B'referenza għaċ-Ċensiment tal-Biedja msemmi fid-diskors tal-budget, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-evalwazzjoni separatament għal kull prodott f'ċifra ta' flus li kienet kalkulata għaż-żriegħ tal-ħxejjex lokali nkluż il-patata għall-kull tomna?
Response (DALLI, JOHN)
L-Onorevoli Interpellant jaf li ċ-Ċensiment tal-Biedja kien maħdum mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika. Il-pratika titlob li Ċensiment ta' din ix-xorta jieħu l-formulazzjoni ta' Ċensiment li ma tinkludix ebda valutazzjoni ta' spejjeż prodott bi prodott.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 37401 u cioe' jista' l-Ministru jgħid meta suppost kellu jkun lest ix-xogħol fil-biċċerija u x'kienet ir-raġuni li għadu ma tlestiex, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra kopja tal-programm tax-xogħlijiet fil-biċċerija u cioe' meta bdew u meta għandhom jispiċċaw? Kemm fil-fatt swew s'issa x-xogħlijiet u kemm tħallsu minn dawn l-ispejjeż?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-programm ta’ xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fil-biċċerija huma:
Upgrading taċ-Chillers: dawn ix-xogħlijiet bdew fl-1997 u skond il-kuntratt kellhom jitqassmu fuq perijodu ta’ snin sakemm jitlestew iċ-Chillers kollha. Hu maħsub li l-aħħar chiller jitlesta fl-aħħar ta' l-2003. S'issa tħallset is-somma ta’ Lm226,262.
Upgrading tal-Pig Slaughterhouse: ix-xogħol fil-biċċerija proprja beda f’Ottubru 2002, u mistenni jitlesta fl-aħħar ta’ Marzu, 2003. S’issa thallset is-somma ta’ Lm192,576.
Bdil ta’ madum tal-hajt u ta’ l-art fis-slaughterhouse: ix-xogħol beda f’Awissu 2002 u tlesta f’Dicembru, 2002. L-ammont imħallas hu Lm27,346.
Bini ta’ sular addizzjonali amministrattiv: ix-xogħol beda f’Settembru 2002, u hu mistenni jispiċċa f’Awissu 2003.
S’issa tħallset is-somma ta’ Lm14,970.
Jista' il-Ministru jaġġornani għal mistoqsija parlamentari numru 37599 u cioe' , jista' l-Ministru ġentilment jara li x-xogħlijiet isiru sa l-aħħar tas-sena minħabba li x-xogħol ilu pendenti s-snin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' tneħħija tal-linji ta' l-Enemalta diġa' sar iżda għad fadal it-tneħħija tal-brackets, li jkunu jistgħu jitneħħew meta tal-Cable TV ineħħu l-linji tagħhom.
Jista' il-Ministru b'referenza għaċ-ċensiment tal-Biedja msemmi fid-diskors tal-budget mill-Ministru tal-Finanzi, jgħid kemm kienet l-evalwazzjoni separatament għal kull prodott f'ċifra ta' flus li kienet kalkulata għaż-żriegħ tal-ħxejjex lokali nkluż il-patata għal kull tomna?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 38204.
Importazzjoni ta' prodotti — Introduzzjoni ta' levy
Question
Fil-każ ta' ġobon u butir, jista' l-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal lill-poplu li l-prezzijiet fl-UE huma orħos u se jorħsu aktar għaliex se titneħħa l-levy u issa ddaħlet levy fejn ma kienx hemm fuq dawn il-prodotti meta mpurtati minn barra l-UE kif ukoll se joħorġu flus għal sussidji sabiex jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti mpurtati mill-UE meta llum minn barra pajjiżna jixtruhom diġa' orħos?
Għaliex se jiddaħħlu levy u sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija? Kemm fil-fatt huma l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti sija meta sar l-istudju fuqhom mill-Istitut ta' Bari u kif ukoll fiż-żmien meta ġew finalizzati n-negozjati?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Malta nnegozjat biex għal seba’ snin wara s-sħubija Malta tibqa’ timporta l-ħtiġiet tagħha ta’ ġobon u butir bi prezzijiet preferenzjali billi d-differenza bejn il-prezz dinji u dak fl-Unjoni Ewropea tkun issussidjata nofs bin-nofs bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.
