Interpellant fl-ewwel parti, u iżjed u iżjed, fit-tieni parti tal-mistoqsija.

Djar — Bini kundannat

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mit-talbiet pendenti ta' familji li jgħixu f'bini kundannat ġew milqugħa? Jista' jara li jsiru l-investigazzjonijiet fuq it-talbiet pendenti ħalli jkunu evitati inċidenti fatali li kawża tax-xita li għamlet, il-bini kompla jiddeterjora?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien informat li quddiem id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar hemm approvati 182 talbiet biex jinbidlu jew jissewwew soqfa perikolużi b'bini tal-Gvern.
Leg 9 PQ #37584 Sitting 840 2002-12-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-saħħa — Servizz ta' ambulanza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sejħiet għas-servizz ta' l-ambulanza miċ-ċentri tas-saħħa sena b'sena, u ċentru b'ċentru, matul dawn l-aħħar sebgħa snin? Kemm hu n-numru ta' ambulanzi? Fejn huma mqassma sptar sptar u ċentru b'ċentru? Kemm minnhom jinsabu wieqfa u meta se jiġu rranġati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija ma tinżammx. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, in-numru ta' ambulanzi hu 17. Dawn jinsabu 1 fil-Mosta Health Centre u 16 fil-Garaxx ta' l-Ambulanzi, G'Mangia. Minn dawn, ambulanza waħda tinsab wieqfa (Volkswagen) u l-parts tagħha ġew ordnati minn għand l-aġent.

Toroq — Sleeping policemen

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-policy li jridu jaddottaw il-kunsilli lokali sabiex is-sleeping policemen fit-toroq ikunu standard?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istandards tar- road humps li huma parti mit- Traffic Calming Guidelines , April 1995 ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #37586 Sitting 840 2002-12-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Servizzi tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi t-tariffa uffiċjali għall-applikzzjoni ġdida tas-servizzi tad-dawl u ilma fil-mument? Kemm ingħataw servizzi ġodda matul din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-tariffi sabiex jingħata servizz ġdid ta' l-ilma hija ta' Lm70 għal dar u Lm35 għal flat sa distanza ta' 7 metri fiż-żewġ każi. Jekk id-distanza tkun itwal minn hekk, ikun irid isir ħlas ta' Lm10 għal kull metru jew parti minnu. Bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ipprovdiet 2,487 servizz ġdid.

Mosta — Xogħol fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-Mosta li skond il-pjan tal-Ministeru kellhom jew għandhom isiru? Meta fil-fatt se jsiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi bħalissa fil-Mosta qed isir xogħol f'toroq Santa Margerita u Dawret il-Wied in konnessjoni mal-ftuħ ta' Triq il-Ħtajriet kif ukoll fi Triq il-Qalbiena Mostin. Id-Direttorat tat-Toroq flimkien mal-Kunsill Lokali għaddej b'ħidma kontinwa biex ikun implimentat programm ta' xogħol għal titjib ta' toroq oħra li għadhom ma sarux. Dawn it-toroq isiru skond il-prijoritajiet tad-Direttorat li jiġu aġġornati minn żmien għal żmien.