Legislature:
Category:
Reset
Active:

Miżbla tal-Magħtab — Ġrieden/insetti

Question

Xi pjan qed jattwa l-ministeru sabiex jiġu kkontrollati l-ispeċi perikolużi bħal ġrieden u insetti li jinsabu fil-miżbla tal-Magħtab? Jista' il-Ministru jassigura li s-sitwazzjoni fil-preżent u għal matul din is-sena hija waħda kkontrollata u mhux ta' allarm u ta' ebda periklu għaċ-ċittadini, b'mod partikolari ta' l-inħawi? Jista' jinformani jekk ġiex investigat dan l-aspett mill-esperti li għamlu diversi rapporti dwar il-Magħtab? Jekk hu l-każ, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rakkmandazzjonijiet li saru dwar dawn l-ispeċi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond investigazzjonijiet xjentifiċi li għaddejjin, ma teżisti l-ebda problema ta' insetti fuq il-Magħtab jew miżbliet oħra. Rigward il-problema tal-ġrieden, il-Gvern qed jieħu passi biex din il-problema tiġi kkontrollata. Mill-analisi li saru s'issa, kif ukoll bħala riżultat tal-miżuri li qed jittieħdu, s-sitwazzjoni hija taħt kontroll u mhux ta' allarm u ta' ebda periklu għaċ-ċittadini, b'mod partikulari ta' l-inħawi. Minħabba li x-xogħol għadu ma tlestiex u r-rakkomandazzjonijiet li saru għadhom qed jiġu diskussi, mhux opportun li dawn jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għargħur — Triq Fra Dominiku Mifsud

Question

Jista' il-Ministru jaġġornani dwar il-progress ta' mistoqsija parlamentari 3474 u cioe' meta d-dipartiment jew l-awtorita' tat-trasport se jħallas il-fondi dovuti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq biex jara x'inhi s-sitwazzjoni f'dan il-każ.

Dar il-Mediterran — Mużika disco waqt attivita'

Question

B'riferenza għall-problema ta' l-anzjani riferuti f'mistoqsijiet parlamentari 2766 u 3394 u l-fatt li nhar is-6 ta' Jannar 2004 sar ir-rapport lill-pulizija dwar l-inkonvenjent in kwestjoni, jista' il-Ministru jinformani bil-passi li ttieħdu u qed jittieħdu mill-pulizija kontra l-ksur ta' liġi? Jista' jara li ssir spezzjoni fuq il-fond in kwestjoni bil-għan li jsiru rakkomandazzjonijiet meħtieġa ħalli dan l-inkonvenjent ma jerġax jirrepeti ruħu? Jista' jara wkoll li għall-futur kemm-il darba l-permessi li jinħarġu mill-pulizija ma jiġux rispettati skond il-liġi, jittieħdu l-miżuri kollha possibbli biex il-mużika tieqaf fil-11.00 p.m. u mhux tkompli sejra sa wara s-1.00 a.m.?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-ġurnata msemmija mill-Onorevoli Interpellant, għal ħabta tal-11.30pm, il-Pulizija tal-Belt irċevew ilment fuq it-telephone, minn persuna li ma identifikatx ruħha, dwar daqq ta` mużika b`volum għoli fil-post imsemmi. Il-Pulizija marret fuq il-post fejn kien konfermat li kien hemm party u kienet qed tindaqq mużika. Fuq ordni tal-Pulizija l-attivita` waqfet. Dwar l-attrezzament f`dan iċ-ċentru, ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Dar il-Mediterran — Regoli ta' sound proofing

