Jista' il-Ministru jinformani liema huma dawk il-prodotti ta' l-ikel li wara l-ewwel ta' Mejju li ġej l-importazzjoni tagħhom se tkun ikkontrollata permezz ta' dazju? Kemm hu d-dazju in kwestjoni, prodott prodott?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3456.
Jisat' il-Ministru jgħid min kienu r-rappreżentanti tal-ministeru tal-finanzi li attendew il-laqgħat tad-WTO f'Cancun? X'rapporti ressqu jew x'ideat ġew komunikati/proposti lill-Gvern Malti? Jista' ipoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rappreżentanti tal-Ministeru tal-Finanzi li attendew il-laqgħat tad-WTO f’Cancun kienu s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, il-kap tas-Segretarjat, is-Sur Iman Schembri u d-Direttur Ġenerali fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi is-Sur Joe Rapa.
Id-Delegazzjoni attendiet għall-laqgħat intensivi ta’ kordinazzjoni li saru għall-Ministri tal-Kummerċ ta’ l-Unjoni Ewropeja u li ġew indirizzati min-negozjaturi ewlenin ta’ l-Unjoni Ewropeja s-Sur Pascal Lamy u s-Sur Franz Fischer, kif ukoll għall-laqgħat tal-Ministri tal-Pajjiżi membri fil-WTO.
Kopja ta’ l-indirizz li għamel is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fil-ħames Konferenza Ministerjali organizzata mill-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ f’Cancun qegħda tiġi annessa.
Jista' il-Ministru jgħid xi tkun il-pożizzjoni ta' l-imprendituri lokali meta s-sussidju pprovdut għall-butir u trab tal-ħalib xkumat bħala materja u f'kompożizzjoni fi prodott lest skond l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products jirriżulta li spiċċa l-vot tiegħu, minkejja li t-tunnellaġġ in kwestjoni ma jkunx inqabeż u cioe' ikun għad baqa' importazzjoni xi ssir skond it-tunnellaġġ miftiehem bejn il-gvern u l-Unjoni ewropea sabiex iservi għad-domanda ta' pajjiżna?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3413, Seduta 84.
B'riferenza għas-Lm7 miljun sussidji fuq il-prezzijiet tal-prodotti ta' l -ikel għoljin, jista' il-Ministru jinformani kemm hu mistenni jogħla l-prezz tal-partijiet differenti tal-laħam taċ-ċanga tal-friża mpurtat (frozen beef cuts) separatament?
Response (DALLI, JOHN)
L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-prezzijiet tal-prodotti impurtati jvarjaw skond il-prezzijiet internazzjonali u l-kundizzjonijiet tas-suq. Is-sussidju fuq xi prodotti li ġie maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea huwa intiż biex jimmitiga xi differenzi li jista jkun hemm bejn il-prezz fl-Unjoni Ewropea u dak fis-suq internazzjonali. Għalhekk, dan fih inniffsu, m’ghandux iwassal għal xi lista ta’ prezzijiet riġidi fuq diversi prodotti li jkunu iddettati mill-Gvern.
B'riferenza għas-Lm7 miljun sussidji fuq il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel għoljin, jista' il-Ministru jinformani kemm hu mistenni jogħla l-prezz tal-ġobon cheddar - l-isem tad-ditta qed tintbagħat separatament - 250grams li fil-preżent huwa 44c u/jew 46c?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3422.
B'riferenza għas-Lm7 miljun sussidji fuq il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel għoljin, jista' il-Ministru jinformani kemm hu mistenni jogħla l-prezz taċ-ċikkulata bħal Mars, Bounty u Snickers separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3422.
B'riferenza għas-Lm7 miljun sussidji fuq il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel għoljin, jista' il-Ministru jinformani kemm hu mistenni jogħla l-prezz tal-gallettini, ġelati u kejkijiet separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3422.
