Ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent — Kiri ta' affarijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekastru tal-ministeru?
Kemm hi r-rata tal-kirja kull ġurnata f'kull każ separatament?
Fil-preżent, kemm hi ċ-ċifra taż flus tal-kontijiet pendenti li l-ministeru u l-entitajiet għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet?
Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet?
Jista' jinformani kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onor. Membru fil-Mistoqsija tiegħu mhux se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna jew għal xi benefiċċju relevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jinħtieġ f'kull Ministeru u Dipartiment sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba ikun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista' jintuża aħjar.
L-Onor. Membru għandu jikkunsidra jagħmel Mistoqsija aktar iffokata u ristretta.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Skejjel ta' l-istat — Studenti ta' nazzjonalita' barranija
Question
Matul is-sena li għaddiet, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal/studenti barranin li qed jattendu l-iskejjel ta' l-istat? X'reliġjon iħaddnu u x'nazzjonalita' għandhom? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal din is-sena kif ukoll jinformani xi ħlasijiet dawn iħallsu lill-istat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul is-sena skolastika 2002-2003, tfal/studenti barranin fl-iskejjel ta' l-istat kienu 232.
Matul is-sena 2003-2004 in-numru tela' għal 362.
Informazzjoni dwar x'reliġjon iħaddnu ma teżistix.
Ir-rata tal-ħlas għal kull semestru hija ta':
Kinder/Primarja - Lm 67
Sekondarja - Lm 80
Post-Sekondarja - Lm 94
In-nazzjonalita' ta' l-istudenti hija kif murija fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-għoli tal-prezzijiet tal-mediċini u tal-prodotti ta' l-ikel u x-xorb inkluż l-ilma, li rriżultaw fix-xahar ta' Jannar 2004, ma jħossx il-Viċi Prim Ministru li ż-żieda ta' 50c fil-ġimgħa lill-pensjonanti u l-familji li jiddependu mill-benefiċċji soċjali, mhux biżżejjed quddiem din l-ispiża ġdida li qed isofru dawn il-familji Maltin u Għawdxin?
Kif jispjega l-fatt il-Viċi Prim Ministru li nħoloq dan il-piż finanzjarju fuq dawn il-familji meta l-gvern wiegħed u għadu jwiegħed li l-prezzijiet ta' l-ikel u x-xorb fost oħrajn kellhom jorħsu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żieda li tingħata għall-għoli tal-ħajja fir-rata tal-benefiċċji mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali hi regolata bl-artikoli 90A u 90B ta’ l-istess Att.
Irrid infakkar lill-Onor. Interpellant li minbarra ż-żieda li rrefera għaliha, din is-sena ser jitħallas ukoll bonus speċjali ta’ Lm39 lil dawk li qed jirċievu pensjoni jew Għajnuna Soċjali taħt l-imsemmi Att. Din is-sena ser jitħallas wkoll bonus speċjali ieħor ta’ Lm13 lil dawk li qed jirċievu l-Għajnuna Supplimentari.
Għalhekk mhux korrett li jingħad li l-pensjonanti u dawk li jiddependu mill-benefiċċji soċjali ser jieħdu biss żieda ta’ 50ċ fil-ġimgħa.
Ministeru għall-politika soċjali — Kiri ta' affarijiet
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, xtieli/pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru? Kemm hi r-rata tal-kirja kull ġurnata f'kull każ separatament? Fil-preżent, kemm hi ċ-ċifra ta' flus tal-kontijiet pendenti li l-ministeru u l-entitajiet għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet? Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onor. Membru fil-Mistoqsija tieghu mhux ser twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika ta’ pajjiżna jew għal xi benefiċċju relevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jinħtieġ f’kull Ministeru u Dipartiment sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba ikun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista jintuża aħjar.
L-Onor. Membru għandu jikkunsidra jagħmel Mistoqsija aktar iffokata u ristretta.
Tista' il-Ministru tgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekastru tal-ministeru?
Kemm hi r-rata tal-kirja kull ġurnata f'kull każ separatament?
Fil-preżent, kemm hi ċ-ċifra taż flus tal-kontijiet pendenti li l-ministeru u l-entitajiet għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet?
Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet?
Tista' tinformani kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru fil-Mistoqsija tiegħu mhux se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna jew għal xi benefiċċju relevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jinħtieġ f'kull Ministeru u Dipartiment sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba ikun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista' jintuża aħjar.
