Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38119 Sitting 853 2003-01-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Non EU countries — Importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel

Question

Issa li għalqu n-negozjati ta' sħubija bejn il-Gvern Malti u l-UE, jista' l-Ministru jinformani liema huma l-prodotti ta' materja prima ta' l-ikel impurtati minn non EU countries li se jkunu marbuta ma' tariffa imposta mill-UE mill-għada tas-sħubija ċioe' wara Mejju taż l-2004? Kemm fil-fatt hi t-tariffa prodott prodott? Għaliex għallinqas ma ntalabx perijodu transitorju fuq dawk il-prodotti li l-bdiewa, raħħala u l-Agro/Industrija lokali ma tipproduċiex lokalment?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Leg 9 PQ #38120 Sitting 853 2003-01-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Non EU countries — Importazzjoni ta' prodotti tax-xorb

Question

Issa li għalqu n-negozjati ta' sħubija bejn il-Gvern Malti u l-UE, jista' l-Ministru jinformani liema huma l-prodotti tax-xorb impurtati minn non EU countries li se jkunu marbuta ma' tariffa imposta mill-UE mill-għada tas-sħubija ċioe' wara Mejju taż l-2004? Kemm fil-fatt hi t-tariffa prodott prodott? Għaliex għallinqas ma ntalabx perijodu transitorju fuq dawk il-prodotti li l-bdiewa, raħħala u l-Agro/Industrija lokali ma tipproduċiex lokalment?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Leg 9 PQ #38121 Sitting 853 2003-01-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Non EU countries — Importazzjoni ta' tabakk

Question

Issa li għalqu n-negozjati ta' sħubija bejn il-Gvern Malti u l-UE, jista' l-Ministru jinformani liema huma l-prodotti ta' tabakk impurtati minn non EU countries li se jkunu marbuta ma' tariffa imposta mill-UE mill-għada tas-sħubija ċioe' wara Mejju taż l-2004? Kemm fil-fatt hi t-tariffa prodott prodott? Għaliex għallinqas ma ntalabx perijodu transitorju fuq dawk il-prodotti li l-bdiewa, raħħala u l-Agro/Industrija lokali ma tipproduċiex lokalment?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Leg 9 PQ #38122 Sitting 853 2003-01-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Non EU countries — Importazzjoni ta' ikel proċessat

Question

Issa li għalqu n-negozjati ta' sħubija bejn il-Gvern Malti u l-UE, jista' l-Ministru jinformani liema huma l-prodotti ta' ikel proċessat impurtat minn non EU countries li se jkunu marbuta ma' tariffa imposta mill-UE mill-għada tas-sħubija ċioe' wara Mejju taż l-2004? Kemm fil-fatt hi t-tariffa prodott prodott? Għaliex għallinqas ma ntalabx perijodu transitorju fuq dawk il-prodotti li l-bdiewa, raħħala u l-Agro/Industrija lokali ma tipproduċiex lokalment?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Leg 9 PQ #38123 Sitting 853 2003-01-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Non EU countries — Importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' l-Ministru jinformani għaliex fin-negozjati daħal u ġie aċċettat il-prinċipju li titneħħa l-levy fuq it-tadam proċessat, imbagħad jidħlu dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti proċessati, l-Agro Industrija tagħna ma tipproduċiex bħal tonn taż-żajt, corned beef, luncheon meat, eċċ impurtat minn Non EU countries?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar tneħħija ta’ levies fuq prodotti agro-industrijali Malta nnegozjat li sa ħames snin wara s-sħubija Malta tapplika s-safeguard clause biex jintlaħaq bilanċ bejn produzzjoni lokali, konsum lokali, u importazzjoni bil-għan li l-ebda suq ta’ kwalunkwe settur ma jiġi effettwat b’mod negattiv. Rigward prodotti li sa llum Malta kienet tixtri bi prezzijiet internazzjonali jew preferenzjali, Malta nnegozjat li sa seba’ (7) snin wara sħubija, l-istess importazzjoni tkun issussidjata b’għajnuna finanzjarja li se tinħareġ nofs-bin-nofs bejn Malta u l-UE u dan bil-għan li l-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti jibqgħu fil-livelli li nafuhom illum. Fuq prodotti li l-UE diġa’ għandha ftehim ma’ pajjiżi oħra u li minnhom storikament nimpurtaw prodotti, Malta nnegozjat biex wara sħubija dan l-ammont ta’ importazzjoni jiżdiet mal-kwota tal-UE.
Leg 9 PQ #37953 Sitting 852 2003-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Bdiewa — Refunds tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex numru kbir ta' bdiewa ilhom aktar minn tlett snin ma jirċievu r-refunds tal-VAT bħal każ li qed nibgħat separatament (VAT No. 12711535)? Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hi ċ-ċifra ta' flus li trid titħallas lill-bdiewa f'Malta u Għawdex separatament bħala ħlas tar-refunds tal-VAT? Jista' l-Ministru jara li dawn ir-refunds jitħallsu mingħajr aktar telf ta' żmien?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' bdiewa li jidher li għandhom jieħdu refunds tal-VAT 1999 huwa ta' 7 f'Malta u wieħed f'Għawdex li jammontaw għal total ta' Lm13,540 u Lm1,113 rispettivament. Dawn it-talbiet qegħdin jiġu verifikati u l-ħlas, jekk jinstab li hu dovut, mistenni isir dalwaqt.
Leg 9 PQ #38112 Sitting 852 2003-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prodotti ta' l-ikel