B'referenza għas-Lm7 miljun lira sussidji fuq il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel għoljin, jista' il-Ministru jinfurmani kemm huwa mistenni jogħla l-prezz tal-Jams, cerials tal-breakfast, trab tal-ħalib xkumat separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3422.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li għaddew boarded out f’Malta u Għawdex separatament matul Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Jista’ il-Viċi Prim Ministru jinformani bl-istess tagħrif għall-istess perjodu tas-snin 2000, 2001 u 2002 rispettivament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1612 f’Seduta Numru 35.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta’ persuni li bdew jirċievu l-Pensjoni għall-Invalidita’ f’Malta u Għawdex fis-snin u x-xhur indikati mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet stmata l-ħsara kawżata mill-aħħar maltemp fiċ-Chadwick Lakes?
Kemm mill-fondi ta' solidarjeta' li l-Unjoni Ewropea se tagħti lil Malta u Għawdex se jmorru sabiex jissewwew u jiġu riabilitati l-ħsarat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Onor. Membru huwa mistieden jinnota id-diskors tiegħi waqt l-Estimi tal-Ministeru fuq dan is-suġġett.
Jista' il-Ministru jgħid xi tkun il-pożizzjoni ta' l-imprendituri lokali meta s-sussidju pprovdut għal-laħam aħmar importat skond l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products jirriżulta li spiċċa l-vot tiegħu, minkejja li t-tunnellaġġ in kwestjoni ma jkunx inqabeż u cioe' ikun għad baqa' importazzjoni xi ssir skond it-tunnellaġġ miftiehem bejn il-gvern u l-Unjoni ewropea sabiex iservi għad-domanda ta' pajjiżna?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sussidju fuq prodotti li ġie maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea huwa intiż biex jimmitika xi differenzi li jista jkun hemm bejn il-prezz fl-Unjoni Ewropea u dak fis-suq internazzjonali. L-ammonti massimi fi flus u/jew volumi li ġew maqbula se jiġu onorati mill-Gvern.
Jista' il-Ministru jgħid xi tkun il-pożizzjoni ta' l-imprendituri lokali meta s-sussidju pprovdut għal corned beef importat skond l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products jirriżulta li spiċċa l-vot tiegħu, minkejja li t-tunnellaġġ in kwestjoni ma jkunx inqabeż u cioe' ikun għad baqa' importazzjoni xi ssir skond it-tunnellaġġ miftiehem bejn il-gvern u l-Unjoni ewropea sabiex iservi għad-domanda ta' pajjiżna?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lil-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3413.
Jista' il-Ministru jgħid xi tkun il-pożizzjoni ta' l-imprendituri lokali meta s-sussidju pprovdut għaz-zokkor sew bħala materja prima u sew bħala kompożizzjoni skond l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products jirriżulta li spiċċa l-vot tiegħu, minkejja li t-tunnellaġġ in kwestjoni ma jkunx inqabeż u cioe' ikun għad baqa' importazzjoni xi ssir skond it-tunnellaġġ miftiehem bejn il-gvern u l-Unjoni ewropea sabiex iservi għad-domanda ta' pajjiżna?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3413.
Jista' il-Ministru jgħid xi tkun il-pożizzjoni ta' l-imprendituri lokali meta s-sussidju pprovdut għall-konsenja ta' l-edam cheese skond l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products jirriżulta li spiċċa l-vot tiegħu, minkejja li t-tunnellaġġ in kwestjoni ma jkunx inqabeż u cioe' ikun għad baqa' importazzjoni xi ssir skond it-tunnellaġġ miftiehem bejn il-gvern u l-Unjoni ewropea sabiex iservi għad-domanda ta' pajjiżna?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3413.
Jista' il-Ministru jgħid xi tkun il-pożizzjoni ta' l-imprendituri lokali meta s-sussidju pprovdut għall-konsenja taċ-cheddar cheese skond l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products jirriżulta li spiċċa l-vot tiegħu, minkejja li t-tunnellaġġ in kwestjoni ma jkunx inqabeż u cioe' ikun għad baqa' importazzjoni xi ssir skond it-tunnellaġġ miftiehem bejn il-gvern u l-Unjoni ewropea sabiex iservi għad-domanda ta' pajjiżna?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3413.
