Legislature:
Category:
Reset
Active:

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3480 li għamiltlek fid-9 ta' Diċembru, 2003, tista' jekk jogħġbok tinformani bl-aħħar żviluppi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-pożizzjoni għadha ma nbidlitx fis-sens li l-Kummissjoni Ewropeja ma ħarġitx regolamenti dwar kif ser jiġu allokati l-kwoti lill-operaturi ta’ pajjiżi Membri ġodda kif ukoll dwar ir-rati preferenzjali marbuta ma dawn il-kwoti.
Leg 10 PQ #4166 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Talbiet għal ċittadinanza Maltija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' talbiet pendenti għall-approvazzjoni taċ-ċittadinanza Maltija li fil-preżent għandu l-uffiċċju tiegħu? X'nazzjonalita' għandhom dawn il-persuni u kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel u x'etajiet għandhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Inżid ngħid li ma tinżammx statistika dwar l-eta` kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 10 PQ #4167 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li matul is-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija? X'nazzjonalita' kellhom u/jew irrinunzjaw għaliha?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` persuni barranin li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija fis-snin mitluba mill-Onor. Interpellant huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Inżid ngħid li dawk il-persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija wara l-10 ta` Frar 2000 jistgħu jibqgħu jżommu ċ-ċittadinanza tagħhom flimkien ma` dik Maltija jekk il-liġi ta` pajjiżhom tippermetti dan.
Leg 10 PQ #4168 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorita' kompetenti — Każi ta' korruzzjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' korruzzjoni li tressqu matul l-2003 quddiem l-awtorita' kompetenti? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 separatament?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-ammont ta’ każi li tressqu quddiem il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni bejn is-snin 1999 sa 2003 huma dawn:- 1999 - 18 2000 - 13 2001 - 12 2002 - 15 2003 - 3
Leg 10 PQ #4169 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni dwar is-servizz pubbliku

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' każi mressqa quddiem il-public service commission?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-każijiet tad-dixxiplina ġew delegati lill-Kapijiet tad-Dipartimenti u għalhekk dawn il-każijiet m’għadhomx jgħaddu mill-Uffiċċju tiegħi. Dwar id-Dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tiegħi, ninsab infurmat li bħalissa hemm żewġ każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Fir-rigward tal-Ministeri l-oħra, nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministri rispettivi.
Leg 10 PQ #4170 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Ħaddiema

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li spiċċaw bl-eta' ta' 60 u 61 sena matul is-sena li għaddiet (2003) maċ-ċivil? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema fiċ-ċivil li spiċċaw boarded out u /jew tkeċċew mis-servizz u/jew emigraw u/jew telqu, eċċ.? Jista' jinforma lill-Kamra bl-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Il-“Management and Personnel Office” ma jżommx informazzjoni separata ta’ impjegati li jkunu spiċċaw mis-Servizz biex jemigraw. Dawn il-persuni huma nklużi man-numru ta’ dawk li rriżenjaw.

Mard fuq l-annimali

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra liema kien il-mard reġistrat fuq it-tjur, il-bhejjem u annimali oħra, separatament f'Malta u Għawdex matul is-sena 2003?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2003 la ġie rraportat u lanqas ikkonfermat xi mard li huwa nfettiv u / jew kontaġġjuż li jaqa' taħt notifika jew li huwa fil-lista A tal-Office of the International Epizootics ( OIE).

Mard fuq is-siġar tal-frott

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-kamra liema kien il-mard reġistrat fuq is-siġar tal-frott u taċ-ċitru separatament f'Malta u Għawdex matul is-sena 2003?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar il-mard fuq is-siġar taċ-ċitru, u s-siġar tal-frott li ġie reġistrat f’ Malta matul is-sena 2003 Dwar il-parti ta’ mard li ġie reġistrat Għawdex, l-Onor. Interpellant hu mitlub li jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Mard fuq iż-żriegħ tal-patata u l-ħxejjex

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra liema kien il-mard reġistrat fuq il-varjetajiet taż-żriegħ tal-patata u tal-ħxejjex separatament f'Malta u Għawdex matul is-sena 2003?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar il-mard reġistrat fuq il-patata u ħxejjex oħra f’ Malta matul 2003 Dwar il-parti ta’ mard li ġie rreġistrat Għawdex l-Onor. Interpellant hu mitlub li jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministeru għal Għawdex.
Leg 10 PQ #4089 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għargħur — Skola primarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' tfal li qed jattendu l-iskola primarja tal-Għargħur fil-preżent? Kemm kien in-numru ta' tfal li bdew is-sena skolastika attwali f'din l-iskola? Jista' jinformani sena b'sena, matul dawn l-aħħar ħames snin, kemm kien in-numru ta' tfal li attendew l-iskola primarja tal-Għargħur?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-preżent in-numru ta' tfal li qed jattendu l-iskola primarja tal-Għargħur huwa: Kindergarten - 25 Primarja - 61 In-numru ta' tfal li bdew is-sena skolastika attwali f'din l-iskola huwa: Kindergarten - 17 Primarja - 61 In-numru ta' tfal li attendew l-iskola primarja tal-Għargħur matul dawn l-aħħar ħames snin huwa kif jidher hawn taħt: Kindergarten Primarja Sena Skolastika 2002/03 27 68 Sena Skolastika 2001/02 35 67 Sena Skolastika 2000/01 35 71 Sena Skolastika 1999/00 21 81 Sena Skolastika 1998/99 27 90

