Legislature:
Category:
Reset
Active:

Prodotti ta' l-ikel — Sussidju

Question

1 B'riferenza għas-Lm 7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-1,200 tunnellata ta' " corned beef in airtight cans " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products "? Jista jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħrog il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta'dan il-prodott ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum? X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:- OĠ ETTI MISRUQA VALUR X'PASSI TTIEĦ DU Erba' tabelli Lm60 Il-każ ġie rrapurtat lill-Pulizija Sellum ta' l- aluminium Madwar Lm50 Il-każ ġie rrapurtat lill-Pulizija Number Plate Lm10 L-ebda passi ma ttieħdu Set tat-telefon Alcatel Madwar Lm80 Il-każ ġie rrapurtat lill-Pulizija u saret inkjesta Maġisterjali Electronic Lead Detector Lm160 Il-flus tnaqqsu mill-pagi tal-ħaddiema responsabbli mill-użu tiegħu Partijiet minn romblu ( Road Roller ) Madwar Lm2,000 Għaddejja nkjesta nterna u sar rapport lill-Pulizija Żewġ batteriji ta' trakk Lm54.40ċ Qiegħda ssir inkjesta nterna kif ukoll sar rapport lill-Pulizija 140 litru Diesel minn gaffa Lm35.36ċ Sar rapport lill-Pulizija 10 folji njam ta' l-abjad taż-żewġ pulzieri Lm100 Sar rapport lill-Pulizija 18 key clamps Lm90 Sar rapport lill-Pulizija 8 barrikati tal-plastik Lm32 Sar rapport lill-Pulizija Sellum Lm20 Sar rapport lill-Pulizija 4 motor vibrators Lm1,340.90ċ Sar rapport lill-Pulizija. Twaqqaf Bord ta' l-Investigazzjoni u ttieħdu passi dixxiplinarji kontra żewġ impjegati

Ministeru tal-Finanzi — Każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum? X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li fid-dekasteru tiegħi ma ġie rrappurtat l-ebda każ ta’ serq minn Jannar sal-lum.

Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum? X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba

Moħqrija fuq annimali u tjur — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li ħarġu kontra l-abbużi u moħqrija fuq annimali u tjur f'Malta u f'Għawdex separatament matul din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 2002 u 2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar ċitazzjonijiet li nħarġu fuq abbużi u moħqrija fuq annimali u tjur huwa kif ġej: 2001 2002 2003* Malta 9 29 15 Għawdex 2 1 1 *Sat-30 ta’ Novembru.

Kumpanniji li tressqu l-qorti minħabba prezzijiet ta' prodotti tat-tjur

Question

Matul din is-sena, xahar b'xahar, jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu retailers, produtturi u proċessuri għaliex ma raħħsux il-prodotti tat-tjur skond kif ħabbar il-gvern stess li kellhom jorħsu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab informat illi mir-records disponibbli, ma jirriżultax li l-pulizija kellha xi ilmenti kif imsemmi mill-Onor. Interpellant.

Kumpanniji li tressqu l-qorti minħabba prezzijiet tal-bajd frisk

Question

Matul din is-sena, xahar b'xahar, jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu retailers, produtturi u proċessuri għaliex ma raħħsux il-prezz tal-bajd frisk skond kif ħabbar il-gvern stess li kellhom jorħsu?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 3148.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum? X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Novembru 2003, kien hemm 9 każi ta’ serq minn propjeta’ pubblika tad-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-Dekasteru ta’ l-Intern li ġew irrapurtati lill-Pulizija għal investigazzjoni. Infurmat ukoll illi wieħed minn dawn il-każi ġie solvut. Ħlief f’ każ wieħed, fejn il-valur ta’ l-oġġetti misruqa kien jaqbeż l-Lm500, il-valur fil-każi l-oħra kien taħt il-Lm200.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum? X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Jannar 2003 'l hawn kien irrapurtat każ wieħed ta' attentat ta' serq fir-residenza ta' l-Ambaxxatur ta' Malta għall-FAO ġewwa Ruma. Meta l-ħallelin indunaw li kien hemm in-nies fir-residenza, huma ħarbu minn fuq il-post. Ma nsteraq xejn. Sar rapport uffiċċjali dwar dan l-inċident. Wara dan l-inċident, ittieħdu passi biex tiżdied is-sigurta' fir-residenza ta' l-Ambaxxatur.
Leg 10 PQ #3140 Sitting 71 2003-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum? X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li, minn Jannar ta' din is-sena, kien hemm żewġ każi ta' serq minn postijiet tax-xogħol li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Fl-ewwel każ insteraq mobile phone minn wieħed mill-uffiċċji ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta. Fit-tieni każ insterqu flus minn vending machine li kienet installata fil-grounds ta' l-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi imma li ma kenitx proprjeta' ta' l-Istitut. Fiż-żewg każi sar rapport lill-Pulizija.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum? X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma ġewx rrapporti ebda każi ta' serq fid-Dipartimenti u l-Awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru. Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili Dipartiment ta' Telegrafija Mingħajr Fili Awtorita' Dwar it-Trasport ta' Malta Awtorita' ta' Malta Dwar il-Komunikazzjoni Awtorita' Marittima ta' Malta.
Leg 10 PQ #3142 Sitting 71 2003-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Każi ta' serq

