Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bdiewa — Sussidju għall-bini ta' ġwiebi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'ussidju lill-bdiewa għall-bini ta' ġwiebi ġodda f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li f’ dan il-perjodu ma ġewx mogħtija sussidji lill-bdiewa għal bini ta’ ġwiebi ġodda.

Bdiewa — Sussidju għall-bini ta' agriculture stores

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'sussidju lill-bdiewa għall-bini ta' agriculture stores ġodda f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li f’ dan il-perjodu ma ġewx mogħtija sussidji lil-bdiewa għal bini ta’ agricultural stores’ ġodda.

Bdiewa — Sussidju għal xiri ta' makkinarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'sussidju lill-bdiewa għal makkinarji bħal tractors f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li f’ dan il-perjodu ma ġewx mogħtija sussidji lill-bdiewa għal makkinarju bħal ‘tractors’.

Fabbriki — Impjiegi ġodda

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 73 u 2332, jista' il-Ministru jinformani x'ħiliet, snajja', eċċ jirrikjedu l-5,152 impjieg li mistennija jiġu ġġenerati fil-fabbriki eżistenti? Liema huma l-fabbriki li joħolqu dawn il-5,152 impjieg? Jista' jinformani jekk il-mira ta' 5,152 impjeg ġdid skond it-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 73 u 403 intlaħqietx?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħiliet, snajja, etc li huma mistennija jiġu ġġenerati mill-fabbriki eżistenti ġew mgħoddija lil din il-Kamra fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 403, Seduta Numru 21. Fir-rigward ta’ l-impjiegi ġodda li ġew krejati qed ngħaddi t-tabella kif ġej: Projected Employment New Jobs Created 2000 - 2003 1,807 2000 - Ottubru 2003 443 (jinkludu 47 p/t) 2001 - 2004 1,645 2001 - Ottubru 2003 529 2002 - 2005 1,318 2002 - Ottubru 2003 301 (jinkludu 9 p/t)

WTO — Tariffi/dazji ġodda

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2107 u għall-materja prima ta' l-ikel li ma nipproduċux lokalment, jista' il-Ministru jinformani jekk is-sussidji in kwestjoni sabiex ma jkunx hemm effett fuq il-kompetittivita' ta' pajjiżna japplikawx ukoll sabiex ikopru spejjeż fuq il-prodotti kawżati mill-kontrolli ta' kwoti, dazji u tariffi meta importati f'pajjiżna bil-prezzijiet kompetittivi ta' swieq internazzjonali u cioe' mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-UE?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa kellna l-okkażjoni naffermaw fir-risposta tagħna għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2107, l-Unjoni Ewropeja tħaddem sistema ta' refunds relatati mal-użu ta' ċertu materja prima użata fil-manifattura ta' prodotti proċessati esportati lejn pajjiżi li m’humiex membri ta l-Unjoni. Din l-iskema hi intiża biex tnaqqas il-prezzijiet ta' dawk il-prodotti agrikoli li jeħtieġu protezzjoni temporanja sakemm jintlaħaq livell ogħla ta' kompetittivita fil-produzzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropeja. B’hekk, waqt li jingħata nifs lil dawk is-setturi agrikoli li jeħtieġu l-protezzjoni, ma titnaqqarx il-kompetittivita ta' l-industrija ta' l-ipproċessar ta' l-ikel ta' l-Unjoni fuq is-suq internazzjonali.

Importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel — Sussidju

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2107 separatament mill-qmuħ u ċ-ċereali, jista' il-Ministru jagħti breakdown sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin ta' kemm swew f'sussidji ta' flus lill-gvernijiet Maltin is-sussidji fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u tal-materja prima ta' l-ikel kollha li ma nipproduċux lokalment bħala laħam aħmar, zokkor, dairy products, eċċ.?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li nformazzjoni dwar kemm hu s-sussidju li tagħti l-Unjoni Ewropeja fuq esportazzjoni ta’ prodotti ta’ l-ikel u tal-materja prima tal-ikel jista’ jinkiseb mill-website: http://europa.eu.int/comm/taxation_customs/dds/cgi-bin/tarchap?Lang=EN Minn din il-website, jista’ jinġabar ukoll tagħrif dwar kemm kienu dawn is-sussidji f’dawn l-aħħar ħames snin.

