Jista l-Ministru jinfurmani kemm swew ix-xogħlijiet li saru s’issa fil-by pass ta' l-Imtarfa? Kemm tħallsu f'pagamenti? Meta tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu ? Kemm huwa stmat li se jiswew ix-xogħlijiet li fadal f'din il-by pass ? Meta fil-fatt bdew ix-xogħlijiet u meta huwa maħsub li jiġu finalizzati ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Il-ħlasijiet qed isiru max-xogħol hekk kif kull biċċa mix-xogħol titlesta. L-ewwel fażi ta' dan il-proġett bdiet f'Awissu ta' l-1999 u x-xogħol kollu hu maħsub li jitlesta s-sena d-dieħla.
X'ġara mit-talbiet li l-kunsill lokali tar-Rabat ressaq lill-Ministeru u jew lid-Dipartimenti li jaqgħu taht il-Ministeru sabiex jiġu rranġati t-toroq partikolari fil-lokal ? Liema huma t-talbiet li tressqu, kemm ġew milqugħa u x’xogħlijiet saru fuqhom? Liema għadhom pendenti u liema ma ġewx milqugħa ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li dan l-aħħar fir-Rabat saru Triq il-Mużew u Triq il-Wesa tal-Mużew kif ukoll saru Triq il-Kapella l-qadima, Triq il-Girna, Triq il-Qastan, N/S in Triq il-Lewż, Triq Patri Tumas u Triq Saverin Bianco fil-Baħrija.
Sar ukoll ftehim bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Kunsill Lokali tar-Rabat sabiex dan jagħmel Triq il-Kulleġġ, Triq Santu Wistin, Triq Doni (l-qadima), Triq San Martin, Triq Emanuele Vitale, Triq il-Mitħna, Triq Bir ir-Riebu, Triq San Katald, Pjazza San Pawl u l-Museum Esplanade minn fondi tiegħu bil-patt li dawn l-ispejjeż jitħallsu lura mill-Awtorita' f'perjodu ta' tliet snin.
Fil-preżent l-Awtorita' dwar it-Trasport flimkien mal-Kunsill Lokali tar-Rabat identifikaw Triq l-Iskola, Triq tan-Namra u Triq Raddet ir-Roti li ġew inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq u x-xogħol fihom isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.
Jista' il-Ministru jinformani min kienu l-kumpanniji ta' l-iproċessar tat-tadam li tħallsu f'isem il-bdiewa minkejja li ppreżentawx id-dokumenti tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 2362.
Jista' il-Ministru jinformani fuq liema bażi bdiewa u kumpanniji li marru kontra l-proċeduri dikjarati mill-gvern fir-rigward tas-sussidji tal-biedja tħallsu xorta waħda għas-sussidju tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-Mistoqsija Nru. 2362
Jista' il-Minsitru jinformani x'poteri għandu s-segretarju permanenti tal-ministeru biex jinjora r-regolamenti dikjarati mill-gvern dwar is-sussidju tal-bdiewa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Mill-informazzjoni li għandi, l-asserzjoni tal-Onor. Interpellant hija skorretta u bla bażi. Ma jirriżultalix li s-Segretarju Permanenti injora xi regolamenti dikjarati mill-Gvern dwar is-sussidju lill-bdiewa. Jien infurmat li s-Segretarju Permanenti anzi dejjem insista li r-regoli jiġu applikati għal kulħadd bla distinzjoni.
B'riferenza għat-Lm8 miljun li tħallsu għar-ristrutturazzjoni tas-settur tal-biedja, jista' il-Ministru jinformani kemm minn dawn il-flus intnefqu għar-ristrutturar u kemm biex jorħsu l-prezzijiet tal-konsumaturi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jista’ l-Onor. Interpellant igħid minn fejn ġab din iċ-ċifra ta’ Lm8 miljun?
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li ġew imwaqqfa? Kemm xtraw prodotti, x'varjeta' u xi prezzijiet ħallsu lill-bdiewa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninfurma lill-Onor. Interpellant li qegħdin fi proċess avvanzat biex titlesta l-liġi li biha ser jiġu rrikonoxxuti l-għaqdiet ta’ produtturi.
Produtturi tal-biedja — Twaqqif ta' organizzazzjonijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet għat-twaqqif ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li rċieva d-dipartiment tal-biedja sal-lum? Kemm ġew approvati u kemm għadhom pendenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 2367.
