Jista’ il-Ministru jgħid liema kienu l-ġibjuni li saritilhom il-manutenzjoni matul l-ewwel xhur tas-sena? Kemm kienet in-nefqa f’ċifra ta’ flus globali nvoluta?
Kemm hu n-numru ta’ kumpanniji, lukandiera, stabilimenti kummerċjali u familji li fil-preżent għandhom kontijiet pendenti tad-dawl u l-ilma? Kemm minnhom qed jittieħdu passi kontra tagħhom bil-qorti?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ il-Ministru jgħid għaliex il-poplu tal-Baħrija, Ħad-Dingli, l-Imtarfa, ir-Rabat u l-madwar tħalla bla servizz tal-X-ray fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat, Malta għal dawn l-aħħar tliet snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-'X-Ray machine' fiċ-Ċentru ta-Saħħa tar-Rabat ilha bil-ħsara u ma tintużax mit-22 ta' Jannar 2002. Wara li l-Bio Medical Engineering Department ta' l-isptar San Luqa eżamina din il-magna, iċċertifika li ma tistax tiġi rranġata u hemm bżonn tinbidel. Safrattant kull meta l-poplu tal-Baħrija, Ħad-Dingli, l-Imtarfa, ir-Rabat u l-madwar kellha bżonn xi X-Ray dawn setgħu jagħmluh fl-aktar Ċentru tas-Saħħa viċin, cioe Mosta.
Ix-xiri ta' magna ġdida jiġi kkunsidrat fid-dawl tal-prioritajiet tal-ħtiġijiet tas-servizzi tas-saħħa.
Fir-rigward tal-poplu tal-Baħrija, Ħad-Dingli, l-Imtarfa, ir-Rabat u l-madwawr, jista’ il-Ministru jgħid għaliex ingħalaq iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat għal 16-il siegħa kuljum u 36 siegħa fil-weekends?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirrepeti għall-darba oħra li minħabba nuqqas ta' tobba li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Kura Primarja, il-ftuħ taċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Rabat, Ħal-Qormi, Bormla u B'Kara ma jistax ikun ta' 24 siegħa kuljum.
Jista’ il-Ministru jgħid għaliex ġie permess li d-dipartiment tas-saħħa jħalli l-X-ray machine fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat madwar tliet snin bil-ħsara u dan għad-detriment ta’ inkonvenjent kbir ta’ eluf ta’ familji residenti fir-Rabat, l-Imtarfa, Ħad-Dingli, il-Baħrija u l-madwar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 109.
Ċentri tas-saħħa — Servizz ta' tobba mingħajr ħlas
Question
B’riferenza għall-wegħda tat-tabib b’xejn miċ-ċentri tas-saħħa ta’ Bormla, Birkirkara, Ħal Qormi u r-Rabat li prattikament spiċċat f’waħda bil-ħlas minħabba li s-servizz tat-tabib b’xejn qed jingħata biss għal nofs il-jum u sitt sigħat biss fil-weekend, jista’ il-Ministru jiddikjara meta dawn l-eluf ta’ familji Maltin se jingħataw lura s-servizz tat-tabib b’xejn fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jista l-Onor Interpellant jgħid u jiċċita liema wegħda qiegħed jirreferi għaliha u jispeċifika iċ-ċentri tas-saħħa msemmija.
B’riferenza għas-sitwazzjoni fil-qasam tad-djar ta’ Mlit fil-Mosta fejn saħansitra ma’ sar ebda embellishment mill-1998 ‘il hawn, jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet imsemmija mill-ministeru konċernat? Hemm il-ħsieb li fis-sentejn li ġejjin isiru lifts ġodda fil-blokki ta’ l-appartamenti msemmija u jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabbilta' g[ħal xog[oħlijiet ta' embellishment hi tal-Kunsill Lokali. Ta' min jg[ħid li l-Kunsill Lokali tal-Mosta f'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar ]żviluppa ;ġnien fl-in[ħawi tal-Blata l-G[ħolja fl-imsemmija lokalita'.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ma r/eviet ebda applikazzjoni ta[ħt Skema V g[ħal installar ta' lifts fil-blokki ndikati.
B’riferenza għas-sitwazzjoni fil-qasam tad-djar ta’ Għajn Qajjed, fir-Rabat, Malta fejn saħansitra ma sar ebda embellishment mill-1998 ‘il hawn, jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet imsemmija mill-ministeru konċernat? Hemm il-ħsieb li fis-sentejn li ġejjin isiru lifts ġodda fil-blokki ta’ l-appartamenti msemmija u jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabbilta' għal xogħolijiet ta' embellishment hi tal-Kunsill Lokali.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar irceviet żewġ applikazzjonijiet taħt Skema V għal installar ta' lifts fi blokki fil-qasam tad-djar indikat. Ninsab infurmat ukoll li, minn stħarriġ li sar, irriżulta li fiż-żewġ każijiet l-ispazju disponibbli ma jippermettix l-installar ta' lift.