Ministeru għall-Affarijiet Rurali — Spejjeż tas-safar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2234, jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispejjeż għal kull delegazzjoni u ta' kull seminar, diskussjoni, attivita', eċċ. li pparteċipaw fiha l-uffiċjali li siefru u min kienu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li wara xi aġġustamenti li saru fiċ-ċifri li ngħataw għall-mistoqsijiet Parlamentari Nru 1662 u 2234 (Jannar - Settembru 2003), in-nefqa fuq spejjeż ta' safar hija kif qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta' min jgħid li aġġustamenti fiċ-ċifri jsiru meta, per eżempju jiġu ppreżentati 'credit notes' mill-Air Malta fuq l-ispiża tal-biljetti ta' l-ajru, jew jiġu ppreżentati xi rċevuti ta' spiża addizzjonali minn xi uffiċjali tad-Delegazzjoni.

Ministeru għall-Affarijiet Rurali — Spejjeż tas-safar

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1812 u 2234 u cioe' jista' il-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa tal-flights, akkomodazzjoni, allowances, eċċ? Jista' jaġġorna t-tweġiba tiegħu u jinkludi x-xahar ta' Ottubru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li nagħtat għall-mistoqsija parlamentari numru 2596.

Broilers — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jinformani meta ntlaħqu l-arranġamenti sabiex karkassa tal-broilers tiġi sussidjata għall-piż ta' 1.3 kilos irrispettivament minn kemm tkun tiżen? Meta ġew diskussi u ma' min intlaħqu dawn l-arranġamenti tas-sussidji?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-kriterji li fuqhom jitfasslu s-sussidji kienu proposti u stabbiliti mill-uffiċjali tekniċi tal-Ministeru, taħt id-direzzjoni tad-Direttur Ġenerali ta' l-Ikel u l-Affarijiet Veterinarji skond it-termini tal-ftehim ma' l-Unjoni Ewropeja, skond statistika uffiċċjali u skond parametri ta' kontabilita'. F'dan ir-rigward inħarġet ċirkulari datata 27 ta' Ottubru 2003 fejn hemm indikat mid-Direttur Ġenerali kif is-sussidji għas-sena li ġejja fis-settur tat-tjur għandu jitħallas.

Rabat — Triq Kola Xara - Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku

Question

Peress li l-anzjana residenti f'fond nru. 2, Triq Kola Xara, Rabat kellha tmur tgħix ma' tifla tagħha minħabba li s-servizz tal-provvista tad-dawl fir-residenza tagħha qed ikun sospiż regolarment, jista' il-Ministru jinvestiga u jawtorizza mmedjatament li jsiru t-tiswijiet meħtieġa? L-anzjana tista' tiġi kkuntattjata fuq in-numru tat-telefon li qed jintbagħat separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-manutenzjoni meħtieġa saret.
Leg 10 PQ #2443 Sitting 54 2003-11-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat — Xiri ta' X-Ray Machine

Question

Jista l-Ministru jaggornani dwar PQ 109 u cioe’ meta se tinxtara X-ray machine ġdida għaċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, ħalli l-eluf ta' residenti fir-Rabat, Mtarfa, Baħrija, Landrijiet, Mtaħleb, Kunċizzjoni, Nigret, Tal-Virtu’, Buskett, Ħad-Dingli, eċċ, mill-ġdid jibda jkollhom is-servizz ta’ l-X-ray wara li ilu wieqaf miċ-Ċentru ta' saħħa għal dawn l-aħħar tliet snin ? Jista’ l-Ministru jara li din it-talba li jien qed inressaq f’isem ir-residenti tiġi milqugħa bla aktar telf ta' żmien ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

M'għandix x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 109 datata 23/06/2003, ħlief li mill-eluf ta' residenti li qiegħed tirreferi għalihom kien hemm 1109 li ħadu X ray ġewwa l-Mosta mit-22 ta' Jannar 2002, sa l-aħħar ta' Ottubru 2003.
Leg 10 PQ #2526 Sitting 54 2003-11-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Technical Attaches — MPO Circular 85/2003

Question

Kemm kien in-numru ta' applikanti li wieġbu għas-sejħa MPO Circular 85/2003 għal technical attaches and researchers sabiex iservu fil- Mission ta' Malta fi brussel fl-oqsma tas-Sajd, Agrikoltura, Veterinarji u Ambjent Rurali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi skond kif hemm provdut fil-paragrafu 9 ta’ l-imsemmija Ċirkulari, l-applikazzjonijiet saru direttament lill-Ministeru konċernat. L-Onorevoli Interpellant mitlub għalhekk li jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ta’ l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.
Leg 10 PQ #2578 Sitting 54 2003-11-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Persuni jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jagħti break down lokal b'lokal separatament f'Malta, tan-numru ta' persuni li fil-preżent qed jirreġistraw għax-xogħol sija fuq part one u part two?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.

