Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #2949 Sitting 66 2003-11-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Bdiewa — Sussidju

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2694 li kienet ġiet indirizzata lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u cioe' kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'sussidju lill-bdiewa għall-bini ta' agriculture stores ġodda f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna? Tista' il-Ministru taġġornani dwar il-pożizzjoni f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li minn April ta' din is­sena 'l hawn f'Għawdex ingħatat għajnuna ta' Lm17.68 f'sussidju ta' l­imgħax fuq self mill­bank għall­skop li jinbnew agriculture stores. Din l­għajnuna ngħatat lill­persuna waħda. Dan l­ammont huwa parti mill­imgħax dovuta fuq is­self li l­individwu jkun baqgħalu jħallas lill­bank mis­self oriġinali .
Leg 10 PQ #2950 Sitting 66 2003-11-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Bdiewa — Sussidju

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2695 u cioe' kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'sussidju lill-bdiewa għal makkinarji bħal tractors f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna? Tista' il-Ministru taġġornani dwar il-pożizzjoni f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li minn April ta' din is­sena 'l hawn, f'Għawdex ingħatat għajnuna ta' Lm1200 għax­xiri ta' loader. Din l­għajnuna ngħatat lil persuna waħda.

Pulizija — Rapporti dwar traffikar ta' droga ħdejn id-detox centre

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti permezz ta' telefonati u/jew ittri li tressqu lill-pulizija fil-kwartieri ġenerali tad-Depot dwar traffikar ta' droga ħdejn id-detox centre ta' l-isptar San Luqa, inkluż traffikar li jsir saħansitra fl-4.00 a.m. u fil-5.00 a.m. tant li jirriżulta li hemm residenti fl-inħawi mwerwra minħabba dak li jaraw? Jista' jgħid x'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika ta` telefonati u/jew ittri kif qed isemmi l-Onorevoli Interpellant. Pero` matul dawn l-aħħar xhur, il-Pulizija rċeviet xi lmenti minn familja li toqgħod fil-viċinanzi ta` l-isptar dwar persuni li jattendu d-Detox Centre liema persuni qegħdin spiss jinstabu bil-qegħda fuq l-għatba tal-bieb tagħhom u li allegatament juru mġieba mhux xierqa. Dwar dawn ir-rapporti l-Pulizija ħadet l-azzjoni meħtieġa billi ta` kuljum bejn is-sitta ta` filgħodu u s-sagħtejn ta` wara nofs inhar qed ikun hemm żewġ kuntistabbli bl-uniformi fil-viċinanzi tad-Detox Centre kif ukoll tal-ħanut tax-xorb li hemm fil-kantuniera ta` l-imsemmija pjazza. Barra dan qed ikun hemm ukoll membri tal-Pulizija pajżana mill-Iskwadra ta` kontra d-Droga f`ħinijiet differenti tal-ġurnata. Ta` min iżid illi tul dawn l-aħħar ġimgħat qed ikun hemm ukoll żewġ membri mit-Taqsima tal-Muturi sabiex ikun ikkontrollat aħjar it-traffiku ġewwa u fil-viċinanzi ta` l-isptar. Dan kollu barra ż-żewġ membri l-oħra tal-Korp li jkun hemm għassa ġewwa d-Dipartiment tal-Emerġenza ta` l-isptar.

Bdiewa — Sussidju

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2691, 2692, 2693, 2694 u 2695, jista' il-Ministru jinformani meta ħierġa skema sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu japplikaw għal dawn is-sussidju?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li skemi għall-għajnuna lill-bdiewa biex itejbu l-operat fl-għelieqi u l-irziezet tagħhom (Investments in Agricultural Holdings) taħt il-Pjan għall-Iżvilupp Rurali mistennija li joħorġu lejn il-bidu ta’ l-2004 (fl-ewwel 3 xhur).

Bdiewa — Sussidju

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2691 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'sussidju lill-bdiewa għal makkinarju ġdid f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna? Jista' il-Ministru jinformani kemm kienu l-flus ivvutati għal dan is-sussidju matul din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li f' dan il-perjodu ma ġewx mogħtija sussidji lill-bdiewa għal makkinarju ġdid.

Bdiewa — Sussidju

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2692 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'sussidju lill-bdiewa għal pompi ġodda f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna? Jista' jinformani kemm kienu l-flus ivvutati għal dan is-sussidju matul din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li f' dan il-perjodu ma ġewx mogħtija sussidji lill-bdiewa għal pompi ġodda.

Bdiewa — Sussidju

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2693 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'ussidju lill-bdiewa għall-bini ta' ġwiebi ġodda f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna? Jista' jinformani kemm kienu l-flus ivvutati għal dan is-sussidju matul din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li f' dan il-perjodu ma ġewx mogħtija sussidji lill-bdiewa għal bini ta' ġwiebi ġodda.

