Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li l-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu jagħmlu użu minn tlettax-il mobile phone. Mhux fuq dawn is-settijiet kollha għadhom waslu l-kontijiet sa' l-aħħar ta' Mejju.
Il-kontijiet li waslu jammontaw għal Lm 2,591.19. Minn dan l-ammont s'issa tħallas Lm 1894.61.
Irrid inżid li sa Marzu 2003, l-Ministeru kellu perit attached mad-Dipartiment ta' l-Isport. Dan il-perit kien ipprovdut b'mobile phone li sa Marzu, l-ispejjeż tiegħu laħqu għal Lm20.32. Minn dan l-ammont tħallset is-somma ta' Lm 6.68.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tan-nefqa totali għall-ministeru tal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar ta' l-Ewropa li saru f'pajjiżna dan ix-xahar? Kemm minn din l-ispiża tħallset diġa'?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma l-Onor Interpellant illi għall-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta’ l-Ewropa li saru f’Malta, l-Ministeru alloka dawn il-fondi:
· Lm 100,000 Allokazzjoni diretta ghall-Organizazzjoni tal-Logħob lill-
Kumitat Olimpiku Malti. Din l-għotja ingħatat kollha fl-2003.
· Lm 200,000 Allokazzjoni
diretta għas-sena 2003 għall-Għajnuna Teknika
ta’ l-Atleti lill-Kumitat Olimpiku Malti, li tinkludi l-
Bonus
lill-Atleti. Sa’ llum ingħataw Lm100,000 minn din l-għajnuna.
· Lm 10,000 Laqgħa tat-tmien Ministri tal-Pajjizi parteċipanti, li tinkludi spejjeż ta’ l-akkomodazzjoni, trasport u l-konferenza.
Għadna qegħdin nistennew il-kontijiet għal dawn l-ispejjeż.
· Lm 80,000 Xiri ta’ tagħmir tekniku (sportiv) għad-dixxiplini parteċipanti.
Dan tħallas kollu.
· Lm 6,000 Xogħol ta’ armar, arbli, bnadar, uffiċini temporanji eċċ.,
imħallas kollu mill-Kunsill Malti għall-Kultura w l-Arti.
· Lm 90,000 Tqegħid ta’ wiċċ ġdid tat-
track
ta’ l-Atletika tal-
Matthew Micallef St.John Stadium
tal-Marsa. Minn din l-ispiża fadal
25% x’jitħallas lill-kuntrattur.
· Lm 4,500 Xogħol ta’ modernizzar fuq li s-
scoreboard
tal-Pixxina
Nazzjonali.
· Lm 1,900 Xogħol fuq il-
pool-deck
tal-Pixxina Nazzjonali.
· Lm 2,400 Xiri ta’ bankijiet għaċ-
changing rooms
ġewwa l-Kumpless
Sportiv tal-Kottonera.
· Lm 1,311 Xogħol ta’ tiswija ta’ l-
ispectators terrace
tal-
Marsa
Sports and Country Club.
Ingħata b’xejn, mill-Kunsill Malti għall-Isport, l-użu tal-faċilitajiet sportivi tal-Kottonera, Universita’, Marsa u Pixxina Nazzjonali qabel il-Logħob għal skopijiet ta’ taħriġ u għall-użu waqt il-Logħob stess. Ma’ kienux mitluba ħlasijiet għal tindif tal-faċilitijiet (ħin normali bil-ġurnata), dawl u ilma użati ġewwa l-istess faċilitajiet, u lanqas għal ħlas ta’ ħaddiema tal-Kunsill Malti ghall-Isport (inkluż sahra). Dawn jinkludu:
· Kumpless tal-Kottonera
- Minn ġimgħa qabel il-Logħob : Sagħtejn kuljum, il-ġimgħa kollha (inklużi s-Sibt u l-Ħadd), għat-taħriġ ta’ l-atleti, inkluż l-użu ta’
dressing rooms
u kmamar għal
storage
ta’ tgħamir (għadu qed jintuża).
- Waqt il-Logħob : użu ta’ tlett uffiċini u servizz ta’ tindif (bil-ġurnata) tul il-ġimgħa kollha tal-Logħob.
