Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħobż Malti

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-prezz tal-ħobża ta' kuljum wara l-ewwel ta' Mejju li ġej huwiex se joħros jew jogħla u dan fid-dawl tal-bidla li se ssir f'dak li huwa l-qmuħ u ċ-ċereali? Kemm hu f'persentaġġ (%) li jista' jogħla jew jorħos il-ħobż f'Malta u f'Għawdex wara l-ewwel ta' Mejju li ġej?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Produzzjoni ta' tjur tas-simna

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' tjur tas-simna f'Malta u kemm kienet f'Għawdex separatament din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor. Interpellant mitlub jinnota li għalkemm hemm il-figuri proviżorji, il-figuri preċiżi jingħataw aktar tard is-sena d-dieħla meta tkun saret il-verifika sħiħa.

Produzzjoni tal-laħam tal-majjal

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal f'Malta u kemm kienet f'Għawdex separatament din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor. Interpellant mitlub jinnota li għalkemm hemm il-figuri proviżorji, il-figuri preċiżi jingħataw aktar tard is-sena d-dieħla meta tkun saret il-verifika sħiħa.

Produzzjoni tal-fniek

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-fniek f'Malta u kemm kienet f'Għawdex separatament din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-produzzjoni ta' fniek f' Malta u f' Għawdex hija kkalkulata li sa l-aħħar ta' Novembru kienet tlaħħaq mat-2.1 miljun. Ma teżistix informazzjoni separata għall-Malta u Għawdex peress li din iċ-ċifra tirriżulta biss minn kemm jinbiegħ għalf għall-fniek.

Produzzjoni tat-tadam

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tat-tadam għall-ipproċessar f'Malta u kemm kienet f'Għawdex separatament din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Għalkemm il-figuri finali għadhom mhux disponibbli għaliex ir-rapport ta' l-Awdituri dwar l-istaġun 2003 sad-data tal-mistoqsija għadu mhux iffinalizzat, nista' ninforma lill-Onor interpellant li l-figura totali proviżorja hija ta' madwar 9000 tunnellata, li minnhom madwar 5,500 tunnellata kienu prodotti f' Malta.

Produzzjoni ta' frott frisk

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' frott frisk f'Malta u kemm kienet f'Għawdex separatament din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-produzzjoni tal-frott frisk li daħal fil-Pitkalija bejn Jannar u Novembru 2003 hi kif murija fit-tabella hawn taħt: Malta Pitkali Kgs. Malta FCCS Kgs. Gozo Pitkali Kgs. Gozo Coop. Kgs. 7,928,762 1,499,229 72,865 377,650

Bdiewa/raħħala — Ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus ta' spejjeż li rreġistraw il-bdiewa u r-raħħala kawża tal-maltemp matul din is-sena mad-dipartiment ta' l-agrikoltura u/jew fiċ-ċentri tal-biedja? Kemm minnhom ġew approvati li għandhom ikunu aċċettati? Meta se jiġu kkumpensati l-bdiewa għal dawn l-ispejjeż?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor. Membru huwa mistieden jinnota d-diskors tiegħi waqt l-Estimi tal-Ministeru fuq dan is-suġġett.

Prodotti ta' l-ikel — Importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma l-prodotti li ma nipproduċux lokalment u jekk hux se jkollhom protezzjoni ta' kwota meta jiġu impurtati wara April tas-sena d-dieħla?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Prodotti ta' l-ikel — Importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma l-prodotti li ma nipproduċux lokalment u jekk hux se jkollhom protezzjoni ta' special safeguards meta jiġu impurtati wara April tas-sena d-dieħla?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Grading tal-bajd frisk

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li se jiswa l-investiment tal-grading tal-bajd frisk? Meta se jibdew ix-xogħlijiet? Meta se jitlestew? Min se jagħmel tajjeb għall-ispejjeż?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-grading tal-bajd irid isir mill-produttur privat, u għalhekk ma tistax tingħata xi ċifra ta' flus konkreta peress li din tvarja skond il-kobor ta' kull farm li jkun ser jidħol għal dan ix-xogħol.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Każi ta' serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3143 u cioe' jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum? X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

Produzzjoni ta' bajd frisk

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-bajd frisk f'Malta u kemm kienet f'Għawdex separatament din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-produzzjoni ta’ bajd frisk f’ Malta għas-sena 2003 kienet tlaħħaq għall-ammont ta’ 139,113,009 bajda, jew 11,592,750.75 tużżani. L-ammont indikat huwa maħdum fuq il-claims għas-sussidju li saru fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Novembru 2003.

Produzzjoni tal-laħam tal-majjal

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-laħam tal-majjal frisk bejn Jannar u Novembru separatament? Jista' jinformani bl-istess informazzjoni għas-snin 2002, 2001, 2000, 1999 u 1998?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Produzzjoni tat-tadam — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' sussidju fuq il-produzzjoni tat-tadam għall-industrija ta' l -ipproċessar li għandu jitħallas lill-bdiewa? Għaliex għadhom ma tħallsux?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Id-dokumentazzjoni kollha dwar il-bejgħ ta' tadam għall-ipproċessar fl-istaġun 2003 għadha qed tiġi eżaminata mill-awdituri u għalhekk l-informazzjoni mitluba għadha mhux disponibbli. Dan jispjega wkoll għaliex il-bdiewa għadhom ma tħallsux.

Bajd frisk — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ilhom ma jitħallsu għas-sussidju tal-bajd frisk il-produtturi? X'inhi r-raġuni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-aħħar pagament li rċevew il-produtturi tal-bajd frisk kien fil-bidu ta' Diċembru u kien ikopril-bejgħ sa' l-aħħar ta' Settembru 2003. Il-kumplament tas-sussidju dovut għadu qed jinħadem.

Grading tal-ħaxix u frott frisk

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li se jiswa l-investiment tal-grading tal-ħaxix u frott frisk? Meta se jibdew ix-xogħlijiet? Meta se jitlestew? Min jagħmel tajjeb għall-ispejjeż?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-investiment tal-grading tal-ħaxix u frott frisk jammonta għal 1,250,000 Euro li miljun minnhom ġej mill-Protokol Taljan u 250,000 Euro mill-Gvern Malti. Ix-xogħolijiet mistennija jibdew kmieni s-sena d-dieħla u jitlestew sa l-aħħar tas-sena 2004.

Impjiegi — Tkeċċija ta' ħaddiema minn fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet il-kawża tat-tkeċċija tal-ħaddiema mill-kumpannija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda tkeċċija ta’ mpjegati mill-kumpannija ndikata mill-Onor. Interpellant.

Importazzjoni ta' ikel

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema mill-kwoti fuq l-importazzjoni ta' l-ikel li ma nipproduċux lokalment ġew irtirati mill-Unjoni Ewropea fl-aħħar laqgħat tad-WTO f'Cancun? Liema Liema minnhom ma ġewx irtirati?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1721 f'Seduta Numru 43.

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

B'riferenza għat-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tas-"Semolina (groats and meal of durum wheat "meta jigi mportat mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-UE ? It-tunnellaġġ inkwestjoni skond "Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3241, Seduta Numru 74.