Taxxi Interni — Ħlas ta' arretrati/taxxa tal-VAT

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm hu n-numru ta' persuni u kumpanniji li fil-preżent għandhom xi forma ta' arranġamenti speċjali sabiex iħallsu l-arretrati tal-pagamenti dovuti minnhom tat-taxxa u kif ukoll tat-taxxa tal-VAT f'Malta u Għawdex, separatament? Kemm hu l-valur taċ-ċifra globali tal-flus in kwestjoni li trid tinġabar permezz ta' dawn l-agreements?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT, f’każijiet speċjali biss jasal f’arranġament ma’ persuni u kumpaniji biex l-ammont dovut jitħallas fuq medda ta’ żmien raġonevoli. L-interessi u t-taxxa addizzjonali dovuti jibqgħu għaddejjin sakemm l-ammont jitħallas kollu. Hemm 27 persuni/kumpanji li għandhom dan it-tip ta’ arranġament għal somma globali ta’ Lm2,227,371. L-informazzjoni mitluba dwar it-taxxa fuq id-dħul tinsab fit-tabella mehmuża.

WSC — Ħlas ta' arretrati ta' kontijiet pendenti

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm hu n-numru ta' persuni u kumpannija li fil-preżent għandhom agreement speċjali mal-korporazzjoni tad-dawl u l-ilma sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti li għandhom għas-servizzi tal-provvista tad-dawl u l-ilma? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal Malta u Għawdex separatament kif ukoll jinformani kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus in kwestjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Dar il-Mediterran — Sistema ta' cooling towers

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3394, jista' il-Ministru jara li jiġi nvestigat kif hu possibbli li jinstab rimedju ħalli jkun evitat l-inkonvenjent ta' l-istorbju kkawżat mis-sistema attwali tal-cooling towers? Billi jirriżulta li dawn il-cooling towers saru snin ilu u allura jista' jagħti l-każ li m'humiex konformi mar-regoli u l-istandards taż-żmenijiet tal-lum, jista' jara li jsiru l-alterazzjonijiet meħtieġa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Intepellant li l-cooling towers saru skond is-sengħa u l-arti u għadhom fi stat tajjeb. M'hemmx il-ħsieb li dawn jinbidlu. Biss qiegħed isir studju biex jiġi determinat kif jistgħu jitnaqqsu dawn il-ħsejjes.
Leg 10 PQ #3793 Sitting 100 2004-02-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-saħħa — Mediċini

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa ta' flus li nefaq id-dipartiment tas-saħħa għall-mediċini separatament fl-isptarijiet tal-gvern, ċentri tas-saħħa u bereġ separatament matul is-sena 2003? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 2002, 2001, 2000 u 1999 separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta — Ta' Mlit - asfaltar ta' toroq

Question

B'riferenza għall-petizzjonijiet li tressqu fil-parlament f'isem ir-residenti Ta' Mlit, fil-Mosta matul il-leġislatura parlamentari preċedenti u fid-dawl tas-sitwazzjoni kif espressa mis-Sur Anthony Pace fil-ġurnal The Tiems of Malta ta' nhar is-27 ta' Jannar, 2004 li kopja tagħha qed tintbagħat separatament, jista' il-Ministru jifhem l-urġenza tax-xogħlijiet u jgħarrafni mingħajr iktar telf ta' żmien meta se jitlestew it-toroq żdingati fl-inħawi Ta' Mlit, fil-Mosta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport nidhiet diversi proġetti ta' toroq fil-Mosta li jinkludu t-toroq fl-area ta' Xkora, il-bini tal-bypass il-ġdida bejn il-Mosta u n-Naxxar, il-bini mill-ġdid ta' Triq il-Belt Valletta u l-kostruzzjoni ta' Triq il-Ħtajriet. Ma' dawn irid jiżdied ix-xogħol li tlesta' mill-Awtorita' dwar it-Trasport flimkien mal-Kunsill Lokali fi Triq il-Kbira sabiex titnaqqas ukoll il-problema ta' l-għargħar waqt ix-xita. Fil-preżent ingħataw kuntratti biex ikunu jistgħu isiru toroq Walter Salamone, Ġużeppi Hyzler, Ġanni Vella, l-Awrora u parti minn Mons. M. Azzopardi, Dun Ang Dingli, Triq il-15 t'Awissu, Triq il-Kulleġġ u Triq Carmelo Schembri, filwaqt li ser jitkompla x-xogħol biex isiru Triq Ċinju, Barjol Waqqafa u Antini. Dawn ix-xogħolijiet ilaħħqu spiża ta' aktar minn Lm1.8 miljun. Fir-rigward ta' toroq oħra fil-lokalita', dawn ikunu jistgħu isiru aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat tat-Toroq.