B’riferenza għas-sitwazzjoni tal-mistħija fil-qasam tad-djar ta’ Pennellu, fil-Mellieħa fejn saħansitra ma sar ebda embellishment tal-ġonna mill-1998 ‘il hawn, jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet imsemmija mill-ministeru konċernat? Hemm il-ħsieb li fis-sentejn li ġejjin isiru lifts ġodda fil-blokki ta’ l-appartamenti msemmija u jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabilita' għal xogħolijiet ta' embellishment sabiex titranġa din is-sitwazzjoni li hu ddeskriva bħala tal-mistħija fil-qasam tad-djar ta' Pennellu fil-Mellieħa hi tal-kunsill lokali ta' din l-istess lokalita'.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet applikazzjoni waħda taħt Skema V għal installar ta' lift fi blokk fil-lokalita' indikata. Bħalissa qed jiġu ppreparati l-pjanti biex jintalbu l-permessi meħtieġa mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ serqiet li saru minn djar privati, karozzi, stabilimenti kummerċjali u hold-ups matul l-ewwel erbgħa xhur ta’ din is-sena f’Malta u Għawdex, separatament? X’kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2000, 2001 u 2002?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ każijiet ta’ pedofalija u abbużi sesswali fuq it-tfal rapportati lill-pulizija matul Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u April ta` l-2003 ġew irrappurtati lill-Pulizija seba` (7) każi ta` abbuż fuq tfal, filwaqt illi fl-istess perijodu ma ġewx irrappuratati każi ta` pedofalija.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku rapportati lill-pulizija matul Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm minnhom kienu fatali?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba hi s-segwenti:-
Numru ta` Inċidenti li seħħew matul is-sena 2003
Bla Feruti
Bil-Feruti
Fatali
Total
Jannar
1,072
74
4
1,150
Frar
981
65
1
1,047
Marzu
1,031
49
1
1,081
April
1,065
74
0
1,139
4,149
262
6
4,417
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ anzjani li nstabitilhom akkomodazzjoni ġewwa d-djar ta’ l-anzjani matul Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena, separatament? Jista’ il-Viċi Prim Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għall-istess perjodu għas-snin 2000, 2001 u 2002, rispettivament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpo;;i fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ sensji li sofrew il-ħaddiema f’Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel erbgħa xhur ta’ din is-sena, xahar b’xahar? Kemm minnhom sabu mpjieg alternattiv u kemm minnhom bdew jitħarrġu għall-ħiliet ġodda? X’kienet is-sitwazzjoni għall-istess perjodu fis-snin 2000, 2001 u 2002, rispettivament?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif ġie mgħoddi lili u ser titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm kien hemm ħaddiema li ġew issensjati u li bdew jirreġistraw għax-xogħol. Din it-tabella taqsam l-informazzjoni bejn Malta u Għawdex u turi stampa ta' l-ewwel erba' xhur tas-snin 2000, 2001, 2002 u 2003. It-tabella turi wkoll kemm minn dawk li kienu ssensjati ġew impjegati.
S'issa il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) ma żżomx informazzjoni b'mezz elettroniku dwar dawk li ġew issensjati u ħadu taħriġ.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li għaddew boarded out f’Malta u Għawdex separatament matul Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Jista’ il-Viċi Prim Ministru jinformani bl-istess tagħrif għall-istess perjodu tas-snin 2000, 2001 u 2002 rispettivament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tin;abar u twe;iba ser ting[ata f'xi Seduta o[ra.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema li ħadu l-impjieg mal-gvern u/jew mal-kumpanniji fejn il-gvern għandu l-ishma matul Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena, separatament? Kemm minn dawn l-impjiegi kienu f’Malta u kemm f’Għawdex? Kemm minnhom kienu bil-kuntratt, każwali, part-time u permanenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond l-informazzjoni li tirċievi l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra turi kemm kien hemm impjiegi mal-kumpaniji (engagements) fejn il-Gvern għandu l-isħma, matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April 2003.
L-informazzjoni mitluba dwar is-Servizz Pubbliku hi responsabbilta' tal-Management and Personnel Office fl-Ufffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ommijiet xebbiet li għandhom aktar minn tifel jew tifla waħda f’Malta u Għawdex separatament? X’għajnuna u drittijiet addizzonali oħra qed jibbenefikaw minnhom fil-preżent?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma j]ommx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant. Madankollu, ninsab infurmat li minn riċerka li għamel id-Dipartiment, minn dawk li jirċievu l-Allowance tat-Tfal, irriżulta' li n-numru ta' ommijiet xebbiet li jirċievu din l-Allowance hu kif ġej
B'tifel/tifla wieħed/waħda 1,541
B'żewġt itfal 309
Bi tlett itfal 74
B'erbgħat itfal 8
B'ħamest itfal 6
B'sitt itfal 1
Minn dawn, 1,899 huma ommijiet xebbiet f'Malta u 40 f'Għawdex.
