Legislature:
Category:
Reset
Active:

Produtturi taċ-ċanga friska — Ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' raħħala produtturi taċ-ċanga friska li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp f'Malta u Għawdex separatament? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn ir-raħħala?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li sa t-30 ta’ Settembru 2003, dan il-Ministeru ma rċieva l-ebda informazzjoni dwar xi ħsara f’ xi razzett taċ-ċanga friska kaġun ta’ l-aħħar maltemp li kellna fil-Gżejjer Maltin. Rigward Għawdex, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn Għawdex.

Sajjieda — Ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' sajjieda li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp f'Malta u Għawdex separatament? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn is-sajjieda?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm biss rapport wieħed ta' ħsara f' lanċa f' Malta, u rapport ieħor ta' ħsara f' impjant ta' l-akwakultura. Uffiċjal tat-Taqsima tal-Konservazzjoni u Kontroll tas-Sajd diġa mar jara l-ħsara.

Produtturi tal-ħalib frisk — Ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' raħħala produtturi tal-ħalib frisk li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp f'Malta u Għawdex separatament? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn ir-raħħala?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li, sa t-30 ta’ Settembru 2003, dan il-Ministeru ma rċieva l-ebda informazzjoni dwar xi ħsara minn xi raħħal produttur tal-ħalib frisk kaġun ta’ l-aħħar maltemp li kellna fil-Gżejjer Maltin. Rigward Għawdex, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn Għawdex.

Produtturi tal-fniek — Ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' produtturi tal-fniek li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp f'Malta u Għawdex separatament? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għal dawn ir-raħħala?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li, sa t-30 ta’ Settembru 2003, dan il-Ministeru ma rċieva l-ebda informazzjoni dwar xi ħsara minn xi raħħal produttur tal-ħalib frisk kaġun ta’ l-aħħar maltemp li kellna fil-Gżejjer Maltin. Rigward Għawdex nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn Għawdex.

Raħħala tal-moħoż u n-nħaġ — Ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' raħħala tal-mogħoż u ngħaġ li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp f'Malta u Għawdex separatament? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn ir-raħħala?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li, sa t-30 ta’ Settembru 2003, dan il-Ministeru ma rċieva l-ebda informazzjoni dwar xi ħsara minn xi raħħal tal-mogħoż u ngħaġ kaġun ta’ l-aħħar maltemp li kellna fil-Gżejjer Maltin. Rigward Għawdex nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn Għawdex.

Produzzjoni tal-ħaxix frisk

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkolat li naqset il-produzzjoni tal-ħaxix frisk lokali kawża tal-maltemp li seħħ matul l-aħħar jiem?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ma jidhirx li kien hemm xi tnaqqis sostanzjali fil-produzzjoni tal-ħaxix lokali b’ kawża tal-maltemp li seħħ fil-15 u s-17 ta’ Settembru li għadda.

Medigrain — Provvista ta' materja prima

Question

B'riferenza għad-deċiżjoni tal-Gvern li jagħlaq waħda mill-aktar kumpanniji tal-poplu li rendiet kemm mil-lat ta' profitt kif ukoll f'dak li huwa price stabilisation, jista' il-Ministru jassigura lill-Kamra li pajjiżna jibqa' ikun sostnut bis-sorsi tal-materja prima in kwestjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.

Qmuħ u ċereali — Importazzjoni

Question

B'riferenza għad-deċiżjoni tal-gvern li jagħlaq il-kumpannija Medigrain, jista' il-Ministru jispjega lill-Kamra kif l-importazzjoni tal-qmuħ u ċereali f'pajjiżna se tibqa' tkun waħda kompetittiva fix-xhur u fis-snin li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Provvisti ta' l-ikel — Sussidju

Question

B'riferenza għad-deċiżjoni tal-Gvern Nazzjoanlista li jagħlaq il-kumpannija tal-poplu Medigrain, jista' il-Ministru jinformani jekk hux se jkunu garantiti lill-poplu Malti u Għawdxi s-sussidji meħtieġa minn żmien għal żmien sabiex il-provvisti ta' l-ikel essenzjali bħal ħobż u dqiq u ikel tat-tjur u l-bhejjem jibqa' ikollhom prezzijiet li jifilħu għalihom il-bwiet tal-familji tal-ħaddiema?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Bdiewa — Ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdiewa li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp f'Malta u Għawdex separatament? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn il-bdiewa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li, sa t-30 ta’ Settembru, n-numru ta’ bdiewa li rre[istraw il-]sarat li kkaw`atilhom l-a]]ar maltempata f’Malta huwa 463. Rigward G]awdex nitlob lill-Onor. Interpellant jag]mel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn G]awdex. Rigward l-ispezzjonijiet, ninfurma lill-Onor. Interpellant li dawn di[a bdew isiru.

Produtturi tat-tjur — Ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' raħħala produtturi tat-tjur li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp f'Malta u Għawdex separatament? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet tad-Dipartiment tal-Biedja għand dawn ir-raħħala?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li, sa t-30 ta’ Settembru li għadda, kien hemm raħħal wieħed biss, produttur tat-tjur, li rrapporta ħsarat fir-razzett tiegħu. Rigward G]awdex nitlob lill-Onor. Interpellant jag]mel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn G]awdex. L-ispezzjoni mid-Dipartiment tal-Biedja f’dan ir-razzett ser issir fil-[ranet li [ejjin.