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3394, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-regoli ta' sound proofing li jeżistu fl-istabiliment in kwestjoni għall-attivitajiet tal-mużika? Jista' jinformani ma' liema regoli u standards ta' sound proofing ta' l-Unjoni Ewropea huma konformi l-permessi in kwestjoni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Membru li r-regolamenti tas-sound proofing li japplikaw għall-stabbilimenti simili ma jagħmilhomx dan il-Ministeru, għalhekk nitolbu jagħmel il-mistosija lil Ministru konċernat. Fir-rigward tal-permessi li għandhom iċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi jikkonformaw mar-regolamenti li hemm kurrenti fil-pajjiż. Madanakollu iċ-Ċentru qiegħed iħares lejn possibilitajiet sabiex il-ħsejjes jitaffew u diġa’ bdew xogħolijiet relativi.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 fl-Imġarr, Malta? Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa? Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti ta` l-Imġarr (Malta) matul is-sena 2003 kienu kif ġej:- General theft 14 Pick-pocketing 1 Theft from bars/hotels 11 Theft from beaches 46 Theft from residence 6 Theft from retail outlets 1 Theft from seacraft 2 Theft from vehicle 6 Theft of seacraft 1 Theft of vehicle 4 Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm13,814. S`issa għadu ma tressaq ħadd il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 f'Ħad Dingli? Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa? Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti ta` Ħad Dingli matul is-sena 2003 kienu kif ġej:- General theft 17 Pick-pocketing 1 Theft from residence 3 Theft from vehicle 5 Theft of vehicle 4 Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm3,691. S`issa tressqu 5 persuni il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 fis-Siġġiewi? Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa? Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti tas-Siġġiewi matul is-sena 2003 kienu kif ġej:- General theft 31 Pick-pocketing 1 Snatch and grab 1 Theft from bars/hotels 1 Theft from beaches 2 Theft from residence 12 Theft from retail outlets 1 Theft from vehicle 13 Theft of vehicle 9 Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm24,158. S`issa tressqu żewġ persuni il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 f'Ħ'Attard? Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa? Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti ta` Ħ`Attard matul is-sena 2003 kienu kif ġej:- General theft 38 Hold up 1 Theft from bars/hotels 3 Theft from factories 1 Theft from residence 14 Theft from retail outlets 5 Theft from vehicle 34 Theft of vehicle 22 Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm34,648. S`issa tressqu 10 persuni il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.

Kumpanniji — Kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali

Question

F'Malta u Għawdex separatament, fis-sena 2003 jista' il-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali tal-flus pendenti li għandhom iħallsu kumpanniji privati u tal-gvern għal kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali tal-ħaddiema lid-dipartimenti governattivi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tkun magħrufa meta d-dipartiment jipproċessa d-dokumenti tal-aħħar tas-sena tal-FSS li jibagħtu l-employers fl-ewwel xhur ta’ din is-sena dwar il-ħlas ta’ pagi u t-tnaqqis ta’ taxxa u kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ socjali li jkunu għamlu matul is-sena 2003.