WTO — Laqgħat f'Cancun li attenda għalihom il-Gvern Malti
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1731, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hi t-tariffa u d-dazju fuq il-prodotti in kwestjoni ġaladarba l-Unjoni Ewropea mhux se tneħħi dawn il-kontrolli wara sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea f'Mejju 2004?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kategoriji ta' prodotti msemmija fill-mistoqsija parlamentari 1731, jiġifieri vegetable oils and fats, ikopru numru estensiv ta' prodotti differenti. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant li informazzjoni dettaljata fuq id-dazji li jitħallsu fuq dawn il-prodotti mpurtati fl-Unjoni Ewropeja tinstab fit-TARIC li hija aċċessibbli mill-Website http://europa.eu.int/comm/taxation_customs/databases/taric_en.htm
WTO — Laqgħat f'Cancun li attenda għalihom il-Gvern Malti
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1732, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hi t-tariffa u d-dazju fuq il-prodott inkwestjoni ġaladarba l-Unjoni Ewropea mhux se tneħħi dawn il-kontrolli wara sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea f'Mejju 2004?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kategoriji ta’ prodotti msemmija fill-mistoqsija parlamentari 1732, jiġifieri vegetables and fruits, ikopru numru estensiv ta’ prodotti differenti. Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li informazzjoni dettaljata fuq id-dazji li jitħallsu fuq dawn il-prodotti impurtati fl-Unjoni Ewropeja tinstab fit-TARIC li hija accessibli mill-Website http://europa.eu.int/comm/taxation_customs/databases/taric_en.htm
Jista' il-Ministru jara li ssir spezzjoni fil-Wied tal-Ħemsija bejn ir-Rabat, l-Imtarfa u Ħ'Attard, mid-dipartiment tal-biedja ħalli wara jiġi rrapportat lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jitnaddaf dan il-wied?
Billi fil-preżent il-ħmieġ li jinsab fil-wied in kwestjoni qed jikkawża problemi lill-bdiewa fl-inħawi, jista' jara li l-każ jiġi trattat b'urġenza?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Saret spezzjoni minn uffiċjal tad-Dipartiment ta’ l_Agrikultura u jien infurmat li diġa sar xi xogħol ta’ tindif tal-wied fuq in-naħa tal-Infetti. Se jittieħdu passi neċessarji mal-Ministeru kkonċernat biex Wied Ħemsija jiġi inkluż max-xogħolijiet oħra ta’ tindif tal-widien.
Jikkonferma l-Ministru jew jiċħad li tħallas sussidju ta' flus fuq 7,000 kilo tadam għall-iproċessar lill-bdiewa unknown?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li kull sussidju tħallas wara li awdituri privati ċċertifikaw li l-bdiewa kienu rreġistrati u t-tadam li nxtara mill-proċessuri kien fil-fatt ipproċessat.
Jirriżultalu l-Ministru li bdiewa li ma mlewx il-formolarju neċessarju għas-sussidju tat-tadam għall-iproċessar tħallsu xorta waħda minkejja li nkisret din il-kondizzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Ministeru tal-Biedja w Sajd kien qabbad awdituri privati biex jiċċekkjaw il-proċeduri kollha kkonċernati mal-ħlas ta' dan is-sussidju. Fejn il-Ministeru ma kienx sodisfatt dwar id-dokumentazzjoni, dawn l-awdituri intalbu speċifikament biex jiġbru l-informazzjoni kollha meħtieġa u biex jiċċertifikaw li din l-informazzjoni, li fuqha jinħadem is-sussidju, kienet korretta. Kien biss meta l-Ministeru kien sodisfatt dwar dan li l-ħlas tas-sussidju ġie approvat.
B'referenza għal-laqgħat tad-WTO li l-Gvern Malti attenda f' Cancun u l-eventwalita' li pajjiżna se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea wara Mejju li ġej, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra x'impatt se jkollhom fuq il-kompettivita' ta' pajjiżna l-kontrolli tat-tariffi u dazji ġodda fuq il-materja prima ta' l-ikel u xorb li pajjiżna se jkollu jdaħħal minħabba li l-UE ma neħħietx dawn il-kontrolli li kienet wegħdet li se tneħħi f'dawn il-laqgħat tal-WTO?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ta' min wieħed ifakkar li fin-negozjati li Malta kellha mal-Unjoni Ewropeja u li ntemmu f’Diċembru li għadda, kien intlaħaq ftehim li bih jiġu ssussidjati il-prezzijiet ta’ xi prodotti impurtati u li mhumiex prodotti lokalment, bħal ma huwa z-zokkor, cereali, prodotti tad-tadam nofshom maħduma u xi prodotti tac-ċanga u ħalib.
