B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 54 jista' il-Ministru jinfurmani liema pajjiżi mill-100 imsemmija, l-UE teżenthom mit-TARIC fuq prodotti magħmula mill-ħalib frisk - dairy products?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ingħatat għall-Mistoqsija Numru 261.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ direct orders li ħarġu mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta’ flus ta’ dawn id-direct orders? Jista’ il-Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2001 u 2002?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fil-perjodi msemmija fil-mistoqsija ma ngħatat ebda Direct Order.
Jista' il-Ministru jinfurmani jekk is-siti li ġew identifikati mill-MEPA għal skop ta' SME's fit-Telgħa t'Alla u Ommu ġewx evalwati għall-valur agrikolu tagħhom? Jekk iva, liema ażjenda għamlet l-assessment fuq dawn is-siti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien ninsab infurmat li l-assessment mingħand id-Dipartiment ta’ l-Agrikultura ingħata kemm qabel kif ukoll wara li d-dokument “SMEs (Micro-enterprise) Site Selection Exercise – Public Consultation Draft” ħareġ għall-konsultazzjoni pubblika.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 55 jista' il-Minstru jinfurmani kemm hija f'ċifra ta' flus jew f'persentaġġi il-parti li l-UE se tissussidja l-Gvern Malti sabiex il-prezzijiet ta' l-ikel tal-poplu mill-UE stess ma jogħlewx wara Mejju 2004? Minn fejn il-Gvern Malti se jipprovdi l-flus għal parti l-oħra tas-sussidju, minn taxxi ġodda, mit-tnaqqir tal-pensjonijiet, minn benefiċċji soċjali, u jew sosri oħrajn?
Response (DALLI, JOHN)
Fil-preparamenti għan-negożjati ma’ l-UE, saret analiżi globali u integrata tal-qasam agrikolu, kemm f’Malta kif ukoll fil-UE. Fuq din il-bażi, l-Gvern Malti fassal it-talbiet tiegħu fin-negozjati mal-UE. Fost oħrajn, il-Gvern Malti irnexxielu jikseb id-dritt li jimplimenta mekkaniżmu ta' sussidju li, permezz tiegħu, il-Gvern ser ikun jista' jikkumpensa għal xi żidiet li jista’ jkun hemm fil-prezz lokali ta’ ċerti prodotti partikolari, minħabba d-differenza bejn il-prezz tagħhom fuq is-suq internazzjonali u dak fl-UE.
Peress li dawn d-differenzi u ċirkostanzi ivarjaw regolarment, mhux possibbli li wieħed jippreżenta ċifra ta’ sussidju li ser jingħata fis-snin li ġejjien.
Jista' il-Minsitru jgħid għaliex Triq id-Dwieli u Trejqet il-Kampanjol f'Baħar iċ-Ċagħaq u l-madwar tagħhom tħallew żdingati? Peress li r-residenti inkluż l-anzjani ta' l-inħawi qed isibu diffikultajiet u nkonvenjent kuljum kawżat mill-istat xejn tajjeb tat-toroq imsemmija, jista' il-Ministru jara li jsiru l-arranġamenti mad-Dipartiment tat-Toroq u l-Kunsill Lokali responsabli minn dawn l-inħawi ħalli l-manutenzjoni ssir minnu fih?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-Awtorita` dwar it-Trasport qed tipprepara programm għall-asfaltar ta' diversi toroq ġodda madwar Baħar iċ-Ċagħaq u x-xogħol fit-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li jirriżultaw minn żmien ghal żmien.
Jista' id-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali jinfurmani x'qed jiġri mill-applikazzjoni għall-benefiċċji taċ-children allowance li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Jista' il-Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jinqala' u jitpoġġa x'imkien ieħor l-arblu tad-dawl li qed jimblokka l-aċċess għall-bdiewa ta' l-inħawi ta' Għar Żerriegħa limiti tar-Rabat u dan qabel ma jkun hemm xi nċidenti fatali? L-arblu jinsab fejn ir-residenza tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament. Dettalji ta' persuna li hija midħla sew ta' dawn l-inħawi qed jintbagħtu separatament.