Għar-rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Importazzjoni ta' prodotti — Introduzzjoni ta' levy
Question
Fil-każ ta' qmuħ u ċerejali, jista' l-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal lill-poplu li l-prezzijiet fl-UE huma orħos u se jorħsu aktar għaliex se titneħħa l-levy u issa ddaħlet levy fejn ma kienx hemm fuq dawn il-prodotti meta mpurtati minn barra l-UE kif ukoll se joħorġu flus għal sussidji sabiex jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti mpurtati mill-UE meta llum minn barra pajjiżna jixtruhom diġa' orħos?
Għaliex se jiddaħħlu levy u sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija? Kemm fil-fatt huma l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti sija meta sar l-istudju fuqhom mill-Istitut ta' Bari u kif ukoll fiż-żmien meta ġew finalizzati n-negozjati?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Malta nnegozjat biex għal seba’ snin wara s-sħubija Malta tibqa’ timporta l-ħtiġiet tagħha ta’ qmuħ u ċerejali bi prezzijiet preferenzjali billi d-differenza bejn il-prezz dinji u dak fl-Unjoni Ewropea tkun issussidjata nofs bin-nofs bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.
Għar-rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Importazzjoni ta' prodotti — Introduzzjoni ta' levy
Question
Fil-każ ta' ross u whey, jista' l-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal lill-poplu li l-prezzijiet fl-UE huma orħos u se jorħsu aktar għaliex se titneħħa l-levy u issa ddaħlet levy fejn ma kienx hemm fuq dawn il-prodotti meta mpurtati minn barra l-UE kif ukoll se joħorġu flus għal sussidji sabiex jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti mpurtati mill-UE meta llum minn barra pajjiżna jixtruhom diġa' orħos?
Għaliex se jiddaħħlu levy u sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija? Kemm fil-fatt huma l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti sija meta sar l-istudju fuqhom mill-Istitut ta' Bari u kif ukoll fiż-żmien meta ġew finalizzati n-negozjati?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Malta nnegozjat biex għal seba’ snin wara s-sħubija Malta tibqa’ timporta l-ħtiġiet tagħha ta’ ross u whey bi prezzijiet preferenzjali billi d-differenza bejn il-prezz dinji u dak fl-Unjoni Ewropea tkun issussidjata nofs bin-nofs bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.
Għar-rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Jista' l-Onor. Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37927 u ċioe' fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru?
Kemm kienet iċ-ċifra tas-sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u s-sena 2000 separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ħallsu l-ammonti li jidhru hawn taħt dwar kuntratti għall-provvista ta' servizz ta' sicurezza minn ditti privati:-
Sena Ammont
LM
MCST 2002 3,176.36
P.B.S. * 2000 29,802 }
2001 30,473 }
2002 34,672 }
Universita' 2000 21,054.88
& 2001 26,622.68
Junior College 2002 34,347.51
MCAST 2001(Nov) 3,960.70
2002 14,233.92
Patrimonju Malta 2001 17,806
(Muż. Nazz. ta' l- 2002 22,601**
Arkeologija u ta'
l-Arti)
Informat ukoll li s-Segretarju Parlamentari għadu kemm iffinalizza kuntratt biex jiġu provduti s-servizzi ta' Security Officer.
* F'dawn iċ-ċifri hemm inkluż is-sehem li l-PBS tħallas lill-Awtorita' tax-Xandir għas-servizz ta' Security fl-istazzjon tal-Għargħur. Is-sehem tal-PBS huwa ta' 30% ta' l-ammonti globali li l-Awtorita' tax-Xandir tħallas għal dan is-servizz.