Produtturi tal-majjal — Ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' raħħala produtturi tal-majjal li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp f'Malta u Għawdex separatament? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn ir-raħħala?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninfurma lill-Onor. Interpellant li, sa t-30 ta’ Settembru li għadda, kien hemm raħħal wieħed biss, produttur tal-majjal li rrapporta ħsarat fir-razzett tiegħu. Rigward G]awdex nitlob lill-Onor. Interpellant jag]mel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn G]awdex. L-ispezzjoni mid-Dipartiment tal-Biedja f’dan ir-razzett ser issir fil-[ranet li [ejjin.

Bdiewa/raħħala/sajjieda — Għajnuna finanzjarja

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 861 u cioe' b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 89, jista' jinfurmani kemm kien in-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda separatament u jagħti l-ammonti separati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Spejjeż tas-safar

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown xahar b'xahar ta' l-ispejjeż tas-safar tal-Ministru, uffiċjali tekniċi , eċċ għall-oqsma tal-biedja, sajd, akwakultura u żvilupp rurali li jkopru l-ispejjeż ta' l-ajru, allowances u akkomodazzjoni minn Jannar ta' din is-sena sa Settembru ta' din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif jidher hawn that: Xahar Spiż a LM Jannar 1561 Frar 5172 Marzu 3282 April 7537 Mejju 9131 Ġunju 9800 Lulju 6798 Awwissu 2010 Settembru 11119 L-ispiża ta’ Settembru tinkludi ż-żjara tad-delegazzjoni fil-laqgħa tal-World Trade Organisation (WTO) fil-Messiku

Estimi — Budget 2004 - Rijabilitazzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista’ il-Ministru jaħseb sabiex fl-estimi tal-Budget għas-sena 2004 jkunu vvutati l-flus sabiex jiġu rijabiltati l-ħitan tas-sejjieħ mġarfa li hemm taħt is-swar ta'l-Mdina ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Għadhom qegħdin jinġabru dettalji tal-ħsarat kollha f'diversi inħawi ta' Malta, b'riżultat tal-maltempati bejn it-Tnejn 15 ta' Settembru u l-Erbgħa 16 ta' Settembru, 2003. Wara li tiġi analiżżata l-ħsara jittieħdu d-deciżjonijiet x'għandu jsir.

Estimi — Budget 2004 - Rijabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa

Question

Jista’ il-Ministru jaħseb sabiex fl-estimi tal-Budget għas-sena 2004 jkunu vvutati l-flus meħtiega għat-tkomplija tal-fażijiet kollha tal-proġett ta' rijabiltazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Dan il-Ministeru għandu diversi prijoritajiet biex niżguraw li l-biedja ġewwa Malta tkompli tiżviluppa. Ix-xogħol fuq Wied il-Qlejgħa, għalkemm mhux fil-lista ta’ prijorita’ f dan il-mument, ser jitkompla fil-ħin opportun.

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — UE

Question

Jista’ il-Ministru jinfurmani liema huma l-Uffiċjali tad-Dipartiment ta'l-Agrikoltura li se jirraprezentaw lill-pajjiżna fil-kumitati kollha tal-Biedja ta'l-UE wara Mejju ? X'aġenda u x'se jkunu t-targets ewlenin ta' dawn l-uffiċjali f'dawn il-kumitati ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li nħarġet cirkulari mill-Ufficcju tal-Prim Ministru biex jiġu ngaġġjati mis-Servizz Pubbliku 4 Technical Attaches għal dan il-Ministeru. Dawn ser jattendu għal laqgħat tal-kumitati fil-biedja u affarijiet veterinarji, sajd u ambjent. Xogħolhom ser ikun li jittrasmettu lill-ufficjali ġewwa Malta dak li hu ta interess dirett għal pajjiżna. Il-pożizzjoni ta’ pajjiżna tittieħed wara konsultazzjoni mat-teknici fil-Ministeru u jekk ikun hemm bżonn mal-partijiet ikkoncernati.
Leg 10 PQ #1454 Sitting 34 2003-09-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Estimi — Budget 2004 - Xiri ta' X Ray machine

Question

Jista’ il-Ministru jaħseb sabiex fl-estimi tal-Budget għas-sena 2004 jkunu vvutati l-flus meħtiega għax-xiri ta' X Ray machine għaċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat Malta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-estimi għal Budget tas-sena 2004 għadhom qed jiġu ippreparati.
Leg 10 PQ #1455 Sitting 34 2003-09-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Art Agrikola — Irzizet - UE - Bdiewa

Question

Jista’ il-Ministru jinfurmani wara sħubija ta' Malta fl-UE x'se tkun il-pozzizjoni eżatta ta' l-art Agrikola u ta'l-Irzizet li llum jokkupaw l-bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin fil-gżejjer tagħna ? Il-kirjiet tar-raba, ċnus tar-raba, qbila tar-raba se jogħlew wara Mejju li ġej ? Wara Mejju li ġej, pajjizna se jaġġorna ma' forom ġodda ta' applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' l-artijiet u l-irzizet tal-biedja ?

Response (BORG, TONIO)

It-titolu fuq raba, u awmenti ta` qbiela huma regolati bil-liġi dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba li se tibqa` fis-seħħ anki wara l-1 ta` Mejju, 2004.