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum? X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li ġew rrappurtati żewġ każijiet ta' serq mill­perjodu ta' Jannar sal­lum. Iż­zewġ każijiet ġew irrappurtati lill­pulizija. L­oġġetti misruqa kienu: Sebgħa (7) pali; sebgħa (7) xkupi, tlett (3) rakes, computer tower, stationery u (16) sittax-il computer mouse . Il-valur ta' dawn l-oġġetti kien ta' Lm616. Iż­żewġ każijiet ġew riferuti lill­pulizija għall­investigazzjoni minn naħa tagħhom.

Għaqdiet tal-bdiewa/produtturi — Kwestjoni mal-GRTU

Question

B'riferenza għall-kwestjoni li nqalgħet bejn uħud mill-għaqdiet tal-bdiewa/produtturi u l-GRTU, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra li rċieva mingħand il-gvern u li dwarha ġew informati l-bdiewa nhar it-3 ta' April, 2003 permezz ta' ittra li ntbagħtet u li tagħha qed nibgħat kopja separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Napprezza jekk l-Onor. Membru jiċċara l-mistoqsija tiegħu.

Biedja lokali

Question

Jista' il-Ministru jinformani u jekk jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-mekkaniżmu ta' kif se jitħaddmu s-salvagwardji tal-biedja lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Minħabba l-fatt li qed isiru diskussjoniiet mal-Kummissjoni Ewropeja fir-rigward tal-klawsola ta' salvagwardja mhuwiex il-waqt li tingħata informazzjoni li tista' tippreġudika l-pożizzjoni tal-produtturi lokali.
Leg 10 PQ #3134 Sitting 70 2003-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Każi ta' serq

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum? X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li ma ġewx rapportati l-ebda każi ta’ serq fid-dipartimenti jew entitajiet fid-dekasteru tiegħi minn Jannar 2003 sal-lum.
Leg 10 PQ #3135 Sitting 70 2003-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum? X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #3136 Sitting 70 2003-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum? X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Minsiteru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum? X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Minn Jannar sa l-aħħar ta’ Novembru ġew irrapurtati dawn il-każi ta’ serq fid-diviżjonijiet indikati: Fid-Diviżjoni tas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Agrikolu kien hemm hames (5) każi kif jidher hawn taħt: Sezzjoni Nru ta’ kazijiet Oggetti Misruqa Valur Azzjoni mehuda Crop Husbandry 1 2 muturi ta’ l-inqix Lm400 Investigazzjoni mill-Pulizija Bord Intern ta’ Investigazzjoni Il-Mixtla ta’ San Vincenz 2 31 xitla taż-żebbuġ Lm110.54 Investigazzjoni 12-il dielja fil-pots mill-Pulizija 13-il sprinkler Bord Intern ta’ 1 battery tat-tractor Investigazzjoni 60 litru diesel 36 xitla taż-żebbuġ Lm 54 Investigazzjoni mill-Pulizija Bord Intern ta’ Investigazzjoni Animal Husbandry 2 2 faġani Lm 35 Investigazzjoni mill-Pulizija Is-Security Officers ġew imwissija biex jieħdu aktar prekawzjonijiet 2 balal Rye Grass Lm 10 Investigazzjoni mill-Pulizija Is-Security Officers ġew imwissija biex jieħdu aktar prekawzjonijiet Fit-Taqsima ta’ l-Ikel u Attivita` Veterinarja kien hemm tlett serqiet kif ġej: 1. Suzuki Vanette li nsteraq u nstab wara xahrejn mill-Pulizija. L-investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin. 2. tminn (8) bagalji, canvas bag u plastic bag li kien fihom ġlud ta’ tjur li kienu kkonfiskati mid-Dwana u li kienu miżmumin ġo friża 3. sitt (6) bagalji u plastic bag abjad li kien fihom ġlud ta’ tjur li kienu kkonfiskati mid-Dwana u li kienu miżmumin ġo friża Fl-aħħar żewġ każi msemmija passi ttieħdu billi sar Bord dipartimentali u saru investigazzjonijiet mill-Pulizija, kif ukoll inkjesta maġisterjali Id-Dipartiment ħa ħsieb biex jitwaħħlu Closed Circuit TV Cameras (CCTV). Minħabba li dawn kienu affarijiet maqbuda mid-Dwana m’ hemmx valur. Ma ġew irrapportati l-ebda każi ta` serq fl-Awtorita` ta' Malta dwar L-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Bordijiet

Question

Jista' il-Ministru jinformani liema kienu l-bordijiet li twaqqfu u l-membri li nħatru f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru? Meta fil-fatt twaqqfu u kemm-il darba ltaqgħu?

Response (BORG, JOE)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.