Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #1315 Sitting 33 2003-09-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjiegi fl-industrija ta' l-ikel

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 571 li saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u cioe' skond il-pjani tal-gvern għal wara s-sħubija, jista' il-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jiżdiedu jew jonqsu l-impjiegi fl-agro-industrija, l-industrija ta' l-ikel u ta' l-ipproċessar u tat-trobbija tat-tjur u l-bhejjem, xorb u tabakk? Kemm hu n-numru ta' ħaddiema u self-employed illum li jaħdmu ma' dawn l-industriji u kemm hu n-numru ta' koperattivi, fabbriki, kumpanniji, eċċ. attwali f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi sa l-aħħar ta' Frar 2003 in-numru ta' ħaddiema u dawk li jaħdmu għal rashom (self employed) 'full time', li kienu jaħdmu fl-agrikultura, ma' l-industrija ta' l-ikel, l-industrija tax-xorb u l-industrija tat-tabakk f'Malta u Għawdex separatament.

WSC/korporazzjoni Enemalta — Kontijiet pendenti

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 575 u cioe' kemm fil-fatt iż-żewg korporazzjonijiet ta' l-ilma u d-dawl għandhom jiġbru flus ta' kontijiet pendenti f'Malta u Għawdex separatament fil-preżent? Jista' jaqsam iċ-ċifra fi tnejn u cioe' kemm kummerċjali u kemm domestiku ? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2002, 2001, 2000,1999 u 1998?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #1317 Sitting 33 2003-09-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Xiri u kiri ta' karozzi ġodda

Question

Tista' il-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari 344 u cioe' kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru għal Għawdex u d-Dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru għal Għawdex? Kemm fil-fatt huwa n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-informazzjoni mitluba mill-onorevoli interpellant hija kif murija fit-tabella hawn taht:

Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment — Mobile phones

Question

Jistaż il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 414 u cioe' kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn il-Ministeru u l-Ufficcju tas-Segretarju Permanenti hemm 8 mobile phones. L-ispiża totali kienet ta' LM2125 inkluz spejjez kuntrattwali ta' kiri, li minnhom LM1823 tħallsu diġa filwaqt li l-bqija qed ikunu pporċesati.

Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment — Xiri u kiri ta' karozzi ġodda

Question

Jisa' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 350 u cioe' kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment u d-dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm hu n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dekasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment ?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Estimi — Budget 2004 - Baħrija - Dawl fit-toroq

Question

Jista’ il-Ministru jara li fl-estimi tal-Budget għas-sena 2004 jkunu vvutati l-flus sabiex tigi mdawla t-triq principali tal-Baħrija ?

Response (GATT, AUSTIN)

It-talba biex tiddawwal it-Triq prinċipali fil-Baħrija għandha tiġi kkonsidrata mill-Kunsill Lokali issa li saret id-Devoluzjoni tad-dawl tat-toroq.
Leg 10 PQ #1008 Sitting 32 2003-09-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Għajn Tuffieħa — Golden Bay

Question

Jista' il-Ministru jinformani bl-istħarriġ li għamel dwar l-ilmenti li ressaqt fis-seduta nru. 16 dwar il-bajja ta' Għajn Tuffieħa (Golden Bay)?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 902 (Seduta 31).
Leg 10 PQ #1310 Sitting 32 2003-09-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Ta' Qali — Crafts Village - public convenience

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 424 u cioe' jgħid għaliex minkejja li nbniet latrina ġdida fil-Crafts Village ta' Ta' Qali din għadha magħluqa għad-detriment tat-turisti li jkollhom jużaw il-latrina mibnija mis-servizzi Ingliżi fi żmien it-tieni gwerra? Meta nbniet il-latrina ġdida u kemm swiet?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

MDP — Importazzjoni ta' ħalib xkumat

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 83 u 569 u cioe' l-ħidma bl-akbar metikolosita' li saret, jista' il-Ministru jinformani kemm mill-521 tunnellata se jkun allokat għall-MDP, kemm għall-industrija ta' l-ikel u kemm għall-importaturi? Fid-dawl tal-ħidma bl-akbar metokolosita' li saret, jista' il-Ministru jinformani kemm attwalment jiġi mpurtat trab ta' ħalib xkumat mill-MDP, mill-industrija ta' l-ikel lokali u f'kompożizzjoni ma' prodotti mpurtati lesti? Jista' il-Ministru ġentilment jinformani skond it-tagħrif li għandu, kemm mill-521 tunnellata in kwestjoni se jkunu allokati għall-industrija ta' l-ikel, għall-MDP u għall-prodotti impurtati lesti li jkunu suġġetti ta' din il-materja prima?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li mgħandix xi nżid mar-risposti li tajt għal Mistoqsijiet Parlamentari 83 u 569.

