Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta pajjiżna ma jibbenefikax mis-sussidju ta' 90% tal-CAP ġie aċċettat li jitneħħa s-sussidju fuq it-trasport ta' prodotti Għawdxin tal-bdiewa, raħħala, sajjieda u l-agro industrija?
Response (ZAMMIT, NINU)
Is-sussidju fuq it-trasport ta' prodotti Għawdxin tal-bdiewa, raħħala, sajjieda, u l-agro-industrija huwa forma ta'għajnuna mogħti mill-istat lill-bdiewa, raħħala u sajjieda (state aid) u m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-għajnuna taħt il-Politika Komuni Agrarja ta' L-Unjoni Ewropeja.
Minn flok sussidju li s'issa ngħata, l-Gvern sejjer idaħħal skemi ta' għajnuna oħra li jkunu konformi mal-linji ta' gwida tal-Komunita għall-għajnuna mill-istat għas-settur tal-biedja.
Importazzjoni ta' prodotti — Introduzzjoni ta' levy
Question
Fil-każ ta' ħxejjex, frott u nuts, jista' l-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal lill-poplu li l-prezzijiet fl-UE huma orħos u se jorħsu aktar għaliex se titneħħa l-levy u issa ddaħlet levy fejn ma kienx hemm fuq dawn il-prodotti meta mpurtati minn barra l-UE kif ukoll se joħorġu flus għal sussidji sabiex jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti mpurtati mill-UE meta llum minn barra pajjiżna jixtruhom diġa' orħos?
Għaliex se jiddaħħlu levy u sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija? Kemm fil-fatt huma l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti sija meta sar l-istudju fuqhom mill-Istitut ta' Bari u kif ukoll fiż-żmien meta ġew finalizzati n-negozjati?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hu qed jirreferi għal numru ta' prodotti agrikoli. L-osservazzjoni li qed jagħmel għandu jagħmilha każ każ għax il-prodotti impurtati huma każ u l-prodotti tal-biedja Maltija huma ieħor.
Fil-każ tal-prodotti impurtati minn barra l-EU, Malta tista' tibbenefika minn arranġamenti preferenzjali u Tariff Rate Quotas, ġeneralment b'rata ta' protezzjoni ta' 0.
Fil-każ ta' prodotti li għandna fil-biedja Maltija, l-importazzjoni tista' tkun bi prezzijiet orħos minn tagħna. F'dan il-każ il-bidwi Malti se jieħu s-sussidji tal-SMPPMA.
Rigward l-aħħar mistoqsija, l-Onor. Interpellant jaf li minn meta tlesta r-rapport ta' Bari ħadu l-momentum in-negozjati tal-biedja fi-ħdan il-WTO. Dawn in-negozjati mistennija jwasslu għal taqlib fil-prezzijiet internazzjonali ta' ħafna u ħafna prodotti.
Importazzjoni ta' prodotti — Introduzzjoni ta' levy
Question
Fil-każ ta' other grains, jista' l-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal lill-poplu li l-prezzijiet fl-UE huma orħos u se jorħsu aktar għaliex se titneħħa l-levy u issa ddaħlet levy fejn ma kienx hemm fuq dawn il-prodotti meta mpurtati minn barra l-UE kif ukoll se joħorġu flus għal sussidji sabiex jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti mpurtati mill-UE meta llum minn barra pajjiżna jixtruhom diġa' orħos?
Għaliex se jiddaħħlu levy u sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija? Kemm fil-fatt huma l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti sija meta sar l-istudju fuqhom mill-Istitut ta' Bari u kif ukoll fiż-żmien meta ġew finalizzati n-negozjati?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Malta nnegozjat biex għal seba’ snin wara s-sħubija Malta tibqa’ timporta l-ħtiġiet tagħha ta’ grains bi prezzijiet preferenzjali billi d-differenza bejn il-prezz dinji u dak fl-Unjoni Ewropea tkun issussidjata nofs bin-nofs bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.
Għar-rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Peress li wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea Malta se jkollha mposti fuqha 87 kwota u tariffa u 539 special save guards for agriculture produce fuq l-importazzjoni ta' l-ikel ġejja mill-pajjiżi li m humiex membri, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti/studji li saru dwar l-impatt ta' dawn il-kontrolli fuq l-industriji ta' l-ikel?
Response (BONNICI, JOSEF)
Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-impatt fuq l-industrija, l-analiżi jeħtieġ li tkun waħda globali u integrata. Minn din il-perspettiva mhux antiċipat li jkun hemm xi impatt negattiv partikolari jekk mhux minħabba numru żgħir ta prodotti fejn, iżda, il-Gvern innegozja arranġament speċjali sabiex titħaddem sistema ta' sussidju b'mod li l-impatt jiġi mitigat.
Għad-dettalji speċifiċi dwar prodotti agrikoli identifikati fil-mistoqsija mill-Onorevoli Interpellant, nissuġġerixxi li l-mistoqsija tiegħu ssir lill-Ministru ta' l-Agrikoltura.
Peress li wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea Malta se jkollha mposti fuqha 87 kwota u tariffa u 539 special save guards for agriculture produce fuq l-importazzjoni ta' l-ikel ġejja mill-pajjiżi li m humiex membri, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti/studji li saru dwar l-impatt ta' dawn il-kontrolli fuq l-industrija tal-ħalib?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 38172.