Bdiewa — Sussidju

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2694 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'sussidju lill-bdiewa għall-bini ta' agriculture stores ġodda f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna? Jista' jinformani kemm kienu l-flus ivvutati għal dan is-sussidju matul din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li f' dan il-perjodu ma ġewx mogħtija sussidji lill-bdiewa għal bini ta' 'agricultural stores' ġodda.

Bdiewa — Sussidju

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2695 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'sussidju lill-bdiewa għal makkinarji bħal tractors f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna? Jista' jinformani kemm kienu l-flus ivvutati għal dan is-sussidju matul din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li f' dan il-perjodu ma ġewx mogħtija sussidji lill-bdiewa għal makkinarju bħal 'tractors'.

Mosta — Triq il-Pont - ħruġ ta' drenaġġ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1985 li għamilt dwar ħruġ ta' drenaġġ fi Triq il-Pont, fil-Mosta, jista' il-Ministru jinformani bis-sitwazzjoni llum u x'ikkawża l-ħsarat?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li wara li ġiet imnaddfa is-sistema tad-drenaġġ mill-ġebel li nġarr mill-maltemp, is-sitwazzjoni ġiet għan-normal u l-fawran waqaf.

Settur tal-biedja — Ristrutturazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2366 fejn iċ-ċifra kellha tkun Lm6 miljun, jista' il-Ministru jagħti tweġiba?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nassumi li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għas-sussidji u għajnuna oħra li ngħataw lill-bdiewa u r-raħħala minn Lulju 2002, minn meta beda jitħaddem il-Programm Speċjali għall-Biedja Maltija magħruf bħala SMPPMA. Minn Lulju 2002 sat-30 ta' Ottubru 2003 dawn il-benefiċċji kienu jlaħħqu Lm5.89m, li minnhom Lm1.04 kienu ndirizzati għar-ristrutturazzjoni fl-oqsma tal-produzzjoni tal-majjal, tal-broilers, tal-bajd u tad-dwieli għall-inbid, kif ukoll fl-impjant tal-ħalib. Il-kumplament ta’ l-għajnuna kienet indirizzata biex il-bdiewa u r-raħħala jtejbu l-kompettitivita tal-prodotti tagħhom permezz ta’: (1) tnaqqis fil-prezzijiet ta’ diversi prodotti bħal bajd, majjal, tiġieġ u tadam ipproċessat; (2) preżentazzjoni aħjar tal-prodotti tagħhom; kif ukoll (3) pubbliċita u promozzjoni tal-prodotti magħmulin minn tadam ta’ Malta.
Leg 10 PQ #2885 Sitting 64 2003-11-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

WTO — Kompetittivita' ta' l-industrija

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2108 u l-fatt li l-Unjoni Ewropea ma rtiratx il-protezzjoni li timponi fuq l-istati membri fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel minn non EU countries, jista' il-Ministru jinformani kif il-kwoti fuq il-prodotti ta' l-ikel se jaffettwaw lis-settur tat-turiżmu u dan fid-dawl tar-realta' li pajjiżna huwa net importer u dejjem iddependa mill-prezzijiet kompetittivi tas-swieq internazzjonali inkluż il-prezzijiet esterni ta' l-UE stess?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ladarba ma sar ebda qbil dwar tneħħija ta' tariffi, kif kien mistenni li jsir f'Cancun, is-sitwazzjoni vis-a-vis l-impatt ta' kontrolli, tariffi u dazji fir-rigward ta' prodotti ta' l-ikel u l-materja prima ta' l-ikel u x-xorb se tibqa' kif kienet giet trattata waqt in-negozjati tas-sħubija li ntemmu f'Diċembru li għadda. F'dawn in-negozzjati, l-impatt tas-sħubija f'dan il-qasam ġie kontrobilanċjat b'żewġ miżuri, waħda ta' sussidji fuq prezzijiet ta' xi prodotti impurtati u l-oħra permezz ta' sistema ta' refunds fuq l-użu ta' materja prima relatata mal-manifattura ta' prodotti ta' l-ikel u x-xorb. Wieħed mill-iskopijiet ta' dawn iż-żewġ miżuri kienu fic-ċirkostanza li t-tariffi ta' l-UE imsemmija hawn fuq għadhom fis-seħħ, jibqa' illi ma titnaqqasx il-kompetittivita' ta' l-intrapriżi Maltin li jagħmlu użu minn dawn il-prodotti, fosthom l-intrapriżi fis-settur tat-turiżmu.