Stabilimenti kummerċjali — Sospensjoni fil-provvista ta' l-elettriku

Question

F'Malta u Għawdex separatament fis-sena 2003, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' stabilimenti kummerċjali, lukandi, fabbriki, djar privati, eċċ., li l-korporazzjoni Enemalta issospenditilhom il-provvista tad-dawl minħabba l-arretrati li għandhom iħallsu għas-servizz in kwestjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3569.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 f'Burmarrad? Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa? Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti ta` Burmarrad matul is-sena 2003 kienu kif ġej:- General theft 1 Theft from residence 3 Theft from vehicle 3 Theft of vehicle 1 Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm1,586. S`issa għadu ma tressaq ħadd il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 fil-Mosta? Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa? Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti tal-Mosta matul is-sena 2003 kienu kif ġej:- General theft 64 Pick-pocketing 34 Snatch and grab 3 Theft from bars/hotels 3 Theft from factories 3 Theft from residence 17 Theft from retail outlets 23 Theft from vehicle 62 Theft of vehicle 31 Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm38,023. S`issa tressqu 4 persuni il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 fin-Naxxar? Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa? Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti tan-Naxxar matul is-sena 2003 kienu kif ġej:- General theft 64 Pick-pocketing 2 Theft from bars/hotels 9 Theft from beaches 4 Theft from factories 2 Theft from residence 9 Theft from retail outlets 11 Theft from seacraft 4 Theft from vehicle 52 Theft of seacraft 1 Theft of vehicle 21 Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm35,001. S`issa tressqu 12-il persuna il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 fil-Mellieħa? Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa? Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti tal-Mellieħa matul is-sena 2003 kienu kif ġej:- General theft 72 Pick-pocketing 2 Snatch and grab 2 Theft from bars/hotels 41 Theft from beaches 89 Theft from residence 22 Theft from retail outlets 7 Theft from seacraft 5 Theft from vehicle 49 Theft of seacraft 5 Theft of vehicle 10 Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm54,083. S`issa tressqu 17-il persuna il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 fil-Qawra? Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa? Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti tal-Qawra matul is-sena 2003 kienu kif ġej:- General theft 34 Hold up 2 Pick-pocketing 7 Snatch and grab 7 Theft from bars/hotels 72 Theft from beaches 17 Theft from residence 23 Theft from retail outlets 13 Theft from seacraft 1 Theft from vehicle 63 Theft of seacraft 2 Theft of vehicle 19 Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm52,734. S`issa tressqu 9 persuni l-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 f'Buġibba? Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa? Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti ta` Buġibba matul is-sena 2003 kienu kif ġej:- General theft 28 Pick-pocketing 9 Snatch and grab 4 Theft from bars/hotels 42 Theft from beaches 17 Theft from residence 7 Theft from retail outlets 6 Theft from vehicle 44 Theft of seacraft 1 Theft of vehicle 21 Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm14,667. S`issa tressqu 25 persuna il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.

Bdiewa/raħħala — Ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3365 dwar ħsarat li sofrew il-bdiewa kawża tal-maltemp, jista' il-Ministru jagħtini breakdown tan-numru tal-bdiewa li se jitħallsu? Kemm hu l-persentaġġ li se jieħdu bħala kumpens il-bdiewa meta paragunat maċ-ċifra oriġinali li talbu l-bdiewa infushom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li peress li l-Unjoni Ewropeja għadha ma ħaditx deċiżjoni finali dwar it-talba ta’ Malta għall-kumpens mill-fond ta’ solidarjeta’, ma nistax nagħti tweġiba għal din il-mistoqsija.

Qatla tal-majjal u taċ-ċanga

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3366 dwar demm li jirriżulta wara l-qatla tal-majjal u taċ-ċanga fil-biċċerija, jista' il-Ministru jinformani għaliex il-gvernijiet Nazzjonalisti sa mill-1987 'il h awn ħallew din is-sistema u cioe' ma nvestewx f'teknoloġija aktar aġġornata li naturalment f'dan ir-rigward żviluppat wara l-1987?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor. Membru huwa mitlub jinnota t-tweġiba supplimentari tiegħu li jien tajt fis-Seduta Nru. 83

Chadwick Lakes — Ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 3408, peress li fid-diskors ta' l-estimi tal-budget tal-ministeru, il-Ministru ma qalx kemm hi ċ-ċifra ta' flus stmata għall-ħsarat kawżati fil-maltemp fil-wied in kwestjoni, jista' għaldaqstant jirrispondini u jagħti ċ-ċifra mitluba? Jista' ukoll jgħid kemm speċifikament kienet it-talba għall-kumpens li l-Gvern Malti ressaq lill-Unjoni Ewropea sabiex din tikkumpensa lura mill-fond tas-solidarjeta'?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li huwa diffiċli ħafna li tiġi kkwantifikata l-ħsara li saret speċifikament fiċ-Chadwick Lakes, jew aħjar Wied il-Qlejja. Nitlob lill-Onor. Interpellant li rigward talba għall-kumpens tal-Gvern Malti lill-Unjoni Ewropeja jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 fil-Għargħur Malta? Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa? Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti tal-Għargħur matul is-sena 2003 kienu kif ġej:- General Theft 7 Pick-pocketing 1 Theft from residence 3 Theft from retail outlets 1 Theft from vehicle 6 Theft of vehicle 4 Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm2,960. S`issa għadu ma tressaq ħadd il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.