Question

B'referenza għal temporary state aid to support processor and recognised retailers of imported products li ġew negozjati mill-Gvern ma' l-UE, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-prezzijiet interni u esterni tal-prodotti ta' l-ikel li fuqhom ġew ibbażati is-sussidji mill-Gvern Malti sabiex jiġi ssussidjat il-prezz għoli ta' dawn il-prodotti ta' l-ikel impurtati f'pajjiżna mill-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Mas-sħubija ta' Malta fl-UE ser jibdew jiġu applikati f'Malta l-istess tariffi applikati mill-UE. Dawn ivarjaw, mhux biss skond il-prodott partikolari iżda wkoll skond il-pajjiż minn fejn qed jiġi mpurtat. Ta' min ifakkar, f'dan il-kuntest, li l-UE għandha ftehim ta' kummerċ ħieles ma bosta pajjiżi minn fejn wieħed jista' jimporta mingħajr tariffi jew b'tariffi mnaqqsa. Fin-negozjati tagħha ma' l-UE, Malta kisbet id-dritt li timplimenta mekkaniżmu ta' sussidju li, permezz tiegħu, il-Gvern ser ikun jista' jikkumpensa għal xi żidiet li jista' jkun hemm minħabba d-differenza bejn il-prezz tal-prodott fuq is-suq internazzjonali u dak fl-UE. B'dan il-mod, wara s-sħubija, il-konsumatur Malti mhux mistenni li ser jiffaċċja għoli fil-prezz fuq dawn il-prodotti. Id-dettalji preċiżi ta' kif ser jitħaddem dan il-mekkaniżmu ta' sussidju ser jiġu ppubblikati wara li jiġu diskussi ma' l-entitajiet u individwi konċernati.
Leg 9 PQ #37932 Sitting 851 2003-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Private securities

Question

Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Tista' tgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l­Ministeru għal Għawdex u d­dipartimenti li jaqgħu taħtu m'għandhom l­ebda kuntratt għal securities privati.
Leg 9 PQ #37933 Sitting 851 2003-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Private securities

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: ENTITA' SENA TOTAL TA' AMMONT SIGĦAT Institute for the Promotion of Small Enterprise 2001 - Lm 6,204 2002 - Lm 2,960 Malta Development Corporation 2000 5,030 Lm11,264 2001 19,193 Lm19,193 2002 5,180 Lm13,400 Kordin Grain Terminal 2000 8,760 Lm12,645 2001 8,760 Lm12,702 2002 8,760 Lm15,592 Malta Inv. Management Co. Ltd. 2001 - Lm11,968 2002 - Lm13,710 Med. Offshore Bunkering Co. Ltd. 2002 324 Lm 932