** Ma jinkludix il-ħlas għal Diċembru 2002.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa li fuqhom sar iċ-ċensiment imsemmi fil-budget ? Kemm minnhom kienu part-time u full-time u kemm Maltin u Għawdxin?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi fiċ-Ċensiment ta' l-Agrikoltura li sar f'Ottubru 2001, f'Malta ġew irreġistrati 1,269 bidwi u rahhal full time u 10,368 bidwi u rahhal part time. F'Ghawdex gew irreġistrati 202 u 2,837 bidwi u raħħal full-time u part-time rispettivament.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 37388 u cioe' jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-għaqdiet/ kooperattivi tal-bdiewa li qablu jew ma qablux mad-dħul ta' 80% mill-produzzjoni tagħhom, jista' l-Ministru jinformani liema kienu l-għaqdiet/kooperattivi tal-bdiewa li qablu u dawk li ma qablux mal-kalkoli ta' Lm80 qliegħ mill-bejgħ tal-prodotti li jipproduċu l-bdiewa?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif spjegajt fid-Diskors tal-Budget, il-medja ta' 80 fil-mija kienet ibbażata fuq ir-riżultat taċ-ċensiment li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika.
Importazzjoni ta' prodotti — Introduzzjoni ta' levy
Question
Fil-każ ta' sugar cane & beet, jista' l-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal lill-poplu li l-prezzijiet fl-UE huma orħos u se jorħsu aktar għaliex se titneħħa l-levy u issa ddaħlet levy fejn ma kienx hemm fuq dawn il-prodotti meta mpurtati minn barra l-UE kif ukoll se joħorġu flus għal sussidji sabiex jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti mpurtati mill-UE meta llum minn barra pajjiżna jixtruhom diġa' orħos?
Għaliex se jiddaħħlu levy u sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija? Kemm fil-fatt huma l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti sija meta sar l-istudju fuqhom mill-Istitut ta' Bari u kif ukoll fiż-żmien meta ġew finalizzati n-negozjati?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Malta ma timpurtax sugar cane jew sugar beet imma timporta biss zokkor. Għal dan il-għan, Malta nnegozjat biex għal seba’ snin wara s-sħubija Malta tibqa’ timporta l-ħtiġiet tagħha ta’ zokkor bi prezzijiet preferenzjali billi d-differenza bejn il-prezz dinji u dak fl-Unjoni Ewropea tkun issussidjata nofs bin-nofs bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.
Għar-rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Importazzjoni ta' prodotti — Introduzzjoni ta' levy
Question
Fil-każ ta' other processed foods, jista' l-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal lill-poplu li l-prezzijiet fl-UE huma orħos u se jorħsu aktar għaliex se titneħħa l-levy u issa ddaħlet levy fejn ma kienx hemm fuq dawn il-prodotti meta mpurtati minn barra l-UE kif ukoll se joħorġu flus għal sussidji sabiex jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti mpurtati mill-UE meta llum minn barra pajjiżna jixtruhom diġa' orħos?
Għaliex se jiddaħħlu levy u sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija? Kemm fil-fatt huma l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti sija meta sar l-istudju fuqhom mill-Istitut ta' Bari u kif ukoll fiż-żmien meta ġew finalizzati n-negozjati?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38182.
Importazzjoni ta' prodotti — Introduzzjoni ta' levy
Question
Fil-każ ta' beverages & tobaccos, jista' l-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal lill-poplu li l-prezzijiet fl-UE huma orħos u se jorħsu aktar għaliex se titneħħa l-levy u issa ddaħlet levy fejn ma kienx hemm fuq dawn il-prodotti meta mpurtati minn barra l-UE kif ukoll se joħorġu flus għal sussidji sabiex jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti mpurtati mill-UE meta llum minn barra pajjiżna jixtruhom diġa' orħos?
Għaliex se jiddaħħlu levy u sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija? Kemm fil-fatt huma l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti sija meta sar l-istudju fuqhom mill-Istitut ta' Bari u kif ukoll fiż-żmien meta ġew finalizzati n-negozjati?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38182.
Importazzjoni ta' prodotti — Introduzzjoni ta' levy
Question
Fil-każ ta' ikel, xorb u tabakk, jista' l-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal lill-poplu li l-prezzijiet fl-UE huma orħos u se jorħsu aktar għaliex se titneħħa l-levy u issa ddaħlet levy fejn ma kienx hemm fuq dawn il-prodotti meta mpurtati minn barra l-UE kif ukoll se joħorġu flus għal sussidji sabiex jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti mpurtati mill-UE meta llum minn barra pajjiżna jixtruhom diġa' orħos?