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill- Ministru kkoncernat.
Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Direct orders
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ direct orders li ħarġu mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta’ flus ta’ dawn id-direct orders? Jista’ il-Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2001 u 2002?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' Direct orders li ħarġu mill-Contracts and Procurement Section tal-Ministeru għar-riżorsi u l-Infrastruttura huwa kif jidher hawn taħt:-
SENA 2001
XAHAR
DIRECT ORDERS
VALUR (Lm)
Jannar
6
240,741 (i)
Frar
8
28,120 (ii)
Marzu
7
11,115
April
2
17,480 (iii)
SENA 2002
XAHAR
DIRECT ORDERS
VALUR (Lm)
Jannar
1
3,000
Frar
6
8,556
Marzu
12
30,480 (iv)
April
10
29,593
SENA 2003
XAHAR
DIRECT ORDERS
VALUR (Lm)
Jannar
2
1,466
Frar
-
-
Marzu
1
7,271
April
-
-
(i) jinkludi Direct order għal xogħol li sar fl-Imdina mill-Kumpanija Kalaxlokk li sewa Lm234,220;
(ii) jinkludi Direct Order għal xogħol li sar mill-Malta Drydocks b'konnessjoni mal-Pumping Station ta' B'Buġia li sewa Lm14,535;
(iii) jinkludi Direct Order għal spare parts minn għand Engineering and Technology Ltd. għal Wied Għammieq li swew Lm12,980;
(iv) jinkludi xogħol ta' restawr li sar fil-Palazz Vilhena ta' l-Imdina u li sewa Lm10,945.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ direct orders li ħarġu mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta’ flus ta’ dawn id-direct orders? Jista’ il-Prim Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2001 u 2002?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi ħlas ta’ “direct orders” mogħtija mill-Uffiċċju tiegħi.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ direct orders li ħarġu mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta’ flus ta’ dawn id-direct orders? Jista’ il-Viċi Prim Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2001 u 2002?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qieghda tingabar u risposta ser tinghata f’xi Seduta ohra.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ direct orders li ħarġu mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta’ flus ta’ dawn id-direct orders? Jista’ il-Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2001 u 2002?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi u affarijiet Ekonomiċi — Direct orders
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ direct orders li ħarġu mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta’ flus ta’ dawn id-direct orders? Jista’ il-Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2001 u 2002?
Response (DALLI, JOHN)
Fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April tas-snin 2001, 2002 u 2003, l-approvals għal direct orders li ħarġu minn dan il-Ministeru versu l-Ministeri kollha, skond ir-Regolamenti Finanzjarji, huma elenkati fil-listi hawn mehmuza.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Direct orders
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ direct orders li ħarġu mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta’ flus ta’ dawn id-direct orders? Jista’ il-Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2001 u 2002?
Response (BORG, TONIO)
Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern twaqqaf fl-14 ta` April 2003, u għal din ir-raġuni l-Ministeru l-ġdid ma setax jagħmel Direct Orders matul il-perijodu Jannar/April 2003.
Dwar it-tagħrif rigward id-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru fil-perijodi mitluba (Jannar sa April 2001, 2002, 2003), nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Ministru jgħid meta ħerġin il-promozzjonijiet ta’ supervisor maids mad-dipartiment ta’ l-edukazzjoni f’Malta u Għawdex? Kemm fil-fatt hu n-numru ta’ maids li bħalissa qed jagħmluha ta’ acting supervisors u f’liema skejjel f’Malta u Għawdex separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li m'hawn l-ebda Supervisor Maid mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
B’riferenza għas-sitwazzjoni fi Triq il-Kbira fil-Mosta, fejn wara kull xita li tagħmel ir-residenti qed jispiċċa jidħlilhom ħafna ilma tax-xita fi djarhom kawża tal-fatt li x-xogħlijiet fuq il-kanali għadhom ma sarux, jista’ il-Ministru jara li jitranġa dan l-inkonvenjent għal dawn il-familji mill-aktar fis possibbli?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 36847, seduta 818 tad-disgħa parlament mogħtija fil-25 ta' Novembru 2002.