Jista' il-Ministru jgħid fejn illum qed ikun dispost id-demm li jirriżulta wara l-qatla tal-majjal u taċ-ċanga fil-Biċċerija? Kemm hu assigurat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li d-demm li jirriżulta wara l-qtil fil-biċċerija qiegħed jiġi dispost hekk kif kien ippjanat mill-Gvern Laburista meta bena l-biċċerija. Biss ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-futur id-demm sejjer jiġi trattat fl-inċineratur.
Jista' il-Ministru jgħid min huma r-rappreżentanti li qed jipparteċipaw fil-laqgħat u fis-seminars dwar il-GMO's?
Jista' jgħid kemm-il laqgħa attendew u xi proposti rrakkommadaw dawn il-persuni li qed jirrappreżentaw lill-pajjiżna f'dan il-qasam sensittiv?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Gvern ħatar Biosafety Co-Ordinating Committee (BCC) b’ rappreżentanza mid-Direttorat għall-Ħarsien ta’ l-Ambejnt fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA); mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA); mill-Ministeru għas-Saħħa; mill-Occupational Health and Safety Authority (OHSA); mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent; mis-Scientific Support and Advisory Sub-committee, li għandu jwassal għat-tfassil tal-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-Genetically Modified Organisms (GMOs)
Dawn jattendu għall-laqgħat kollha li jkunu msejħin mill-
Food Safety Commission
fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa.
Matul din is-sena (2003) ir-raprezentanta ta’ l-Aġent Direttur tad-Direttorat għall-Ħarsien ta’ l-Ambejnt fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) attendiet żewġ laqgħat barra minn Malta, waħda fi Brussels fis-27 ta’ Novembru dwar id-Direttivi l-ġodda ta’ l-Unjoni Ewropa fuq il-GMOs, u oħra mid-9 ta’ sat-12 ta’ Diċembru fuq
workshop
sub-reġjonali dwar kif tiżviluppa reġim regolatorju u sistemi amministrattvi biex jitwaqqaf Qafas Nazzjonali tal-Biosafety (
National Biosafety Framework
) organizzat mill-UNEP-GEF (
United Nations Environment Programme – Global Environment Fund
).
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-Kordin Grain Terminal ma tħabbarx li se jiġi privatizzat meta għalqet il-Medigrain għal dan il-għan minħabba li l-gvern ma jridx jibqa' attiv fil-kummerċ tal-qmuħ u ċ-ċereali?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li billi dan huwa statement u mhux mistoqsija ngħid biss li f'dan il-mument il-Gvern mhux qed jaħseb fil-privatizazzjoni tal-Kordin Grain Terminal.
B'referenza għall-ħaddiema fil-grad ta' messaġġiera u senior messengers taċ-Ċivil li għandhom l-allowance, l-allowance se jkun integrat fil-kalkoli għall fini tal-pensjoni u ċioe' tapplika għall-iskala biex tkun konformi mal-pagament inkwistjoni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema “allowance” qiegħed jirreferi.
Normalment “allowance” ma jiġix ikkalkulata għal fini ta’ pensjoni.
(Tweġiba mogħtija: 16/12/2003PM)
(Seduta Numru: 83)
B'refernza għas-sussidju ta' 7 miljuni mħabbra fil-Budget sabiex ma jogħlewx il-prezzijiet bħal fil-każ taz-zokkor, jista' il-Ministru jinfurmani jekk b'dawn is-sussidji l-prezz taz-zokkor għall konsumaturi huwiex se jibqa' dak ta' 15c il-kilo? F'każ li se jiżdied jista' il-Ministru jindika l-persentaġġ taż-żieda?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.