· Sala Sportiva ta’ l-Universita’
- Minn Ottubru 2002 sa’ Diċembru 2002 – sessjoni ta’ erba’ siegħat u nofs (4 ½ ) fil-ġimgħa;
- Minn Jannar 2003 sa’ April 2003 - sessjoni ta’ erba’ (4) siegħat u oħra
ta’ sagħtejn (2) fil-ġimgħa
- Mejju 2003 – sessjoni ta’ sagħtejn (2) kuljum u sessjoni ta’ siegħa u nofs (1 ½) mill-ħin ta’ l-Universita’
- Tlett manifestazzjonijiet tal-Kumitat Olimpiku Malti (għal atleti u
voluntiera)
Peress li l-preparamenti għall-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar bdew sa’ mill-1999, ta’ min isemmi nefqiet oħra li saru mis-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u Kultura u, wkoll, direttament mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u Kultura li sa’ April 2003 kienu responsabbli mill-Isport. Dawn jinkludu :
· Lm 40,000 Nefqa’ għal tapit (sportiv) ġdid għall-Padiljun Sportiv ġewwa Kordin sabiex ikun ta’ livell internazzjonali, flimkien ma’ xogħol ta’
waterproofing
fuq is-saqaf ta’ l-istess
Kumpless.
Din l-ispiża tħallset kollha.
· Lm 157,000 Għotja diretta għall-Għajnuna Teknika ta’ l-Atleti lill-Kumitat
Olimpiku Malti. Din tħallset kollha fis-sena 2001.
· Lm 137,000 Għotja diretta għall-Għajnuna Teknika ta’ l-Atleti lill-Kumitat
Olimpiku Malti. Din thallset kollha fis-sena 2002.
· Lm 41,500 Valur ta’ 60
personal computer
(p.c.’s) misluf ghall-
Organizazzjoni tal-Logħob mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni.
·
Secondment
ta’ tlett
instructors full time
mal-Kumitat Olimpiku Malti.
Dawn kienu utilizzati fis-segretarjat ta’ l-istess K.O.M. sa mill-2001.
L-Onorevoli Interpellant japprezza li din kienet għajnuna li n-natura u l-kobor tagħha huma uniċi fl-istorja sportiva ta’ pajjiżna. Aħna sodisfatti li l-għajnuna ssarfet f'riżultati eċċezzjonali. Ħafna mill-għajnuna saret ukoll f'investiment kemm f'tagħmir u titjib ta' faċilitajiet kif ukoll f'kultura ta' preparazzjoni, liema investiment se jibqa' jitgawda fis-snin li ġejjin.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema barranin li ħadmu fuq bażi temporanju fil-perjodu ta' bejn Mejju, 2002 sa l-aħħar ta' April ta' din is-sena? Minn liema pajjiżi kienu ġejjin dawn il-ħaddiema barranin? F'liema dipartiment ħadmu dawn il-ħaddiema barranin u f'liema snajja' jew xogħol ħadmu?
Response (GATT, AUSTIN)
B'referenza għal din il-Mistoqsija Parlamentari t-Tarzna ma impjegat l-ebda ħaddiema barranin fil-perjodu msemmi barra t-tlieta msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5.
Skond il-pjan tal-gvern għal din il-leġislatura, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu maħsub li jiżdiedu jew jonqsu l-impjiegi maċ-ċivil?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-pjan tal-Gvern għal din il-leġislatura għal dak li jirrigwarda l-impiegi fis-Servizz Pubbliku mhuwiex differenti minn dak tal-leġislatura ta’ qabel.
L-għan ewlieni jibqa’ li jsir użu massimu mir-riżorsi umani eżistenti u li n-numru jkompli jiċkien mhux biss permezz ta’ inizzjattivi bħal privatizzazzjoni jew ta’ aktar “public private patnership”, iżda wkoll billi tkompli tiżdied l-effiċjenza.
Skond il-pjan tal-gvern għal din il-leġislatura, jista' il-Ministru jgħid kemm hu maħsub li se jiżdied in-numru ta' turisti fl-erba' snin li ġejjin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-volum ta' turisti li Malta tista' tattira fis-snin li ġejjin jiddependi ħafna fuq il-klima ekonomika u politika internazzjonali li tinfluwenza din l-industrija internazzjonali.
