B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1990 li kienet ġiet indirizzata lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' b'riferenza għad-deċiżjoni tal-Gvern Nazzjoanlista li jagħlaq il-kumpannija tal-poplu Medigrain, jista' il-Ministru jinformani jekk hux se jkunu garantiti lill-poplu Malti u Għawdxi s-sussidji meħtieġa minn żmien għal żmien sabiex il-provvisti ta' l-ikel essenzjali bħal ħobż u dqiq u ikel tat-tjur u l-bhejjem jibqa' ikollhom prezzijiet li jifilħu għalihom il-bwiet tal-familji tal-ħaddiema?
Response (DALLI, JOHN)
Peress li l-mistoqsija tirrigwardja l-kumpannija Medigrain, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mit-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1987 li kienet ġiet indirizzata lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' b'riferenza għad-deċiżjoni tal-gvern li jagħlaq il-kumpannija Medigrain, jista' il-Ministru jispjega lill-Kamra kif l-importazzjoni tal-qmuħ u ċereali f'pajjiżna se tibqa' tkun waħda kompetittiva fix-xhur u fis-snin li ġejjin?
Response (DALLI, JOHN)
Peress li l-mistoqsija tirrigwardja l-kumpannija Medigrain, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mit-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret sabiex ikun magħruf il-livell ta' l-iġjene li qed jinżammu l-kaxxi tad-dugħ?
X'kienu r-riżultati u/jew ir-rakkomandazzjonijiet li saru minn dawn l-ispezzjonijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li meta jinstabu kaxxi maħmuġa fil-pitkalija dawn jintbagħtu lura biex jinħaslu sew fil-Pitkali Crates Centre.
Jista' il-Ministru jgħid x'investiment sar u qed jissokta fil-Pitkalija Ċentrali ta' Ta' Qali minn April 'il hawn? Kemm se jiswa flus u meta se jitlesta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 2718.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew importati jew ordnati minn barra siġar tal-frott matul din is-sena? Kemm jammontaw l-ispejjeż ta' dawn is-siġar importati u/jew l-ordnijiet tagħhom?
Jista' jinformani bl-istess tagħrif għas-snin 2002, 2001, 2000 u 1999 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Din is-sena mhux se jiġu ordnati siġar tal-frott minn barra għaliex il-produzzjoni lokali mistennija li tkun biżżejjed sabiex taqdi l-ħtiġijiet.
L-informazzjoni għas-snin 1999 / 2002 hija kif tidher fit-tabella t' hawn taħt:
Sena
Nru ta sigar tal-frott ordnati minn barra
Valur (Lm)
1999
3,850
5,775
2000
6,700
10,300
2001
9,010
13,515
2002
7,120
10,688
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux manutenzjonijiet mid-dipartiment tal-biedja jew mid-dipartiment ta' l-ambjent fuq imtieħen ta' l-ilma matul din is-sena?
Jista' jinformani bl-istess tagħrif għas-snin 2002, 2001, 2000 u 1999 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ma saret l-ebda manutenzjoni mid-Dipartiment tal-Agrikoltura (u d-Direttorat għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar) fuq imtieħen ta' l-ilma matul is-snin 1999 sa 2003.
B'riferenza għas-sussidju fuq il-produzzjoni tat-tjur, kif jispjega l-fatt li l-ministeru beda jħallas is-sussidju fuq il-pizz tat-tjur ħajjin u f'daqqa waħda beda jħallas u/jew se jibda jħallas fuq il-pizz tat-tjur mejta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li s-somma taħt l-iSpecial Market Policy Programme on Maltese Agriculture (SMPPMA) għas-sussidju tat-tjur ġiet utilizzata qabel it-tnax il-xahar, ġie deċiż li għas-sena li ġejja il-ħlas jibda jsir fuq il-piż mejjet. B’ hekk wieħed jassigura li dan is-sussidju jinfirex fuq aktar produtturi.
Missjoni ta' Malta fi Brussell — Applikazzjoni għas-sejħa MPO Circular 85/2003
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' applikanti li wieġbu għas-sejħa MPO Circular 85/2003 għal technical attaches and researchers sabiex iservu fil- Mission ta' Malta fi Brussell fl-oqsma tas-sajd, agrikoltura, veterinarji u ambjent rurali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' applikanti li wieġbu għas-sejħa MPO Circular 85/2003 għal technical attaches and researchers sabiex iservu fil-Mission ta' Malta fi Brussell fl-oqsma tas-sajd, agrikoltura, veterinarji u ambjent rurali kien ta' tlettax (13).
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tal-produzzjoni tas-siġar tal-frott li tkabbru fiċ-ċentru tal-mikropropogazzjoni din is-sena?
Kemm minn dawn tqassmu u/jew inbiegħu lill-bdiewa?