Mindu twaqqaf il-konsortium tal-landscaping, jista’ il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq pjanti, xitieli, siġar, vetturi, inġenji u apparat simili?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-flus allokati għall-Embellishment and Landscaping Consortium s’issa nħarġu sitt certifikati għax-xogħol konness mal-proġett, Public, Private Partnership, li jammontaw għal total ta’ Lm 1,887,094.27, eskluż il-VAT, iżda inkluż is-salarji tal-ħaddiema kollha, li jiffurmaw il-bicca l-kbira ta’ l-ispiża.
Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Direct orders
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ direct orders li ħarġu mill-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta’ flus ta’ dawn id-direct orders? Jista’ il-Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2001 u 2002?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nassumi li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal xiri ta’ affarijiet jew servizzi li jiswew aktar minn Lm 2,500 u li dan ix-xiri sar b’ direct order minħabba f’ urġenza jew singularita’ ta’ provvista wara li ntalab u ngħata permess mill- Ministeru tal-Finanzi.
L-informazzjoni mitluba li tirrigwarda lil dak li qabel kien il-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u s-Sajd u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu hi kif ġej.
Jannar – April 2003
· xejn.
Jannar – April 2002
· Provvista ta’ IPC għas-sistema kompjuterizzata tal-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali b’ valur ta’ Lm 3,750.
Jannar – April 2001
· xejn
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ direct orders li ħarġu mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta’ flus ta’ dawn id-direct orders? Jista’ il-Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2001 u 2002?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Tista’ il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ direct orders li ħarġu mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta’ flus ta’ dawn id-direct orders? Tista’ il-Ministru tinformani bl-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2001 u 2002?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li b’kollox kien hemm hamsa u disghin (95) direct orders li hargu mill-Ministeru ghal Ghawdex u d-dipartimenti li jaqghu tahtu matul s-snin 2001 u 2002 kif ukoll bejn Jannar u April 2003.
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija moghtija hawn taht:
Dipartiment ghas-Servizzi Korporattivi u Segretarjat Permanenti
Sena
Numru ta’ ‘Direct Orders’
Ammont
2001
5
Lm5900
2002
9
Lm9729.79
Jannar sa April 2003
3
Lm6817.85
Dipartiment tal-Customer Services
Sena
Numru ta’ ‘Direct Orders’
Ammont
2001
25
Lm103.991
2002
25
Lm117.376
Jannar sa April 2003
9
Lm33.613
Dipartiment tal-Progetti u Zvilupp
Sena
Numru ta’ ‘Direct Orders’
Ammont
2001
5
Lm52,445.55
2002
9
Lm78198.21
Jannar sa April 2003
5
Lm13383.65
Jista’ il-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-ġibjun ta’ l-ilma tal-Mosta li hemm fejn id-daħla ta’ Ta’ Qali? F’idejn min jinsab dan il-ġibjun illum u x’inhuma r-raġunijiet u l-kondizzjonijiet li bihom huma marbuta s-sidien ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-gibjun huwa parti minn impjant intenzjonat biex ikun iffiltrat l-ilma tax-xita pero dan qatt ma ntuza ghal dan l-iskop.
Il-gibjun huwa proprjeta tal-Korporazzjoni imma prezentement mhix qed tuzah.
Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta l-ilma tat permess lill-persuna privata biex tuza s-sit ghal skopijiet agrikoli.
Din il-persuna m'ghandha ebda titlu u l-Korporazzjoni tista terga tiehu lura l-post meta jkollha bzonnu.