Madankollu, Malta qed tagħmel minn kollox sabiex, sa limiti raġonevoli, tkompli ttejjeb il-kompetittivita tagħha fis-suq internazzjonali, sabiex tkun tista' żżid in-numru ta' turisti li jżuruha. Id-diversifikazzjoni tal-prodott u tas-swieq flimkien ma' l-estensjoni ta' l-istaġun u l-introduzzjoni ta' tipi ta' turiżmu ġdid ilkoll jikkontribwixxu sabiex dan il-għan jintlaħaq.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża l-uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi — Mobile phones
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża l-ministeru tiegħu u u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ mobile phones li juża l-Ministeru tal-Finanzi u Servizzi Ekonomiċi u d-dikasteri kollha li jaqgħu taħtu huwa ta’ mija wieħed u tletin (131). Matul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati li saru mill-istess Ministeru kienet ta’ ħdax-il-elf, disa’ mija u wieħed u disgħin lira u tmienja u sebgħin ċenteżmu ( Lm11,991.78 ), filwaqt li l-ispiża mħallsa s’issa hija dik ta’ tmint elef, mija, ħamsa u għoxrin lira u erbgħa u disgħin ċenteżmu ( Lm8125.94 ).
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile phones
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Mobile phones
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (BORG, JOE)
In-numru ta' mobile phones li juża l-Ministeru tiegħi u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħti huwa 59. L-ispiża tas-servizz tat-telefonati ta' l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena kienet ta' LM12,965.30 li minnhu tħallas LM12.156.51.
Tajjeb li nsemmi li dawn il-figuri jinkludu wkoll dawk ta' l-Ambaxxati Maltin f'pajjiżi barranin.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża l-ministeru tagħha u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtha? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li n-numru ta’ mobile phones li juża l-Ministeru tiegħi u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu huwa għaxra.
L-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena kienet ta’ LM1756.03.
Sa llum, is-somma ta’ Lm1587.78 tħallset minn din is-somma.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' mobile phones u l-ispiża tas-servizz.
Karozzi mixtrija/mikrija — Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni
Question
Kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm, jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni u d-Dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni ? Kemm fil-fatt huwa n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Ministeru għat-Trasport u Kommunikazzjoni xtara karozza waħda mit-12 t'April 2003 sa llum. Din inxtrat biex tissostitwixxi karozza li m'għadhiex possibli li tissewwa. Jien infurmat ukoll li l-Awtorita' Marittima qed tikkonsidra li tixtri karozza ġdida flok karozza oħra li ġiet dikjarata total loss wara li kienet involuta f'inċident tat-traffiku.
Fil-preżent in-numru ta' karozzi mixtrija jew mikrija mill-entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru huwa hekk.
Mixtrija 59
Mikrija 21
Karozzi mixtrija/mikrija — Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment
Question
Kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm, jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment u d-Dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment? Kemm fil-fatt huwa n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 76 u jinfurmani kemm huwa n-numru ta' kumpanniji li qed jittieħdu passi legali kontra tagħhom sabiex jirrimedjaw fil-ħlas dovut?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher hawn taħt:
Kumpaniji Privati
Ammonti mħallsa
Malta
LM 65,716,568
Għawdex
LM 6,063,983
Ammonti dovuti
Malta
LM3,744,379
Għawdex
LM88,423
Kumpaniji Parastatali
Amonti mħallsa
LM6,063,983
Ammonti dovuti
LM6,005
Il-proċess legali għall-ammonti dovuti għas-sena 2002 għadu ma nbediex.
Jista’ il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 75 u ċioe' jista' ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-konferma uffiċjali li l-Gvern ta’ Malta għandu mill-GRTU u mill-Kamra tal-Kummerċ u mill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta, li dawn l-entitajiet huma favur ir-regoli ġodda tas-salvagwardji ta’ prodotti tal-biedja lokali li ġew dikjarati mal-bdiewa, mar-raħħala u ma’ l-agro industrija matul l-elezzjoni ġenerali li għaddiet? Kif fil-fatt se taħdem din is-sena tas-salvagwardji tal-biedja lokali? Huwa l-każ li l-UE trid tapprova r-rakkmandazzjonijiet in kwestjoni li jsiru mill-awtoritajiet lokali kemm-il darba jinqala’ l-bżonn li jiġu applikati dawn is-salvagwardji msemmija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Aktar kmieni din is-sena u qabel din il-Leġislatura, l-GRTU, għan-nom ta’ l-importaturi tal-frott u ħxejjex, kitbet lil Ministru ta’ l-Agrikultura u s-Sajd biex tinfurmah li taqbel li jkun hemm miżuri ta’ salvagward biex jitħares l-għixien tal-bdiewa f’każ ta’ diffikulatjiet. Ma teżisti ebda korrispondenza minn entita’ oħra f’dan ir-rigward u m’hijiex etika li titpoġġa kopja ta’ korrispondenza ta’ organiżżazzjoni privata fuq il-Mejda tal-Kamra. Nista’ madankollu nikkwota parti mill-ittra tal-GRTU li ġiet murija fuq in-notice board tal-pitkalija bil permess tal-GRTU.