Mhux possibbli li tingħata tweġiba għat-tieni parti tal-mistoqsija għaliex tinvolvi eżerċizzju li jrid isir fuq kull każ individwalment.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol f’Malta u Għawdex separatament, fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? X’kienet is-sitwazzjoni għall-istess perjodu għas-snin 2000, 2001 u 2002?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' talbiet g[al Benefiċċju tal-Korriment li fuqu hi bbażata l-istatistika dwar korrimenti fuq il-post tax-xogħol, għal perijodi mitluba mill-Onor. Interpellant, kien kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll li l-istatistika miżmuma ma tiddistingwix bejn inċidenti fuq ix-xogħol f'Malta jew Għawdex.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ każi ta’ għajnuna lill-bdiewa, raħħala u sajjieda li ngħataw matul Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena, separatament u kemm kienet iċ-ċifra ta’ flus globali li tqassmet? Jista’ il-Ministru jinformani bl-istess tagħrif għall-istess perjodu tas-snin 2000, 2001 u 2002, rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt inkluża.
Xahar
Dettalji
2000
2001
2002
2003
Każ
i
Ammont
LM
Kazi
Ammont
LMKaż
iAmmont
LMKaż
iAmmont
LM
Jannar
Kazi ta’Ghajnuna
Sussidju fuq imgħax*
Nil
Nil
Nil
Nil
1
109
600
3,362Nil
NilNil
Nil12
Nil31,400
Nil
Frar
Kazi ta’Ghajnuna
Sussidju fuq imgħax*
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
16
Nil
1,254Nil
91Nil
3,37879
Nil131,655
Nil
Marzu
Kazi ta’Ghajnuna
Sussidju fuq imgħax*
1
Nil
480
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil4
Nil9,300
Nil74
27126,253
3,012
April
Kazi ta’Ghajnuna
Sussidju fuq imgħax*
Nil
120
Nil
5,733
Nil
Nil
Nil
NilNil
45Nil
3,53415
355,466
390
Total
Kazi ta’Ghajnuna
Sussidju fuq imgħ
ax*
1
120
480
5,733
1
125
600
4,6164
1369,300
6,912180
30344,774
3,402
Ta’ min iżid li l-bicca l-kbira ta’ l-għajnuna fl-2003 tinkludi l-iskema għas-sajjieda approvata mill-kabinett fis-sena 2002 u liema għajnuna qed tingħata għat-tisħiħ ta’ dgħajjes tas-sajd u apparat tas-saħħa u sigurta’. Din l-għajnuna qed tkompli tingħata din is-sena.
Jista’ il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji uffiċjali tar-regoli/kondizzjonijiet ġodda u materjal informattiv dwar is-sussidju, eċċ. li ntbagħtu lill-bdiewa, raħħala, sajjieda u l-agro industrija f’Malta u Għawdex matul ix-xhur ta’ Marzu u April ta’ din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull informazzjoni li ntbagħtet lill-bdiewa, raħħala, sajjieda u lill-agro-industrija.
Jista’ il-Ministru jgħid x’għajnuna finanzjarja diretta qed jagħti l-gvern lill-bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin sabiex imorru jitħarrġu barra minn Malta fuq is-setturi speċifiċi tagħhom biex jintegraw mas-sistemi u r-regoli tal-CAP?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li qed tingħata għajnuna f’diversi forom iżda mhux necessarjament billi jintbagħtu barra minn Malta bdiewa u raħħala, għalkemm kien hemm okkażjonijiet fejn intbagħat grupp ta’ bdiewa l-Italja fuq programm organiżżat flimkien mac-CIHEAM – Centre International de Hautes Etudes Agronomiques Mediterranéennes (International Centre for Advanced Mediterranean Agronomic Studies).
L-Onor. Membru mitlub jinnota li d-Dipartiment qed jipprova jara li t-taħrig kemm jista jkun jingħata f’Malta ħalli jkunu l-ħafna li jibbenefikaw minnu u mhux il-ftit magħżula. Huwa għalhekk li tniedu numru ta’ “Twinning Projects” bħal dak tal-vitikultura bil-għan li jħejji s-settur u b’mod partikolari l-bdiewa li jkabbru d-dwieli.
Dan is-sajf ukoll ser jinġieb espert fit-tkabbir tad-tadam biex dan is-settur ikompli jiżviluppa fil-kuntest tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.