Jista' jinformani bl-istess tagħrif għas-snin 2002, 2001, 2000 u 1999 rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-lista t’ hawn taħt turi l-produzzjoni ta’ siġar tal-frott li tkabbru fiċ-Ċentru tal-Bijoteknoloġija tal-Pjanti matul is-snin 1999 sa 2003 :
Sena
Total
2003
29,070
2002
19,787
2001
14,870
2000
12,527
1999
900
Jista' il-Ministru jgħid x'investiment sar fiċ-ċentru tal-kmand matul din is-sena u kemm sewa flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-investiment kapitali li sar matul is-sena 2003 fiċ-Ċentru tal-Bijoteknologija tal-Pjanti huwa:
Microbiological safety cabinet Lm 3,144.00
Irrigation system Lm 500.00
Computer u printer Lm 650.00
Fiċ-ċentru tal-mikropropogazzjoni kemm tkabbar xitel u ngħata l-bdiewa din is-sena sabiex ikabbru fuq l-uċuħ tar-raba u fis-serer tagħhom?
Jista' jinformani bl-istess tagħrif għas-snin 2002, 2001, 2000 u 1999, rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-lista t’ hawn taħt turi kemm minn dak li tkabbar fiċ-Ċentru tal-Bijoteknoloġija tal-Pjanti ġew ittrasferiti lill-Mixtla ta’ San Vincenz (SVDPN) biex jinbiegħu minn hemm u kemm inbiegħu oħrajn direttament lil bdiewa mill-istess Ċentru, jew mill-istand tal-Ministeru waqt il-fiera tal-Home and Garden Centre u l-International Trade Fair.
Sena
SVDPN
Oħ
rajn
Total
2003
28,244
826
29,070
2002
19,109
678
19,787
2001
9,660
4,310
14,870
2000
10,481
2,046
12,527
1999
700
200
900
Bdiewa — Analisi xjentifiċi tal-ħamrija u ta' l-ilma
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdiewa li matul din is-sena saritilhom l-analisi xjentifika tal-livelli tal-ħamrija u ta' l-ilma? Minn liema lokali huma dawn il-bdiewa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena ittieħdu 881 kampjun ta’ ħamrija li fuqhom saru 4,732 analiżi. Matul l-istess perjodu ittieħdu 184 kampjun ta’ ilma li fuqhom saru 782 analiżi. Dawn il-kampjuni ttieħdu minn diversi lokalitajiet f’ Malta u Għawdex.
X'upgrading sar minn Jannar ta' din is-sena ’l hawn fil-Biċċerija ta' Għawdex u kemm sewa flus?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul din issena lBiċċerija f'Għawdex ġiet modifikata billi ġiet imneħħija boiler room sabiex tkun tista' tiġi installata dehairing machine flistess spazju ta' limsemmi boiler. Ġiet mixtrija wkoll pressure washer ġdida. Lispiża totali hija ta' Lm9883.
Tekniċi u uffiċjali Għawdxin — Biedja u Sajd - Taħriġ barra minn Malta
Question
Matul din is-sena kemm kien in-numru ta' tekniċi u uffiċjali Għawdxin fis-settur tal-biedja u s-sajd li matul din is-sena siefru sabiex jitħarrġu aktar fuq l-oqsma varji tal-biedja u s-sajd u fuq liema oqsma partikolari tħarrġu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li tliet tekniċi u uffiċjali Għawdxin fissettur talbiedja u ssajd siefru matul din issena sabiex jitħarrġu aktar fuq loqsma varji talbiedja u ssajd prinċiparjament fissuġġetti ta':
Servizzi Veterinarji
Teknoloġija talInformatika
Matul din is-sena kemm kien in-numru ta' tekniċi u uffiċjali Għawdxin li attendew konferenzi, seminars u laqgħat f'Malta, Għawdex u f'pajjiżi stati membri ta' l-UE sabiex jaġġornaw mar-regoli tal-CAP?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul din issena kien hemm tliet tekniċi/uffiċjali Għawdxin li attendew seminar f'Malta sabiex jaġġornaw ruħhom marregoli talCAP, filqasam ta' lIżvilupp Rurali.
Kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni tal-laħam tal-majjal f'Għawdex matul Jannar u Ottubru ta' din is-sena? Jista’ l-Ministru jestendi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? X'osservazzjonijiet tqanqlu u xiprogress ġie reġistrat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li lproduzzjoni talmajjal f'Għawdex matul ilperijodu Jannar Ottubru ta' din issena u flistess perijodi għal dawn laħħar ħames snin sena b'sena kienet ta':
2003 443.470 tunnellati
2002 452.745 tunnellai
2001 421.680 tunnellati
2000 362.875 tunnellati
1999 378.577 tunnellati
1998 447.692 tunnellati
Filpreżent jidher li hawn nuqqas ta' majjaliet fuq lirziezet. Jidher ukoll li hemm mortalita' għolja filqżieqez iżżgħar.
Rabat — Għajn Qajjed HE - Xogħlijiet ta' manutenzjoni fi Blk D
Question
Jista' id-dipartiment tal-housing jagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa ta' manutenzjoni fuq il-bejt ta' Blk D, Dr 4, Għajn Qajjed HE, Rabat? Peress li ninsabu resqin lejn ix-xitwa, jista' jagħmel dan immedjatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar għall-azzjoni meħtieġa.