Ministeru għall-Politika Soċjali — Private securities

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Minsiteru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Private securities

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-0nor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #37936 Sitting 851 2003-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Private securities

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Ministeru ta' l-Agrikultura u s-Sajd, kif ukoll id-dipartimenti li jaqgħu taħtu, ma għandhom ebda kuntratti ma' "securities Privati" u l-anqas kellhom fis-snin indikati mill-Onor Interpellant.

Siġġiewi — Triq Dun Ġuże' Delia

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li Triq Dun Ġuże' Delia, fis-Siġġiewi baqgħet nofs leħja u ċioe' ix-xogħlijiet ta' l-asfalt ma tkomplewx? X'qed iżomm milli jsiru dawn ix-xogħlijiet? Jista' l-Ministru jara li fil-ġimgħat li ġejjin isiru x-xogħlijiet pendenti ħalli r-residenti in kwestjoni jkollhom triq adekwata minn fejn jgħaddu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi għad hemm parti mit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant li għadha ma żviluppatx u għalhekk it-triq ma setatx issir. Tajt struzzjonijiet lill-awtorita' dwar it-Trasport sabiex ikun jista jsir survey fit-triq biex ikun jista jiġi stabilit xinhu l-aħjar li jsir.
Leg 9 PQ #37926 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Private securities

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fil-prezent hemm tlett kuntratti ghal ma’ kumpaniji privati li jaghtu servizzi ta’ sigurta fid-dekasteru tieghi, tnejn mal-MITTS Ltd u wiehed mal-Awtorità tax-Xandir. In-numru ta’ sighat u c-cifri ta’ flus matul is-snin 2000, 2001 u 2002 kienu kif jidhru fuq it-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #37927 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Private securities

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ma laħaqx inġabar kollu u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura — Private securities

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu ma hemm ebda kuntratt għal securities privati.
Leg 9 PQ #37929 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Private securities

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm kuntratt wieħed biss għal securities privati li għandha l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu. Iċ-ċifra ta’ sigħat u ta’ flus li tħallsu għall-kuntratti ta’ securities kif mitluba mill-Onor. Interpellant huma kif ġej:- Sena 2000 Sigħ at Flus Ministeru Xejn Xejn Dipartiment 12960 Lm26,073.35 MTA Xejn Xejn Sena 2001 Sigħ at Flus Ministeru Xejn Xejn Dipartiment 13038 Lm26,240.19 MTA Xejn Xejn Sena 2002 Sigħ at Flus Ministeru Xejn Xejn Dipartiment 3550 Lm7144.26 MTA 360 Lm931.50
Leg 9 PQ #37930 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent — Private securities

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent fid-Dekasteru ta` l-Intern hemm kuntratt wieħed għal securities privati. Dan jirrigwardja kuntratt wieħed li għandha l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-informazzjoni mitluba għall-perijodu speċifikat hi kif ġej:- Sena Numru ta` sigħat Nefqa (Lm) 2000 16,994 34,787 2001 17,177 36,492 2002 21,380 45,309 Iż-żieda fl-2002 seħħet minħabba li għal 3 xhur kien hemm servizz ta` security 24 siegħa fl-uffiċċju ta` l-Ex EPD f`Kordin u ddaħħal servizz part-time f`Għawdex.
Leg 9 PQ #37931 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Private securities

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Pensjoni — Pensjoni ta' l-invalidita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed tirċievi Lm24.94 fil-ġimgħa pensjoni ta' l-invalidita' separatament mill-bonus ta' Lm1.34 u mhux Lm26.81 li oriġinarjament kellhom ilaħħqu għat-total ta' Lm28.15?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma lill-persuna indikata dwar il-każ tagħha.