Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 fir-Rabat, Malta?
Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa?
Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti tar-Rabat (Malta) matul is-sena 2003 kienu kif ġej:-
General theft 66
Pick-pocketing 18
Snatch and grab 1
Theft from bars/hotels 11
Theft from factories 3
Theft from residence 24
Theft from retail outlets 4
Theft from vehicle 103
Theft of vehicle 19
Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm46,187. S`issa tressqu 23 persuna il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 fl-Imtarfa?
Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa?
Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti tal-Imtarfa matul is-sena 2003 kienu kif ġej:-
General theft 6
Theft from residence 4
Theft from retail outlets 1
Theft from vehicle 8
Theft of vehicle 2
Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm2,096. S`issa tressqu 6 persuni l-Qorti in konnessjoni ma dawn ir-rapporti.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma l-prodotti li ma nipproduċux lokalment u jekk hux se jkollhom protezzjoni ta' special safeguards meta jiġu impurtati wara April tas-sena d-dieħla?
Response (DALLI, JOHN)
Peress li nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-iSpecial Safeguard Clause li ġiet negozjata ma’ l-Unjoni Ewropea għas-settur ta’ l-Agrikoltura, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn dan is-settur.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3352, jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-għajnuna finanzjarja li l-ministeru se jagħti lill-produtturi għal dan il-grading tal-bajd frisk matul is-sena d-dieħla?
Kemm huma l-farms f'Malta u Għawdex li bdew jagħmlu dan il-grading fil-preżent?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li s' issa għad m' hemm l-ebda domanda minn xi produttur li bi ħsiebu jagħmel il-grading tal-produzzjoni tal-bajd tiegħu.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li ssir laqgħa għall-membri parlamentari taż-żewġ naħat tal-Kamra dwar dan is-suġġett ħalli l-esperti jagħtu d-dettalji u tagħrif dwar il-GMO?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Is-suġġeriment, eventwalment, jista' jiġi kkunsidrat.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3359 u cioe' kemm kienet il-produzzjoni ta' ħalib frisk f'Malta u f'Għawdex din is-sena, separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Matul is-sena 2003 il-produzzjoni totali ta’ ħalib frisk kienet tammonta għal 8,546,962 gallun. F’ Malta kienet tammonta għal 6,176,034 gallun u f’ Æawdex kienet tammonta għal 2,370,928 gallun.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3407 u cioe' jista' jinforma lill-Kamra jekk il-prezz tal-ħobża ta' kuljum wara l-ewwel ta' Mejju li ġej huwiex se joħros jew jogħla u dan fid-dawl tal-bidla li se ssir f'dak li huwa l-qmuħ u ċ-ċereali? Kemm hu f'persentaġġ (%) li jista' jogħla jew jorħos il-ħobż f'Malta u f'Għawdex wara l-ewwel ta' Mejju li ġej?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-prezz tal-hobż f’Malta s-sena d-dieħla jogħla jew jinżel skond ċirkustanzi u fatturi li m’għandhom x’jaqsmu xejn mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 3396 u cioe' b'riferenza għas-sussidju ta' 7 miljun imħabbra fil-Budget sabiex ma jogħlewx il-prezzijiet bħal fil-każ taz-zokkor, jista' jinformani jekk b'dawn is-sussidji l-prezz taz-zokkor għall konsumaturi huwiex se jibqa' dak ta' 15c-il kilo? F'każ li se jiżdied, jista' jindika l-persentaġġ taż-żieda?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3422, Seduta 85.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' households li matul din is-sena kellhom is-servizzi tad-dawl u l-ilma sospiżi minħabba li rriżulta li kienu lura fil-pagamenti dovuti lill-entitajiet in kwestjoni?
Jista' jinformani bl-istess tagħrif ta' persuni self-empoyed, small businesses, fabbriki, lukandi, ristoranti, eċċ.?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 2160.
Dwar sospensjoni tas-servizz ta' l-ilma, mhux possibli li jingħata l-breakdown mitlub għax il-kategoriji ta' konsumaturi li ssemmew fil-mistqosija ma jirriflettux il-kategorji differenti ta' konsumatur fir-rekords tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Rigward is-servizz ta' l-elettriku ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2003, l-Enemalta għamlet 2703 sospensjonijiet tal-elettriku minħabba kontijiet mhux imħallsa.
