Jista’ l-Ministru jinfurmani x'xogħlijiet ta' restawr saru fil-ġonna tal-Buskett minn Jannar ta' din is-sena ’l hawn u kemm swew flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fl-aħħar xhur saru xi xogħlijiet fuq ħitan tas-sejjiegħ mill-ħaddiema tal-Environmental Landscape Consortium. Dan ix-xogħol ma jiffurmax parti mill-kuntratt tax-xogħol li ngħata lill-Konsorzju, iżda l-ħaddiema tqabbdu jagħmlu dawn ix-xogħlijiet minflok tħallew jitlajjaw. Dan ix-xogħol sar fil-ħin normali tax-xogħol ta’ dawn l-istess ħaddiema. Bħalissa għaddejjin ukoll xogħlijiet oħra fuq ħitan tas-sejjiegħ.
Separatament mill-ispejjeż ta’ l-overtime, benefiċċji u pagi tal-ħaddiema tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura li marru mal-Konsorzju, jista’ d-Dipartiment jagħtini breakdown tal-flus li ntefqu s’issa mindu twaqqaf il-konsorzju ? Kemm minn dawn l-ispejjeż tħallsu ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-ispejjeż li tħallsu s' issa għal xogħol iċċertifikat lill-kuntrattur imqabbad mill-Gvern, iġifieri lill-Environmental Landscapes Consortium Ltd, ilaħħqu Lm3,445,318 eskluż il-VAT.
Kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 892 L-ispiża totali tinqasam kif ġej :
i. Manutenzjoni
Il ħlas għall-manutenzjoni isir fuq rata ta’ ‘
manday basis
’ li hija ‘
all inclusive
’, jiġifieri tinkludi pagi, salarji, ‘
bonuses
’, ‘
overtime
’ materjal, inġenji, tgħamir, spejjeż oħrajn (
overheads)
u qliegħ (
profit).
S’ issa tħallsu Lm 2,673,402 fuq manutenzjoni.
ii. Proġ
etti
Il-proġetti jitħallsu kemm a bażi ta’ materjal pprovdut, kif ukoll għall-pagi, salarji, ‘
bonuses
’ etc.
S’ issa tħallsu Lm 454,795.68 għal materjal pprovdut u Lm 317,120.32 għall-pagi.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji taċ-ċertifikati ta’ l-analiżi xjentifika li saret fil-laboratorji lokali u/jew esteri ta' dawn il-prodotti sabiex ikun magħruf il-livell organiku tal-produzzjoni agrikola li ntlaħaq fuq dawn il-prodotti partikolari fil-gżira ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li lMinisteru għal Għawdex m'għandux ċertifikati ta' analiżi xjentifika li għalihom għamel referenza lOnorevoli Nterpellant.
X'upgrading sar minn Jannar ’l hawn fil-pitkalija ta' Għawdex u kemm sewa flus ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li filpitkalija ta' Għawdex ġiet installata Local Area Network bilgħan li ssistema Pitkali Markets Marketing System tkun tista' titħaddem direttament minn ġolPitkalija. Dan inNetwork ikopri wkoll ilBiċċerija u lCold Stores.
X'upgrading sar minn April ta' din is-sena ’l hawn fil-pixkerija u kemm sewa flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ġie ffinalizzat il-programm elettroniku tal-Fish Marketing Accounting System (FMAS) li jieħu ħsieb ix-xiri u l-bejgħ tal-ħut. Dan il-programm ser jiġi ppruvat proporju fil-gimgħat li ġejjin, u sewa Lm 1,681.80.
Inħarġet ukoll it-tender biex jiġu upgraded żewġ imħażen biswit il-Cold Stores sabiex jiġu mibdula fi Crates Disinfection Depot. Dan it-tender qed jiġi aġġudikat.
X'upgrading sar minn April ta' din is-sena ’l hawn fit-Torri ta' San Luċjan u kemm sewa flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ġiet iffinaliżżata l-Catch & Effort Data Collection System li tinvolvi il-ġbir ta’ informazzjoni fuq il-qabda tal-ħut għad-dgħajjes ta’ taħt l-għaxar (10) metri.
Beda x-xogħol biex jiġi żviluppat pjan ta’ Biological Sampling għar-riżorsi marini kummerċjali. Ġie ffinalizzat pjan ma’ istitut tekniku xjentifiku ta’ Mazzara del Vallo biex, flimkien mad-Dipartiment tal-Bijoloġija fi ħdan l-Università ta’ Malta, isiru is-surveys ta’ tkarkir neċessarji. Minn April sal-llum saru wieħed bil-MEDITS Trawl System u wieħed bil GRUND System. Il-MEDITS hija sistema ewropeja fejn xibka b’ bokka kbira taqbad il-ħut tal-qiegħ, filwaqt li l-GRUND hija xibka aktar baxxa li tkarkar iktar mal-qiegħ biex tissampilja il-ħlejjaq li ma jiċċaqilqgħux minn qiegħ il-baħar.
Il-parteċipazzjoni ta’ Malta f’ dawn iż-żewġ surveys swiet madwar Lm 5,000 fejn parti minn dawn il-flus intefqu biex inxtraw ix-xbieki standard neċessarji.
L-Istitut Taljan ikkontribwixxa għal parti mill-ispiża li saret, apparti Lm 5,000 li tħallsu minn-baħa Maltija.