Fabbrika ġdida tal-ħalib frisk

Question

Jista' il-Ministru jaġġornani dwar il-proġett tal-fabbrika ġdida tal-ħalib frisk? Din se tkun lesta qabel Mejju 2004 jew wara u fil-każ, meta hu maħsub li din tkun inbniet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li, wara li saru konsulenzi kemm ma’ esperti Ewropej kif ukoll ma’ esperti privati, ġie deciż li għas-snin li ġejjin tiġi upgraded il-fabbrika preżenti. Ix-xogħol diġa beda u huwa pprogrammat biex jitlesta is-sena d-dieħla.

Lukanda Verdala — Ħaddiema

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 577 u cioe' b'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi fil-Leġiżlatura li għaddiet dwar il-pagamenti dovuti lill-Ex Ħaddiema ta'l-Ex Lukanda Verdala għall pagi dovuti lilhom li ma' ġewx imħallsa, jista ' l-Ministru jaġġornani dwar is-sitwazzjoni u cioe' meta l-MDC u l-GWU se jifthemu sabiex jitħallsu l-pagamenti nkwistjoni lill-ħaddiema u b'hekk tissolva problema li ilha pendenti sa minn meta nxtrat il-lukanda mis-sidien attwali ? Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi rrispettat il-ftehim li kien hemm bejn il-GWU u l-ministru preċedenti li kien assigura lill-GWA li appena din tibgħat it-talba għall-pagamenti in kwestjoni, jitħallsu lura dawn il-pagi dovuti għal sigħat ta' xogħol li baqgħu ma tħallsux għalihom sal-lum il-ħaddiema in kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

L-Onororevoli Interpellant mhux qed jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi fil-mistoqsija tieghu. Jekk qed jirreferi għaż-żmien ta' qabel ma' l-MDC xtrat il-bini tal-lukanda Verdala permezz tas-subbasta, l-pożizzjoni hija eżattament kif deskritta fit-tweġiba għall-PQ Nru. 577. Jekk qed jirreferi għaż-żmien ta' wara li l-MDC xtrat il-bini tal-lukanda, ma jirriżultax li hemm xi arretrati ta' pagi li għadhom dovuta minn dak iż-żmien.

Medigrain — Importazzjoni ta' qmuħ

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 576 u cioe' jista' jgħid jekk il-Medigrain f'Mejju tas-sena d-dieħla hux se tkun eżenti mit-TARIC fuq l-importazzjoni tal-qmuħ u ċ-ċereali minn non EU ? Kemm fil-fatt huma t-tariffi u d-dazji li l-UE timponi fuq l-istati membri fuq materja prima mportata ta' din ix-xorta mportata minn non EU ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #902 Sitting 31 2003-09-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Għajn Tuffieħa — Golden Bay

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-ġebel fil-bajja ta' Golden Bay f'Għajn Tuffieħa ma tnaddafx peress li dan qed jikkawża inkonvenjent lill kull min jinżel fil-baħar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li għalkemm jidher li dan il-ġebel ilu hemm għal bosta snin, ser jittieħdu l-passi neċessarji biex fejn hu possibli, dan jitneħħa manwalment.

Għajn Tuffieħa — Tindif tal-bajja mill-bajja

Question

Jista' il-Ministru jara li titnaddaf il-bajja ta' Għajn Tuffieħa (Golden Bay) mill-ġebel li fiha peress li huwa ta' inkonvenjent u ta' periklu għas-saħħa tal-Maltin u tat-turisti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Rabat — Triq San Franġisk - Bozza

Question

Peress li l-bozza fi Triq San Franġisk, ir-Rabat Malta li tinsab iddawwal parti minn Triq G. Borg Olivier ilha maqtugħa għal dawn l-aħħar ġimgħat, jista' id-dipartiment konċernat jara li tissewwa mill-aktar fis possibbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-manutenzjoni meħtieġa saret fl-1 ta' Lulju 2003.
Leg 10 PQ #995 Sitting 31 2003-09-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Rabat — Għar Barka - Kuntratti tal-plots

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 259 u cioe' peress li l-kuntratti tal-plots tar-residenti f'Għar Barka r-Rabat ilhom sa mis-snin tmenin fuq konvenju u dan minkejja li ħafna residenti saħansitra xtraw iċ-ċens, jista' il-Ministru jara li ma titkompliex tittawwal din l-anomalija u jawtorizza r-riċerki, arranġamenti oħra eċċ sabiex isiru l-kuntratti? Jista' jassigurani li fi żmien qasir isir dan il-proċess u cioe' jibdew isiru l-kuntratti kif ilha x-xewqa tar-residenti għal dawn l-aħħar 20 sena?