Dawn is-sospensjonijiet kienu maqsumin hekk:
Settur Industrijali - 9
(Fabbriki)
Settur Kummerċjali kbir - 32
(lukandi, supermarkets,
Holiday Apartments etc)
Settur Kummerċjali żgħir - 423
(retail outlets, offices etc)
Settur Domestiku - 2239
Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li f'Novembru 2002 il-qatla tal-majjal kienet fil-livell ta' 981,693 kilos u f'Novembru ta' din is-sena laħqet biss 736,581 kilos?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nuqqas fil-piż tal-qatla għax-xagħar ta’ Novembru 2003 kien inqas minn Novembru 2002 minħabba li fis-sajf li għadda kien hemm iżjed mortalita’ mis-soltu minħabba is-sħana qawwija li ħakmet lil Malta. Kif jaf l-Onor. Membru l-piż ivarja minn perjodu għall-ieħor.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsijiet parlamentari 3349 u 1721, jista' il-Ministru jaġġornani dwar l-iżviluppi ta' kwestjoni fid-dawl tal-laqgħat li Pascal Lamy kellu ma' G20 dwar il-kontrolli tal-kwoti, dazji u tariffi ta' l-Unjoni Ewropea fuq il-prodotti tal-biedja?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Group of 20 għadhom għaddejjin. Ovvjament, nisperaw li nkunu nistgħu nirrappurtaw żviluppi b'mod iktar konkret fil-futur qarib.
Jista' il-Ministru jinformani bil-mard rari li ġie rreġistrat fl-isptarijiet tal-gvern u fl-isptarijiet tal-privat matul din is-sena? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002, rispettivament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li m'hemmx reġistru nazzjonali ta' mard rari.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 3358 dwar il-produzzjoni ta' bajd frisk, jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkolat l-investiment li jrid isir f'din l-industrija qabel u wara Mejju li ġej?
X'investiment sar s'issa f'dan i-rigward?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba tiegħu tirreferi għas-settur privat, u għaldaqstant il-livell ta’ investiment jiddependi mill-individwi. Ta min isemmi li l-Ministeru qed igħin permezz ta’ l-iSpecial Markets Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA). Fil-fatt, fl-2003 il-Ministeru għen lil dan is-settur billi tah għajnuna ta’ Lm 884,775.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma l-prodotti li ma nipproduċux lokalment u jekk hux se jkollhom protezzjoni ta' kwota meta jiġu impurtati wara April tas-sena d-dieħla?
Response (DALLI, JOHN)
L-Onorevoli Interpellant japprezza li l-prodotti li ma nipproduċux lokalment huma estensivi ħafna f'termini ta HS codes. Għaldaqstant, anke fil-kuntest tal-fatt li t-TARIC tispeċifika jekk prodott partikolari hux suġġett għal xi forma ta' kwota, l-Onorevoli Interpellant jista' jirreferi għall-web site tal-Kummissjoni li tipprovdi aċċess għat-TARIC, liema ndirizz elettroniku diġa kellna l-opportunita nispeċifikawh f'risposti riċenti li tajna.
B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw it-3,500 tunnellata ta' "Semolina (groats and meal of durum wheat " skond "Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"?
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamnetari 3269 u cioe' dik il-parti tal-mistoqsija li l-Ministru tal-Finanzi fir-risposta tiegħu rriferini biex nagħmilha lilek dwar kwoti?
B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-2,500 tunnellata ta' "Malt of other cereals excluding wheat flour " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"?
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamnetari 3267 u cioe' dik il-parti tal-mistoqsija li l-Ministru tal-Finanzi fir-risposta tiegħu rriferini biex nagħmilha lilek dwar kwoti?
B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw it-3,000 tunnellata ta' "ross" skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"?
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamnetari 3265 u cioe' dik il-parti tal-mistoqsija li l-Ministru tal-Finanzi fir-risposta tiegħu rriferini biex nagħmilha lilek dwar kwoti?