X'upgrading sar minn April ta' din is-sena ’l hawn fis-sezzjoni ta’ l-API Kultura u kemm sewa flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-upgrading li sar fis-sezzjoni ta' l-Apikoltura minn April ta' din is-sena 'l hawn jinkludi xiri ta' għamara għall-uffiċċju, xiri u tiswija ta' għodda, xiri ta' kimika għall-kontroll ta' mard, xiri ta' ilbies protettiv, bini u tiswija ta' kaxxi tan-naħal u produzzjoni ta' posters edukattivi għall-wiri f' fieri u esibizzjonijiet.
L-ispiża totali ta' dan l-upgrading hija stmata li tlaħħaq madwar Lm1000.
Sar ukoll upgrading fir-riżorsi umani bl-ingaġġ ta' konsulent fuq bażi part-time u bl-involviment ta' esperti Germaniżi fuq il-mard tal-Varroa u fuq ir-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropeja dwar l-Apikultura.
Xi pjan ta' riċerka twettaq fuq produzzjoni agrikola organika minn Jannar ta' din is-sena ’l hawn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li twettaq framework contract ta’ l-Unjoni Ewropeja biex titfassal strateġija għall-promozzjoni tal-biedja organika f’ Malta.
Il-valur tal-kuntratt kien ta’ Euros 50,000, li kienu mħallsa kollha mill-Unijoni Ewropeja.
Analiżi xjentifika — Livell organiku tal-produzzjoni agrikola
Question
Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji taċ-ċertifikati ta’ l-analiżi xjentifika li saret fil-labaratorji lokali u/jew esteri ta' dawn il-prodotti sabiex ikun magħruf il-livell organiku tal-produzzjoni agrikola li ntlahaq fuq dawn il-prodotti partikolari ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jista’ l-Onor. Membru jispeċifika għall-liema prodotti qed jirreferi.
Skejjel sekondarji — Studenti li għażlu l-lingwa Għarbija u l-lingwa Russa
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti bniet u subien fi skejjel sekondarji f'Malta u Għawdex li fil-Form 3 għażlu l-lingwa Għarbija u l-lingwa Russa?
Jista' jestendi l-istess informazzjoni għall-istudenti tal-Forms 4 u 5 fil-preżent?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1985 li għamilt dwar ħruġ ta' drenaġġ fi Triq il-Pont, fil-Mosta, jista' il-Ministru jinformani bis-sitwazzjoni llum u x'ikkawża l-ħsarat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Pitkalija ċentrali — Importazzjoni ta' ħxejjex u frott
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-kwantita' u x'varjeta' ta' frott u ħxejjex importati ddaħħlu fil-Pitkalija ċentrali sabiex jinbiegħu waqt l-attivita' ogranizzata mill-Partit Nazzjonalista nhar il-Ħadd, 9 ta' Novembru, 2003?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-bejgħ tal-frott u ħaxix waqt l-attivita’ organizzata mill-Partit Nazzjonalista ma ġiex irrekordjat skond Avviż Legali Nru.360 tal-1952 (Marketing of Agricultural Produce Regulations) peress li din kienet attivita’ privata u dan il-bejgħ ma hux ikkontrollat mill-Avviż Legali numru 24 tal-1975. (Agricultural Marketing Centres Regulations)
B'riferenza għas-sussidji li l-Prim Ministru ħabbar nhar id-9 ta' Novembru waqt attivita' fil-Pitkalija Ċentrali li se jingħataw lill-bdiewa, raħħala u l-agro-industrija, jista' jagħti breakdown ta' dawn is-sussidji, settur settur, u kemm minnhom se jkunu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-Gvern Malti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli.
X'upgrading sar minn April ta' din is-sena ’l hawn fil-packing station ta' Ta' Qali? Kemm sewa flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-‘upgrading’ tal-packing station f’ Ta’ Qali jifforma parti mill-pjan ta’ grading station li dalwaqt jiġi ppreżentat biex jiġi implimentat mill-fondi tal-Protocol Taljan.
X'upgrading sar fil-Labaratorji tal-farm esperimentali minn April ta' din is-sena ’l hawn? Kemm sewa flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-laboratorji fil-Farm Esperimentali ġewwa l-Għammieri qegħdin jiġu upgraded kompletament mill-ġdid bil-bini ta' kumpless ta' żewġ sulari li jinkorpora diversi units għall- analiżi ta' ħamrija, ilma, pjanti, fertilizzanti, żrieragħ, ġwież u għalf. L-ispiża għall-bini u t-tkomplija tax-xogħlijiet ta' dan il-kumpless hi stmata li tlaħħaq madwar Lm100,000.
S' issa tlestew ix-xogħlijiet ċivili (ġebel u saqaf) u fil-ġranet li ġejjin se joħorġu sejħiet għall-offerti għat-tkomplija tax-xogħlijiet (dawl, ilma, drenaġġ, madum, kisi, arja kundizzjonata etc) u mistennija jkunu lesti sa' l-ahhar ta' April 2004. Fl-istess waqt diġa bdew jinxtraw xi apparat u għamara tal-laboratorju meħtieġa, inkluż fume cabinet, forn, sample mill, homogeniser, fibertech system, scrubber, soxtherm unit u modular furniture tal-laboratorju bi spiża ta' madwar Lm50,000.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'sussidju lill-bdiewa għal makkinarju ġdid f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li f’ dan il-perjodu ma ġewx mogħtija sussidji lill-bdiewa għal makkinarju ġdid.
Jisa' il-Ministru jgħid kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'sussidju lill-bdiewa għal pompi ġodda f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li f’ dan il-perjodu ma ġewx mogħtija sussidji lil-bdiewa għal pompi ġodda.