Legislature:
Category:
Reset
Active:

Prodotti ta' l-ikel — Prezzijiet

Question

B'riferenza għas-Lm 7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-1,500 tunnellata ta' "Other processed cheese(Kefoalo-tyri,) etc " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"? Jista il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87

Prodotti ta' l-ikel — Prezzijiet

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-1,000 tunnellata ta' "Edam cheese " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"? Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott ?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87

Ġobon edam — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3257 li titratta dwar it-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-" Edam cheese "meta jiġi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE? It-tunnellaġġ inkwestjoni skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru. 3480, Seduta nru. 88.

Prodotti ta' l-ikel — Prezzijiet

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-1,200 tunnellata ta' "chedder cheese " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"? Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87

Prodotti ta' l-ikel — Prezzijiet

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw il-500 tunnellata ta' "Others prepared processed domestic swine products " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"? Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

B'riferenza għat-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-"boneless crop chuck and blade and brisket cut bovine frozen" meta jiġi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE ? It-tunnellaġġ inkwestjoni skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-Kummissjoni Ewropeja għadha trid toħroġ regolamenti ġodda fuq il-kwoti, tariffi u dazji fuq importazzjoni minn pajjiżi terzi.

Prodotti ta' l-ikel — Prezzijiet

Question

B'referenza ghas Lm 7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-2,000 tunnellata ta' "boneless crop chuck and blade and brisket cut bovine frozen" skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"? Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħro l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta'dan il-prodott ?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentaru Numru 3477, Seduta 87.

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

B'riferenza għat-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-" hindquarters of bovine with bone frozen" meta jigi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE? It-tunnellagg inkwestjoni skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-mportazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika ukoll ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru. 3480.

Prodotti ta' l-ikel — Prezzijiet

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-4,200 tunnellata ta' " hindquarters of bovine with bone frozen" skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products "? Jista' jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issusidjat il-prezz għoli ta'dan il-prodott?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87.

Laħam tal-landa — Importazzjoni

Question

B'riferenza għat-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-"corned beef in airtight cans " meta jigi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE ? It-tunnellagg inkwestjoni skond "Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru. 3480.
Leg 10 PQ #3473 Sitting 87 2004-01-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Alterazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru alterazzjonijiet fl-istruttura tal-bini jew ta' attrezzament ta' l-isptar Mater Dei f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena? X'kienet ir-raġuni f'kull każ? Kemm kienu l-ispejjeż li daħliet għalihom il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi sabiex tħallas il-flus għal dawn l-alterazzjonijiet fl-istruttura tal-bini?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għargħur — Kumpens lil familji mid-dipartiment ta' l-artijiet

Question

Jista' il-Ministru jaġġornani dwar il-kumpens li għandu jitħallas lill-familji skond l-art in kwestjoni fi Triq Fra Dominiku Mifsud, fil-Għargħur mid-dipartiment ta' l-artijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Artijiet qiegħed jistenna lill-Awtorita` tat-Trasport biex tgħaddi l-fondi meħtieġa. Appena l-Awtorita` tat-Trasport tgħaddi l-fondi meħtieġa, id-Dipartiment tal-Artijiet jippubblika d-Dikjarazzjoni tal-President ta` Malta fil-Gazzetta tal-Gvern u jiddeposita l-flus il-bank. Meta jsir dan, is-sidien tal-art ikunu jistgħu jiġbru l-flus.

Siġġiewi — Triq Dun Ġuże' Delia

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet li kienu bdew fi Triq Dun Ġuże' Delia, fis-Siġġiewi waqfu nofs leħja tant li l-parti ta' isfel tat-triq għadha ma ġietx asfaltata? Jista' jara li x-xogħlijiet jiġu ffinalizzati ħalli jiġi evitat kull inkonvenjent għar-residenti? Jekk fl-affermattiv, meta??

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi xogħol f'din it-triq ikun jista' jsir skond il-prijoritajiet li għandu quddiemu d-Direttorat wara li ssir l-espropjazzjoni ta' biċċtejn art li qed jimblukkaw din it-triq.

Qrati — Każi ta' pedofelija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti matul din is-sena fuq każi ta' pedofelija, abbużi sesswali fuq minorenni, bejgħ ta' xorb alkoħoliku bil-kuntrabandu u b'kuntrabandu ieħor?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2003, kien hemm 26 persuna li tressqu l-Qorti mill-Pulizija fuq akkużi ta` abbuż sesswali fuq minorenni. Kien hemm persuna oħra li ġiet akkużata fuq bejgħ ta` xorb alkoħoliku bil-kuntrabandu, filwaqt li 51 persuna oħra ġew akkużati in konnessjoni ma` xi tip ta` evażjoni ta` dazju.

Prodotti ta' l-ikel — Prezzijiet

Question

B'riferenza għas-Lm 7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-1,200 tunnellata ta' " corned beef in airtight cans " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products "? Jista jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħrog il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-Unjoni Ewropea sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta'dan il-prodott ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sussidju fuq prodotti li ġie maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea huwa intiż biex jimmitiga xi differenzi li jista' jkun hemm bejn il-prezz fl-Unjoni Ewropea u dak fis-suq internazzjonali. L-ammont ta’ sussidju fuq dawn il-prodotti mhuwiex wieħed fiss u jvarja minn żmien għal żmien.

Laħam taċ-ċanga

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 3241, jikkonferma il-Ministru li t-tariffa attwali tal-laħam taċ-ċanga minn non EU countries hija ta' Lm1.05c fil-kilo u dazju addizzjonali ta' 12.8% fuq il-valur tal-laħam impurtat fil-pajjiżi ,f'dak il-każ ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3456 Seduta Numru 86.

Sussidji fuq il-prezzijiet ta' l-ikel

Question

B'referenza għas-Lm7 miljun lira sussidji fuq il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel għoljin, jista' il-Ministru jinfurmani kemm huwa mistenni jogħla l-prezz tal-ġobon bħal Edam, Chedder, etc, separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3422, Seduta 85.

Laħam tal-landa — Prezzijiet

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun sussidji fuq il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel għoljin, jista' il-Ministru jinformani kemm hu mistenni jogħla l-prezz ta' landa corned beef ta' 198 gr li fil-mument hija 34c jew 40c u ta' 340gr li fil-preżent hija 40c jew 48c?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3422, Seduta 85.

Prodotti ta' l-ikel — Importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jinformani liema huma dawk il-prodotti ta' l-ikel li wara l-ewwel ta' Mejju li ġej l-importazzjoni tagħhom se tkun ikkontrollata permezz ta' kwota? Kemm hu t-tunnellaġġ tal-kwota, prodott prodott?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt il-Common Agriculture Policy hemm numru ta' tariff quotas u quantitative quotas li huma immaniġġjati mill-Unjoni Ewropeja u li għalihom jistgħu japplikaw operaturi lokali. Il-Kummissjoni Ewropeja se toħroġ regolamenti ġodda għal dan il-għan fil- ġimgħat li ġejjin.

Prodotti ta' l-ikel — Importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jinformani liema huma dawk il-prodotti ta' l-ikel li wara l-ewwel ta' Mejju li ġej l-importazzjoni tagħhom se tkun ikkontrollata permezz ta' tariffa? Kemm hija t-tariffa, prodott prodott?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinstab f'din il-website: http://europa.eu.int/comm/taxation_customs/dds/cgi-bin/tarchap?Lang=EN