“B’dan l-arranġament il-GRTU qed taccetta li l-bidwi Malti jkun protett kontra kull importazzjoni li tagħmillu ħsara u b’hekk ikun jista’ jħares il-quddiem lejn vantaġġi li qabel ma kellux bħalhom filwaqt li jkun żamm il-protezzjoni li dejjem gawda”.
Fir-rigward tal-klawżola ta’ salvagward, miżuri protettivi jistgħu jiġu applikati wara li jitressaq il-każ lill-Kummissjoni Ewropea. Għal dan il-għan qed titfassal sistema ta’ monitoring ta’ prodotti biex jiġu evitati xi diffikultajiet għas-settur tal-biedja.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 73, jista' il-Ministru jinformani x'ħiliet, snajja', eċċ jirrikjedu l-5,152 impjieg li mistennija jiġu ġġenerati fil-fabbriki eżistenti? Liema huma l-fabbriki li joħolqu dawn il-5,152 impjieg?
Response (DALLI, JOHN)
L-impjiegi li huma mistennija li jinħolqu mill-proġetti li kienu approvati mill-bord tad-diretturi tal-Korporazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2000 sa l-31 ta’ Mejju 2003 huma mifruxin fuq għadd kbir ta’ snajja u profesjonijiet. Għalhekk inħolqot klassifikazzjoni li tagħti stampa ċara tal-livell ta’ preparazzjoni li jeħtieġu l-ħaddiema li ser jimlew dawn il-postijiet. Ir-riżultat ta’ dan l-eżerċizzju, li huwa msejjes fuq tagħrif mgħoti mill-kumpaniji stess, jidher fit-tabella mehmuża.
Minħabba raġunijet ta’ konfidenzjalità` il-BPA ma’ tippermettiex li jkunu mxandra l-ismijiet ta’ l-kumpaniji nvoluti.
Jista' il-Ministru jara li r-Rabat, Malta ikun jifforma parti mill-Mdina Rehabilitation Project? Jekk fl-affermattiv, jista' jalloka aktar flus fl-estimi tal-budget li ġej għar-Rabat Mdina Rehabilitation Project ħalli jkun jista' jibda x-xogħol fir-Rabat minn din is-sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li s-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant għadu qiegħed jiġi kkunsidrat. Fl-eventwalita' li jkun adottat, il-Kamra tkun informata.
Karozzi mixtrija/mikrija — Ministeru tal-Ġustizzja u Intern
Question
Kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm, jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern u d-Dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern? Kemm fil-fatt huwa n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm, jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru għal Għawdex u d-Dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru għal Għawdex? Kemm fil-fatt huwa n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni qed tinġabar u rrisposta tingħata f'seduta oħra.
Karozzi mixtrija/mikrija — Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura
Question
Kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm, jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura u d-Dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura? Kemm fil-fatt huwa n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-12 ta' April sal-lum inkrew jew inxtraw karozi kif ġej :
Kunsill Malti għall-Kultura u Arti : karozza mixtrija;
Sovrintendenza : karozza mikrija;
Heritage Malta : zewġ (2) karozzi mikrija.
Dan ifisser li n-numru ta' karozzi mikrija u mixtrija huma kif ġej :
Ministeru : waħda mixtrija u tnejn mikrija;
Dipartiment tal-Corporate Services (li jinkludi s-Sezzjoni taż-Żgħażagħ) :
tnejn mixtrija u waħda mikrija;
Kunsill Malti għall-Kultura u Arti : karozza mixtrija u erba' mikrija;
Sovritendenza : żewġ karozzi (waħda minnhom van) mixtrija u waħda mikrija;
Heritage Malta : ħames karozzi mikrijinħ
Kunsill Malti għall-Isport : karozza mikrija.