Toroq — Asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm mill-fondi tal-protokoll Taljan se jintużaw sabiex isiru toroq fil-lokal tar-Rabat u l-limiti tiegħu, l-Imtarfa u l-Mosta? Jista' jinformani liema toroq se jiġu rranġati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3761.
Leg 10 PQ #4085 Sitting 100 2004-02-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-sanita' — Containers bit-tiġieġ

Question

Jista' il-Ministru jagħtini breakdown ta' kemm ġew meqruda containers bit-tiġieġ maqbuda mid-dipartiment tas-sanita' matul din is-sena u s-sena li għaddiet 2003? Jista' jinformani bit-tunnellaġġ ta' tiġieġ li nqerdu wara li ġew maqbuda mid-dipartiment tas-sanita'? Jista' jipprovdi l-informazzjoni għas-snin 2002, 2001 u 2000 separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li matul din is-sena w s-sena li għaddiet ġew maqbuda tlitt (3) containers bit-tiġieġ minn uffiċċjali tas-sanita'. Il-kontenut ta' wieħed minn dawn il-containers li kien jammonta għal 2850 kilo, ġie meqrud b'ordni tal-qorti. Il-piż tal-kontenut taż-żewġ containers l-oħra, m'hux stabbilit għaliex kien diffiċli li tali tiġieġ jintiżnu, peress li kienu ammonti kbar. Dawn it-tiġieġ għadhom ma' nqerdux, għaliex il-każ għadu sub-judice. L-ammont ta' tiġieġ illi ġew maqbuda mid-dipartiment tas-sanita', matul is-snin 2000, 2001, u 2002, hu kif jidher hawn taħt: 2000- 588.7 kilogrammi 2001- 600 kilo 2002- 200 kilo Fis-sena 2003, ġew maqbuda 4560 kilo. Dawn jinkludu l-2850 kilo li ġew meqruda, kif diġa msemmi.

WSC — Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Fil-preżent f'Malta u Għawdex separatament, jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' arretrati ta' kontijiet tad-dawl u l-ilma li qed jitħallsu b'arranġamenti speċjali minħabba li ħlas dovut ma sarx lill-korporazzjoni in kwestjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

L-arretrati li qed jithallsu b'arrangamenti specjali minhabba hlas dovut li ma sarx lil Water Services Corporation u l-Enemalta Corporation huwa hekk kif indikat hawn taht: Numru ta' Kontijiet Ilma Dawl Malta 1199 341 Ghawdex 45 xejn Total 1244 341

Esperti fil-qasam tat-trobbija tal-fniek u tal-majjal

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li s-sena li għaddiet il-Gvern Malti ma talabx lill-FAO sabiex tibgħat esperti fil-qasam tat-trobbija tal-fniek u tal-majjal sabiex jassessjaw u jirrikkmandaw miżuri li jirrimedjaw id-diffikultajiet attwali fit-trobbija ta' dawn l-industriji lokali? F'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm inġiebu minn żmien għal żmien esperti mill-FAO u/jew istituti, eċċ., sabiex jassessjaw u jirrikkmandaw soluzzjonijiet għal diffikultajiet li minn żmien għal żmien jolqtu lil dawn l-industriji?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Gvern is-sena l-oħra bagħat uffiċjal fl-Universita’ ta' Zaragosa biex jispeċjalizza fit-trobbija tal-fniek. Ninfurmah ukoll li kemm l-għaqda tal-fniek, kif ukoll il-Ko-operattiva ta' min irabbi l-majjali (KIM) ġabu espert huma wkoll minn barra. Fil-fatt il-Ko-operattiva ta' min irabbi l-majjali (KIM), flimkien mad-Diviżjoni tal-Ikel u Attivita’ Veterinarja għamlet programm ta' upgrading tal-ġenetika fil-majjal, liema programm ser jibda fil-futur viċin. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li d-diffikultajiet li jġibu magħhom dawn iż-żewġ industriji minn jum għal jum jingħataw pariri mill-Veterinarji tad-Divizzjoni tal-Ikel u Attivita’ Veterinarja, u minn uffiċjali oħra fid-dipartiment tal-agrikoltura. Ta’ min igħid ukoll li kemm jista’ jkun il-Ministeru qed jipprova jkollu dejjem aktar nies imħarrġa billi jsaħħaħ l-administrative capacity tiegħu u b’ hekk inaqqas d-dipendenza fuq expertise barranija.