Response (BORG, TONIO)

Waħda mill-prioritajiet li għandha t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern hija li tħallas is-sidien ta` proprjeta` privata li ttieħdet sabiex tiġi żviluppata bħala oqsma tad-Djar. Dan seta` ikun possibli biss permezz tal-Att XI ta` 2002 li ġie fis-seħħ fil-5 ta` Marzu ta` din is-sena. Dan l-Att jemenda l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta` Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi (Kapitolu 88). Mal-pubblikazzjoni tad-Dikjarazzjoni tal-President ta` Malta fil-Gazzetta tal-Gvern, il-Kummissarju tal-Artijiet isir il-proprjetarju assolut tal-art mingħajr ebda formalita` oħra u r-residenti ikunu jistgħu jersqu għal kuntratt mal-Awtorita` tad-Djar. L-Onorevoli Membru irid japprezza li din is-sitwazzjoni m`hiex biss f`Għar Barka, ir-Rabat imma tista` tgħid fl-oqsma kollha tad-Djar tal-Gvern f`Malta. Għaldaqstant it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern tkun tista` tagħmel dan meta ikollha il-fondi meħtieġa.

Malta — Unjoni Ewropea - Finanzi

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 55 u 254, jista' il-Ministru ġentilment jgħidli minn fejn se jiġu l-flus dovuti għall dawn l-ispejjeż ġodda b'riżultat ta' sħubija u li naturalment il-Gvern Malti se jkollu iżid fin-nefqa tiegħu wara sħubija?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm xejn x’wieħed iżid ma dak li diġa ingħata bħala risposta għall Mistoqsijiet Parlamentari numru 55 (Seduta 4) u 254 (Seduta 16).

Għar Żerrieħa — Rabat - Arblu tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari numru 258 u cioe' jara li jitpoġġa post ieħor l-arblu li hemm f' Għar Żerriegħa limiti tar-Rabat sabiex dan ma jkunx ta' periklu għall-bdiewa li jgħaddu mill-modijiet ta' l-inħawi? Jista' jara li dan isir u jiġi rranġat qabel ma jkun hemm xi inċidenti? L-arblu jinsab fejn ir-residenza tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament. Id-dettalji ta' persuna oħra midħla sew ta' dan il-post qed jintbagħtu separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Minn investigazzjoni li saret jirriżulta li hemm bżonn li l-arblu msemmi jiġi mċaqlaq. Dan ix-xogħol għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.

Proċessuri tat-tadam

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu f'sussidji ta' flus il-proċessuri tat-tadam lokali fuq it-tadam li xtraw mingħand il-bdiewa separatament? Kemm kienet il-produzzjoni f'Malta u Għawdex separatament u fuq kemm tmien ta' raba'?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sena l-oħra, is-sussidji fuq it-tadam tħallsu skond il-piż u mhux skond it-tmiem ta’ raba u kienu jammontaw kif muri fit-tabella t’ hawn taħt. Mis-sena d-dieħla, il-ħlas se jsir skond l-‘area’ ta’ produzzjoni u d-dettalji ta’ produzzjoni f’ Malta u f’ Għawdex se jinżammu separatament. Ninsab infurmat li b' kollox tħallsu l-ammont ta' Lm325,142.21 lil tliet proċessuri tat-tadam: Sussidju ta’ 5ċ / kg Magro Brothers Ltd. - Lm 176,052.30 (3,521,046 kg) Vernon Foods Manufacturing and Trading Ltd. - Lm 118,442.86 (2,368,857 kg) Farmers Foods Ltd. - Lm 30,647.05 ( 612,941 kg) Ma jinżammux figuri separati għall-produzzjoni ta' tadam għal Malta u Ghawdex iżda l-produzzjoni totali kienet ta' 6.5 miljun kilo.

Ministeri — Direct orders

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-limitu stabbilit ta' l-ammonti ta' flus għal direct orders li l-ministeri jistgħu japprovaw f'din il-Leġislatura? Kemm kien fil-Leġislatura l-oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Kemm f'din il-leġislatura kif ukoll fil-leġislatura li għaddiet, il-limitu stabbilit ta' ammonti ta' flus għal direct orders li l-Ministeri jistgħu japprovaw joħroġ mir-Regolament 11 ta' l-Avviż Legali 70 ta' l-1996, Regolamenti għal Provvisti fis-Servizz Pubbliku.