Tenders — Medigrain

Question

Jista' il-Ministru jagħtini breakdown sena b'sena ta' minn ħadhom u f'liema ħinijiet ġew reġistrati t-tenders li ħarġu mill-Medigrain matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress illi r-risposta għal din il-mistoqsija tirrekjedi volum kbir ta' xogħol, sakemm l-Onorevoli Interpellant ma jispjegax l-importanza tagħha ma narax skop għala għandha tingħata.

WTO — Tariffi/dazji ġodda

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2107, jista' il-Ministru jagħtini breakdown ta' kemm minn dawn is-sussidji se jiġu ffinanzjati mill-UE u kemm se jiġu ffinanzjati mill-Gvern Malti prodott prodott, sew f'materja prima u sew meta l-prodott ikun applikat bħala kompożizzjoni separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għar-rigward ta' l-iskema ta' refunds mħaddma mill-Unjoni Ewropeja, wieħed jirrimarka li għaddejjin preparattivi bejn il-Kummissjoni Ewropeja u l-pajjiżi membri u dawk resqin għal-sħubija biex jiġi stmat il-valur ta' budget neċessarju biex jitħallsu r-refunds dovuti mill-Kummissjoni. Naturalment, dan l-ammont jiġi stmat fuq xejriet ta' kummerċ ta' kull pajjiż fl-Unjoni ma' pajjiżi barra mill-istess Unjoni. Għar-rigward ta' l-iskema li l-Gvern Malti nnegozja ma' l-Unjoni Ewropeja fil-kuntest ta' l-SMPPMA, għaddejjin l-preparamenti neċessarji biex jiġi stabbilit l-ammont neċessarju għat-tħaddim ta' dan il-ftehim. Dawn il-preparattivi għaddejjin fil-kuntest tal-ħidma tal-Gvern biex jippreżenta l-estimi finanzjarji għas-sena 2004 fil-Kamra tad-Deputati.

Dipartiment tal-Housing

Question

Jista’ l-Vici Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali jinfurmani dwar x'progress sar fuq it-talba lid-Dipartiment tal-Housing tal-familja mill-Għargħur li r-referenza tagħha qed tintbagħat separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili.

Rabat Malta — Bozoz - Toroq

Question

Jista’ jiġi nvestigat il-każ li jirrigwarda l-bozza f'2, Alley 2, Triq il-Kulleġġ, Rabat Malta, fejn minkejja li saru diversi rapporti u twettqu diversi xogħlijiet sabiex tinxtegħel, din il-bozza għadha ma mxtegħlitx? Peress li l-anzjani ta' l-isqaq qed isibu inkonvenjent kontinwu, jista’ l-Ministru jara li immedjatament tissewwa?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa saret fit-30.10.03.
Leg 10 PQ #2439 Sitting 53 2003-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Primarji u sekondarji — Safety officers

Question

Kemm kien in-numru ta' rapporti li ressqu s-safety officers fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-gvern minn Jannar sal-lum? F’liema skejjel f'Malta u Għawdex separatament ? Kemm minnhom ġew milqugħa u saru x-xogħlijiet u f’liema skejjel u kemm għadhom pendenti u fliema skejjel ?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li l-Health and Safety Teachers fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-Gvern, li, minbarra numru ta’ lezzjonijiet taghhom, ghandhom l-inkariku li jippromwovu l-elementi ta’ sahha u sigurta` fl-iskejjel, ressqu dawn it-talbiet : Malta Għawdex Primarji 66 11 Sekondarji 31 2 Informat ukoll li l-problemi indikati jiġu indirizzati fuq direzzjoni tal-Perit tad-Dipartiment. Uħud mix-xogħolijiet saru mis-sezzjoni tal-Maintenance tad-Diviżjoni, waqt li oħrajn jigu indirizzati mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada. Id-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni issegwi dan il-proċess li hu kontinwu.

Mtarfa By Pass — Dawl fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jaġġornani dwar it-talba tiegħi permezz ta' PQ 1450 rigward dawl adegwat fl-Mtarfa By Pass u dwar it-talba permezz ta' PQ 1449 sabiex tiddawwal it-triq prinċipali tal-Baħrija l/o Rabat? Jista’ l-Ministru jara li din it-talba li jien qed inressaq f’isem ir-residenti tiġi milqugħa bla aktar telf ta' żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm ebda tibdil minn meta tajt it-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 1450 u 1449 sal-lum.