Peress li wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea Malta se jkollha mposti fuqha 87 kwota u tariffa u 539 special save guards for agriculture produce fuq l-importazzjoni ta' l-ikel ġejja mill-pajjiżi li m humiex membri, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti/studji li saru dwar l-impatt ta' dawn il-kontrolli fuq il-kompetittivita' ta' l-industrija tat-turiżmu?
Peress li wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea Malta se jkollha mposti fuqha 87 kwota u tariffa u 539 special save guards for agriculture produce fuq l-importazzjoni ta' l-ikel ġejja mill-pajjiżi li m humiex membri, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti/studji li saru dwar l-impatt ta' dawn il-kontrolli fuq il-kompetittivita' ta' l-industrija tagħna?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 38172.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta pajjiżna ma jibbenefikax mis-sussidju ta' 90% tal-CAP ġie aċċettat li jitneħħa s-sussidju fuq il-bolla għall-bdiewa, raħħala u sajjieda?
Response (ZAMMIT, NINU)
Is-sussidju fuq il-kummissjoni huwa forma ta' għajnuna mogħti mill-istat lill-bdiewa, raħħala u sajjieda (state aid) u m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-għajnuna taħt il-Politika Komuni Agrarja ta' l-Unjoni Ewropeja.
Minn flok sussidju li s'issa ngħata, l-Gvern sejjer idaħħal skemi ta' għajnuna oħra li jkunu konformi mal-linji ta' gwida tal-Komunita għall-għajnuna mill-istat għas-settur tal-biedja.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta pajjiżna ma jibbenefikax mis-sussidju ta' 90% tal-CAP ġie aċċettat li jitneħħa s-sussidju fuq il-Kummissjoni tal-FCCS?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38176.
Non EU countries — Dazju fuq corned beef u ton taż-żejt
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex minn din is-sena żdied id-dazju fuq il-corned beef u t-tonn taż-żejt impurtat minn Non EU countries?
Għaliex dan id-dazju fuq firxa ta' prodotti se jiżdied għal 28.8% mill-għada tas-sħubija?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif għidt fid-diskorsi tal-budget fit-tlett snin li għaddew qiegħed isir eżerċizzju biex id-dazzji tagħna joqorbu lejn l-iskeda ta' dazji stabbilita fl-Unjoni Ewropeja. Dan hu meħtieġ wara li l-Gvern Laburista kien imġiegħel mill-Unjoni Ewropeja jgħolli d-dazju fuq ħafna prodotti meta għamel il-bidla bl-addoċċ mill-VAT għas-SISA fl-1997. Ħafna dazji qed jitnaqqsu u oħrajn żdiedu. L-Onorevoli Membru għażel li jsemmi biss dak li żdied.
B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna?
Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq ħxejjex, frott u nuts impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38112 waqt is-Seduta numru 852.
B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna?
Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq other grains impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38112 waqt is-Seduta numru 852.
B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna?
Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq sugar cane and beet impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38112 waqt is-Seduta numru 852.
B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna?
Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq other processed foods mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li mas-sħubija ta' malta fl-Unjoni Ewropea ser jibdew jiġu applikati f'Malta l-istess tariffi applikati fl-Unjoni Ewropea. Dawn ivarjaw mhux biss skond il-prodott partikulari, iżda wkoll skond il-pajjiż minn fejn ikun qed jiġi mpurtat. F'dan il-kuntest, ta' min ifakkar li l-Unjoni Ewropea għandha ftehim ta' kummerċ ħieles ma bosta u bosta pajjiżi minn fejn wieħed jista' jimporta mingħajr tariffi jew b'tariffi mnaqqsa.
Id-definizzjoni other processed foods hija wiesgħa wisq biex wieħed jista' jelabora aktar minn hekk.
B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna?
Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq beverages & tobaccos impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija ta' qabel numru 38162.
Għall-kumplament ta' l-informazzjoni li għandha x'taqsam mal-qasam tal-beverages and tobacco, nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 36161 waqt is-Seduta numru 805.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u estern tal-corned beef li ġie negozjat bejn il-Gvern u l-UE sabiex fuqu ħareġ l-istate aid temporanju mill-Gvern Malti ħalli wara sħubija ma jinħass il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38140 waqt is-Seduta numru 856.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u estern tar-ross li ġie negozjat bejn il-Gvern u l-UE sabiex fuqu ħareġ l-istate aid temporanju mill-Gvern Malti ħalli wara sħubija ma jinħass il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38140 waqt is-Seduta numru 856.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37821 li riċentement saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u issa qed tiġi riferuta lilek u ċioe' tista' tara li jinxtegħlu r-reflectors fil-bozoz li hemm ftit 'l isfel mill-Pixkerija u ċioe' l-flood light li jixgħelu s-Swar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata fil-programm ta' manutenzjoni regolari li jsir tas-sistema tal-floodlights.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u estern tal-ġobon cheddar li ġie negozjat bejn il-Gvern u l-UE sabiex fuqu ħareġ l-istate aid temporanju mill-Gvern Malti ħalli wara sħubija ma jinħass il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38140 waqt is-Seduta numru 856.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u estern tal-ġobon Edam li ġie negozjat bejn il-Gvern u l-UE sabiex fuqu ħareġ l-istate aid temporanju mill-Gvern Malti ħalli wara sħubija ma jinħass il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38140 waqt is-Seduta numru 856.