Awtorita' tad-djar — Talba bir-Ref No: RTB/137/2003

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jaġġornani dwar il-progress tat-talba RTB/137/2003 li tinsab għand l-awtorita' tad-djar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fit-30 ta’ Ottubru 2003 il-persuna konċernata ġiet infurmata direttament mill-Awtorita’ tad-Djar dwar l-aħħar żvilupp.

Tjur lokali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ilmenti li rċeva l-ministeru jew id-dipartiment konċernat dwar il-kwota tat-tjur lokali? Meta u x'passi ħa? Kemm minnhom tressqu mill-koperattiva tat-tjur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill Onor. Interpellant li ma teżisthix kwota tat-tjur lokali. Il-kontroll li jsir fid-distribuzzjoni tal-flieles huwa relatat mal- kapacita tar-razzett. Kull ilment li jista jinqala’ għal xi raġuni ta’ xi upgrading jiġi investigat.

Sussidju tal-bdiewa

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2365, jista' il-Ministru jinformani għaliex is-segretarju permanenti approva sussidju ta' madwar 700 tunnellata ta' tadam ta' l-ipproċessar meta ma kellux form 'A'?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kont tajt fis-seduta Nru. 51 għall-mistoqsijiet parlamentari Nru. 2361 u 2362, waqt li nikkonferma li s-Segretarju Permanenti m’ approva l-ebda ħlas ta’ sussidju fuq tadam għall-ipproċessar qabel ma kien sodisfatt, permezz ta’ ċertifikazzjoni minn awturi mqabbdin apposta, li dan il-ħlas kien korrett u dovut.

Bdiewa/raħħala — Sussidju mill-UE/mill-Gvern Malti

Question

B'riferenza għas-sussidji li l-Prim Ministru ħabbar nhar id-9 ta' Novembru waqt attivita' fil-Pitkalija Ċentrali li se jingħataw lill-bdiewa, raħħala u l-agro-industrija, jista' jagħti breakdown ta' dawn is-sussidji, settur settur, u kemm minnhom se jkunu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-Gvern Malti?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Produzzjoni tat-tjur — Sussidju

Question

B'riferenza għas-sussidju fuq il-produzzjoni tat-tjur u dikjarazzjonijiet tal-gvern li l-bdiewa se jkunu sussidjati kemm hemm bżonn mill-Gvern Malti u/jew mill-Unjoni Ewropea u li se jkollhom swieq ta' Lm500 miljun, jista' il-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt il-gvern li flus għas-sussidji spiċċaw diġa' u li l-produzzjoni lokali tat-tjur hija limitata biss għal suq ta' 400,000 konsumatur u mhux ta' 500 miljun konsumatur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fin-nuqqas tiegħu li jattendi il-laqgħat tal-MEUSAC jidher li ma fehmx l-oġġetiv ta' l-iSpecial Market Policy Programme on Maltese Agriculture (SMPPMA) li ġiet addottata biss għal Malta biex tgħin lill-produttur Malti jaġġusta għas-suq ta’ l-Unjoni Ewropeja . Is-sussidji qegħdin hemm biex jgħinu fiż-żmien ta’ aġġustament u mhux biex joħolqu żbilanċ fis-suq ta’ l-Unjoni Ewropeja. Għalhekk ma nistax mifhem għal liema sussidji qed jirreferi li ‘spiċċaw’. Fil-każ tat-tjur,is-sussidju kien fuq 7,000 tunnellata, hekk kif stabbilit ma’ l-Unjoni Ewropeja, u ġaladarba ngħata dak is-sussidju, il-Gvern ma jistax jagħti aktar sussidju li jaqbeż dak stipulat.

Tarznari — Sezzjoni ta' l-armar

Question

B'riferenza għall-ftehim milħuq mat-tarznari, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mis-sezzjoni ta' l-armar tneħħew ħaddiema taħt l-40 sena u tħallew oħrajn li ma jarmawx u oħrajn li ma jitilgħux fil-għoli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Medigrain

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2111 li oriġinarjament saret lill-Ministeru gaħt-Teknoloġija ta' l-Inforamzzjoni u l-Investiment u issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' jassigura lill-Kamra u lill-poplu fid-dawl tal-fatt li l-gvern iddeċieda li jagħlaq il-Medigrain, il-prezzijiet tas-sorsi li storikament importat mhux se jogħlew b'riżultat ta' din id-deċiżjoni tal-Gvern Nazzjonalista?

Response (DALLI, JOHN)

L-Onorevoli Interpellant, jifhem li l-għeluq tal-kumpannija Medigrain fih inniffsu m’ghandux ikollu xi impatt partikulari fuq il-prezzijiet.