Għaliex se jiddaħħlu levy u sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija? Kemm fil-fatt huma l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti sija meta sar l-istudju fuqhom mill-Istitut ta' Bari u kif ukoll fiż-żmien meta ġew finalizzati n-negozjati?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38182.
Importazzjoni ta' prodotti — Introduzzjoni ta' levy
Question
Fil-każ ta' laħam aħmar u abjad, jista' l-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal lill-poplu li l-prezzijiet fl-UE huma orħos u se jorħsu aktar għaliex se titneħħa l-levy u issa ddaħlet levy fejn ma kienx hemm fuq dawn il-prodotti meta mpurtati minn barra l-UE kif ukoll se joħorġu flus għal sussidji sabiex jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti mpurtati mill-UE meta llum minn barra pajjiżna jixtruhom diġa' orħos?
Għaliex se jiddaħħlu levy u sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija? Kemm fil-fatt huma l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti sija meta sar l-istudju fuqhom mill-Istitut ta' Bari u kif ukoll fiż-żmien meta ġew finalizzati n-negozjati?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Malta nnegozjat biex għal seba’ snin wara s-sħubija Malta tibqa’ timporta l-ħtiġiet tagħha ta’ laħam aħmar u abjad bi prezzijiet preferenzjali billi d-differenza bejn il-prezz dinji u dak fl-Unjoni Ewropea tkun issussidjata nofs bin-nofs bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.
Għar-rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Importazzjoni ta' prodotti — Introduzzjoni ta' levy
Question
Fil-każ ta' trabb tal-ħalib xkumat, jista' l-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal lill-poplu li l-prezzijiet fl-UE huma orħos u se jorħsu aktar għaliex se titneħħa l-levy u issa ddaħlet levy fejn ma kienx hemm fuq dawn il-prodotti meta mpurtati minn barra l-UE kif ukoll se joħorġu flus għal sussidji sabiex jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti mpurtati mill-UE meta llum minn barra pajjiżna jixtruhom diġa' orħos?
Għaliex se jiddaħħlu levy u sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija? Kemm fil-fatt huma l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti sija meta sar l-istudju fuqhom mill-Istitut ta' Bari u kif ukoll fiż-żmien meta ġew finalizzati n-negozjati?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Malta nnegozjat biex għal seba’ snin wara s-sħubija Malta tibqa’ timporta l-ħtiġiet tagħha ta’ trab tal-ħalib bi prezzijiet preferenzjali billi d-differenza bejn il-prezz dinji u dak fl-Unjoni Ewropea tkun issussidjata nofs bin-nofs bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.
Għar-rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta pajjiżna ma jibbenefikax mis-sussidju ta' 90% tal-CAP ġie aċċettat li jitneħħa s-sussidju fuq massimu ta' Lm9 tomna sabiex il-bdiewa tagħna jilħqu l-istandards ta' l-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma naf bl-ebda sussidju ta' Lm9 it-tomna li sejjer jitneħħa. Kuntrarjament naf li bis-saħħa tan-negozjati mal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropeja il-bdiewa Maltin sejrin jibdew jingħataw sussidju ta' 200 Euros kull ettaru taħt l-iskema tal-Less Favoured Areas li għaliha ser jikkwalifika t-territorju agrikolu kollu ta Malta (madwar 10,000 ettaru).
Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta pajjiżna ma jibbenefikax mis-sussidju ta' 90% tal-CAP ġie aċċettat li l-prodotti tal-biedja u l-agro industrija ma jkunux jistgħu jiġu esportati lejn il-pajjiżi ta' l-UE kemm-il darba jkunu qed jiġu sussidjati mill-Gvern Malti?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li ma hemm xejn fil-Common Position f'dan is-sens.
Inżid li l-produtturi tal-patata qed jingħataw għajnuna u din qed xorta tiġi esportata lejn l-Olanda, li hi Membru Stat fl-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta pajjiżna ma jibbenefikax mis-sussidju ta' 90% tal-CAP ġie aċċettat li titneħħa levy ta' xahar u nofs fuq l-importazzjoni tal-larinġ, imbagħad iddaħħlet levy/tariffa ta' 14.5% fuq it-12-il xahar tas-sena fuq l-importazzjoni tal-larinġ ġejja mill-pajjiżi li mhumiex membri?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38155.