Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38389 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

CEO — Salarji

Question

Kemm huma s-salarji tas-CEO tal-MFSA? Jirriżulta li c-CEO tal-MFSA huwa wkoll direttur ta' kumpannija privata fis-servizzi finanzjarji?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-MFSA m'għadx hemm il-grad ta' CEO.
Leg 9 PQ #38395 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' prodotti — Tariffi

Question

B'refernza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 38162, jista' il-Ministru jinfurmani liema huma dawk il-pajjiżi li Malta se jkollha aċċess li timporta minnhom il-prodotti nkwestjoni mingħajr ma tħallas it-tariffi ta' 28.8% minkejja li ma humiex membri ta' ta' l-UE? Kemm hija t-tariffa li rridu nkunu konformi magħha meta nimportaw dawn is-sorsi mill-USA, Awstralja, Arġentina, Brażil, Canada, China, New Zealand?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Onorevoli Interpellant jaf li l-Unjoni Ewropeja għandha ftehim ta' kummerċ ħieles ma 'l fuq minn mitt pajjiż. Uħud minn dawn il-ftehim huma fuq bażi reċiproka u oħrajn le. B'riżultat ta' dan wieħed jista' jimporta minn dawn il-pajjiżi mingħajr tariffi jew b'tariffi imnaqqsa. Lista ta' dawn il-pajjiżi diġa ingħatat meta weġibt il-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866. Id-definizzjoni "other processed foods" hija wiesgħa wisq biex wieħed jagħti dettalji ulterjuri. Barra minn hekk, it-tariffi applikati mill-Unjoni Ewropeja fuq l-importazzjoni mill-pajjiżi kollha li qed issir riferenza għalihom huma kumpilati bħala parti mill-iskeda magħrufa bħala TARIC li hija aċċessibbli mill-web site uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #38399 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

State Aid — Prezz taz-Zokkor

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari numru 38123, il-Ministru qed jgħid li l-31.3 miljun Euro, ivvotati taħt l-istate aid il-prezz taz-zokkor fl-ewwel tlett snin ta' wara sħubija se jkunu nofs il-prezz u għaldaqstant se jitħallsu kollha mill-Gvern Malti jew huwa s-sussidju kollu u nofs il-31.3 miljun Euro tas-sussidju taz-zokkor se jinqasmu bejn l-UE u l-Gvern Malti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċekja ċ-ċifra msemmija. Irrid ngħarrfu wkoll li l-finanzjament ta' l-istate aid isir kif hu nfurmat fit-tieni paragrafu għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 38123.
Leg 9 PQ #38405 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Non EU countries — Importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 38123, jista' l-Ministru jinformani jekk il-kwota li qed jirreferi għaliha hijiex se tkun salvagwardata għall-pajjiżna biss jew tkunx aċċessibbli għall-istati kollha ta' l-UE u allura Malta trid tapplika permezz ta' tender speċifika?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kuntrarjament għal li qed jgħid ma teżisti l-ebda tender specifika fl-allokazjoni ta' xi kwota ta' importazzjoni ghall-Membri ta' l-Unjoni Ewropea. Irrid inserrah ras l-Onor. Interpellant li wara s-sħubija, Malta jkollha kull opportunita' biex tibbenefika minn arrangamenti preferenzjali taħt il-kwoti ta' importazzjoni.
Leg 9 PQ #38441 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

UE — Industrija tat-turiżmu

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 38174 u cioe' peress li wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea Malta se jkollha mposti fuqha 87 kwota u tariffa u 539 special save guards for agriculture produce fuq l-importazzjoni ta' l-ikel ġejja mill-pajjiżi li m humiex membri, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti/studji li saru dwar l-impatt ta' dawn il-kontrolli fuq il-kompetittivita' ta' l-industrija tat-turiżmu?

Response (REFALO, MICHAEL)

M’għandi xejn xi nżid ma’ dak li qal il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi għall-Mistoqsija 38172.
Leg 9 PQ #38324 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Qamħarrun — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' qamħarrun u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tal-qamħarrun issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tal-qamħarrun stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt is-Seduta numru 872.
Leg 9 PQ #38325 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Xgħir — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' xgħir u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tax-xgħir issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tax-xgħir stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt is-Seduta numru 872.
Leg 9 PQ #38326 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dipartiment ta' l-Artijiet — Każ dwar ħlas ta' pagament

Question

Jista' d-dipartiment ta' l-artijiet jirrimedja l-pagament dovut lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament? Peress li l-familja konċernata teħtieġ il-flus in kwestjoni għar-raġunijiet ta' mard tal-familja, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-Ministeru jawtorizza l-approvazzjoni mmedjatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet għandu talba mid-Dipartiment tat-Toroq biex jesproprija aktar art fl-istess area fejn kienet ġiet esproprijata l-art indikata separatament u li ġiet imħallsa. Bħal issa id-Dipartiment qiegħed fl-istadju li jipprepara l-pjanti relattivi biex ikun jista` jsir l-esproprju. Dan il-proċess ħa ftit fit-tul billi d-Dipartiment kellu jistenna li jiġi provdut bi pjanti mid-Dipartiment tat-Toroq. Kif isir l-esproprju ikun jista` jinbeda l-proċess biex jiġi aċċertat min huma s-sidien. Wara dan il-proċess is-sidien ikunu jistgħu jiġu ikkumpensati.
Leg 9 PQ #38384 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDP — Tilwima ndustrijali