Barra minn hekk l-Unjoni Ewropeja tħaddem sistema ta’ refunds relatati ma’ l-uzu ta’ ċertu materja prima użata fil-manifattura ta’ prodotti proċessati li wara jiġu esportati lejn pajjiżi li mhumiex membri. L-istati Membri ta L-UE huma intitolati li jibbenefikaw minn dawn l-iskemi.
Malta ser tibbenefika minn dawn iz-żewġ skemi u dan jibqa jgħodd anke fil-kuntest tan-nuqqas ta' ftehim li ġie reġistrat f’Cancun.
B'referenza għal-laqgħat tal-WTO li l-Gvern malti attenda f'Cancun u l-eventwalita' li pajjiżna se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea wara Mejju li ġej, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra x'impatt se jkollhom fuq il-kompettivita ta' l-Industrija tat-Turiżmu l-kontrolli, it-tariffi u dazji ġodda fuq il-materja prima ta' l-ikel u x-xorb li suoppost l-UE kienet mistennija tiddikjara li se tneħħi f'dawn il-laqgħat tal-WTO?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-laqgħat li l-Gvern Malti attenda f'Cancun kienu mnedija mill-World Trade Organisation u mhux mill-World Tourism Organisation.
Ghaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'referenza għal-laqgħat tad-WTO li l-Gvern Malti attenda f'Cancun u l-eventwalita' li pajjiżna se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea wara Mejju li ġej, jista' il-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'impatt se jkollhom fuq l-impjiegi u l-pagi tal-ħaddiema l-kontrolli tat-tariffi u dazji ġodda fuq il-materja prima ta' l-ikel u xorb lissa li pajjiżna jrid idaħħal wara sħubija kawża tal-falliment fil-laqgħat tad-WTO?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1721 f’Seduta Numru 43.
B'referenza għat-tweġiba preċedenti tal-Ministru li kull kumpanija tista' tagħmel ix-xogħol tal-Medigrain, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex minkejja li l-Gvern iddikjara li l-għeluq ta' din il-kumpannija, il-Medigrain dan ix-xahar għamlet ordni sabiex tkompli timporta aktar qmugħ u ċereali?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Medigrain bħala kumpanija għadha ma għalqitx l-operat tagħha għaliex għadu ma ġiex liberaliżżat is-suq. Il-Medigrain pero' għalaq dik il-parti tal-operazzjoni li tinvolvi stokkaġġ ta' ċereali u bi preparazzjoni għal meta dan isir.
Sadattant, il-Medigrain għada timporta stante li hija, sa llum, l-unika entita' li għandha liċenzja biex timporta.
Jista' il-Ministru jassigura lill-Kamra u lill-poplu fid-dawl tal-fatt li l-Gvern iddeċieda li jagħlaq il-Medigrain, il-prezzijiet tas-sorsi li storikament importat mhux se jogħlew b'riżultat ta' din id-deċiżjoni tal-Gvern Nazzjonalista?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1812, jista' il-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa tal-flights, akkomodazzjoni, allowances, eċċ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Fil-każ tas-safar hemm rata stabbilita ta’
subsistence allowance
li tkopri l-akkomodazzjoni, ikel, eċċ. Din ir-rata tvarja skond il-pajjiż u jekk l-uffiċjal ikunx intitolat għal
class ‘A’
jew
‘B’
. Normalment, l-uffiċjali jingħataw
subsistence allowance
u allura ma tinżammx informazzjoni separata ta’ nfiq fuq akkomodazzjoni, ecc. Ta’ min jgħid li f’ numru ta’ każi, l-ispejjeż tas-safar ikunu ffinanzjati jew mgħejjuna mill-organizzazzjoni ta’ barra bħal ma hija t-
Technical Assistance Information Exchange Office
(TAIEX).
Kien hemm okkażjonijiet fejn uffiċjali li skond l-entitlement setgħu vvjaġġaw club class għażlu li jsiefru economy biex l-ispiża tonqos.
Xahar
Allowance / Akkomodazzjoni
LM
Spiż
a tal-Flights
LM
Jannar
512
1049
Frar
2492
2680
Marzu
2189
1094
April
4772
2765
Mejju
4630
4501
Ġunju
5345
4455
Lulju
3169
3629
Awwissu
1372
639
Settembru
5518
5601