Question

X'inhija s-sitwazzjoni fl-MDP illum? F'hiex waslet it-tilwima industrijali u kemm hija ż-żieda li qed tintalab?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-kumpanija Malta Dairy Products hija kumpanija awtonoma taħt il-kontroll tal-Koperattiva Produtturi tal-Ħalib. Għaldaqstant nissuġġerixxi li mistoqsijiet dwar din il-kumpanija isiru lill-management ta' l-istess kumpanija.
Leg 9 PQ #38385 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain — Importazzjoni

Question

Kemm kienet l-importazzjoni mill-Medigrain f'dawn l-aħħar 10 xhur? X'livelli ta' kwalita' ta' ċertifikazzjoni kellhom is-sorsi mportati u mil liema pajjiżi kienu ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul dawn l-aħħar xhur l-importazzjoni mill-Medigrain kienet tammonta għal mija u għoxrin elf tunnellata metrika. L-importazzjoni saret mill-Istati Uniti ta' l-Amerika, l-Arġentina, il-Brażil, ir-Russja u l-Ukrajna. L-importazzjoni kollha kellha ċ-ċertifikazzjoni mitluba mill-awtoritajiet tas-saħħa, veterinarji u plant health.
Leg 9 PQ #38386 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jinfurmani bil-pożizzjoni tal-Medigrain u tal-ħaddiema tal-Medigrain? Fil-fatt il-Medigrain se tagħlaq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Filwaqt li diġa magħruf li l-qasam li fih topera l-Medigrain ser jiġi liberalizzat, il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi għadu qed jistħarreġ ir-rwol futur tal-Medigrain f'dan il-kuntest ġdid. Dan kollu diġa ġie spjegat direttament lill-rappreżentanti tal-ħaddiema involuti li ngħataw ukoll assikurazzjoni li l-interessi legittimi tal-ħaddiema ser jiġu salvagwardjati.
Leg 9 PQ #38318 Sitting 873 2003-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Butir — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' butir u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tal-butir issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tal-butir stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt is-Seduta numru 872.
Leg 9 PQ #38319 Sitting 873 2003-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ġobon — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' ġobon u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tal-ġobon issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tal-ġobon stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt is-Seduta numru 872.
Leg 9 PQ #38320 Sitting 873 2003-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trab tal-ħalib xkumat — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' trab tal-ħalib xkumat u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tat-trabb tal-ħalib issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tat-trab tal-ħalib xkumat stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt is-Seduta numru 872.
Leg 9 PQ #38321 Sitting 873 2003-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Laħam abjad — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima tal-laħam abjad u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni ta' laħam abjad issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tal-laħam abjad stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt is-Seduta numru 872.
Leg 9 PQ #38322 Sitting 873 2003-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ross — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' ross u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tar-ross issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tar-ross stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt is-Seduta numru 872.
Leg 9 PQ #38323 Sitting 873 2003-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Qamħ — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' qamħ u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tal-qamħ issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tal-qamħ stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt is-Seduta numru 872.
Leg 9 PQ #38305 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċiera — Danger money/Overtime

Question

Jista’ il-Ministru jinfurmani kemm tħallas overtime u danger money lill-biċċiera li qed jagħmlu l-qatla tal-majjal f’periklu kontinwu minħabba li l-post fejn qed issir il-qatla fil-preżent huwa żgħir ħafna? Għaliex għaddew kważi ħamex shur minn meta beda x-xogħol ta’ moderniżżar u baqgħu ma tlestewx meta kien intqal lill-biċċiera li x-xogħlijiet kellhom jieħdu biss xahrejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li m'huma jingħataw la overtime u lanqas danger money għax il-qatla ssir tul il-ħin normali u l-periklu m'hux iżjed minn qabel.
Leg 9 PQ #38313 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zokkor — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima taz-zokkor u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni taz-zokkor issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota taz-zokkor stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Onorevoli Interpellant jaf li hekk kif Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea, dak kollu prodott f'pajjiżna awtomatikament diġa' jkun jagħmel parti mis-suq wieħed Ewropew. Għaldaqstant, dak li jiġi prodott f'Malta ma jibqax ikun suġġett għall-ebda tariffi meta jinbiegħ f'xi parti oħra ta' l-Unjoni Ewropea. Dan huwa riżultat dirett u fundamentali tas-sħubija u ma jirrikjedi l-ebda ftehim separat jew ulterjuri. Fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea, Malta kisbet id-dritt li timplimenta mekkaniżmu ta' sussidju fuq ċerti prodotti agrikoli importati li, permezz tiegħu, il-Gvern ser ikun jista' jikkumpensa għal xi żidied li jista' jkun hemm fil-prezz lokali ta' dawn il-prodotti minħabba d-differenza bejn il-prezz tal-prodott fuq is-suq internazzjonali u dak fl-Unjoni Ewropea. B'dan il-mod, wara s-sħubija, mhux mistenni li l-konsumatur Malti jiffaċċja għoli fil-prezz ta' dawn il-prodotti. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-prodotti li dwarhom Malta nnegozjat u kisbet id-dritt li tapplika skema ta' special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported agricultural products flimkien mal-kwoti relattivi li jispeċifikaw il-kwantitajiet massimi li fuqhom jista' jiġi applikat dan is-sussidju.
Leg 9 PQ #38314 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Laħam tal-friża(ċanga) — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima tal-laħam tal-friża (ċanga) u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni taċ-ċanga issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tal-laħam tal-friża (ċanga) stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt din is-Seduta stess.