L-Onorevoli Membru għandu jikkunsidra jagħmel Mistoqsija aktar iffokata u ristretta.
Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekastru tal-ministeru?
Kemm hi r-rata tal-kirja kull ġurnata f'kull każ separatament?
Fil-preżent, kemm hi ċ-ċifra taż flus tal-kontijiet pendenti li l-ministeru u l-entitajiet għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet?
Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet?
Jista' jinformani kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru fil-Mistoqsija tiegħu mhix se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna jew għal xi benefiċċju relevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jinħtieġ f'kull Ministeru u Dipartiment sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba ikun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista' jintuża aħjar.
L-Onorevoli Membru għandu jikkunsidra jagħmel Mistoqsija aktar iffokata u ristretta.
Minsiteru għaż-żgħażagħ u kultura — Kiri ta' affarijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekastru tal-ministeru?
Kemm hi r-rata tal-kirja kull ġurnata f'kull każ separatament?
Fil-preżent, kemm hi ċ-ċifra taż flus tal-kontijiet pendenti li l-ministeru u l-entitajiet għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet?
Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet?
Jista' jinformani kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onor. Membru fil-Mistoqsija tiegħu mhux se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna jew għal xi benefiċċju relevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jinħtieġ f'kull Ministeru u Dipartiment sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba ikun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista' jintuża aħjar.
L-Onor. Membru għandu jikkunsidra jagħmel Mistoqsija aktar iffokata u ristretta.
Jista' il-Ministru jaġġornani dwar meta l-bdiewa, ir-raħħala, eċċ. se jkunu nformati dwar l-iżviluppi tar-reġistrazzjonijiet tar-raba li għamlu snin ilu skond is-sejħiet li saru u li għalihom ħallsu eluf ta' liri u għadhom ma jafu xejn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjonijiet li saru taħt l-Iskema sabiex tingħata qbiela fuq art agrikola tal-Gvern bħalissa qed jiġu pproċessati. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant f`dak li għidt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2071 ċioe`, li b`kollox saru madwar 10,000 applikazzjoni u li x-xogħol meħtieġ huwa invarjabilment wieħed laboruż u jieħu fit-tul. F`kull każ li jkun qed jiġi pproċessat it-Taqsima iżżomm kuntatt mal-applikant u tinfurmah b`dak li jkun hemm bżonn sabiex jiġi pproċessat il-każ tiegħu. It-Taqsima qed tagħmel l-almu kollu tagħha sabiex, fid-dawl tar-riżorsi tagħha tipproċessa l-applikazzjonijiet.
Pulizija — Membri li ġew mogħtija każi ta' dixxiplina
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija u/jew uffiċjali fil-korp li ġew mogħtija każi ta' dixxiplina u/jew ġew investigati matul l-2003? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
Sena
Każi ta` dixxiplina deċiżi quddiem il-Kummissarju
Numru ta` każi skond ir-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku
(Proċedura ta` Dixxiplina)
1999
503
7
2000
170
1
2001
230
-
2002
271
-
2003
167
12
Kummissjoni Maltija fi Brussell — Persuni li se jservu f'oqsma varji tal-biedja
Question
Jista' il-Minsitru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tas-cv tal-persuni li se jservu fil-kummissjoni Maltija fi Brussell fl-oqsma varji tal-biedja, sajd, veterinarji u l-iżvilupp rurali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li preżentament għall-laqgħat tal-kumitati fil-Kummissjoni Ewropeja qed jattendu uffiċjali fil-Ministeru sakemm ikunu maħtura uffiċjali fil-Missjoni ta’ Brussell skond struttura mfassla mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' għalliema fl-iskejjel ta' l-istat li rrappurtaw leave jew sick leave matul is-sena skolastika 2002/2003 u matul is-sena skolastika 2003/2004 sa llum?
Kemm-il ġurnata leave u/jew sick leave ħadu bejniethom matul dan l-istess perjodu skolastiku?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li, matul is-sena skolastika 2002/2003, kien hemm 1,882 għalliem li, bejniethom, ħadu total ta' 14,815-il ġurnata sick leave. Mill-bidu tas-sena skolastika 2003/2004 sa llum, kien hemm 1,503 għalliema li flimkien ħadu total ta' 8,109 ġranet sick leave.
L-għalliema m'għandhomx dak li aħna normalment ngħidulu leave. L-għalliema jieħdu l-leave tagħhom fil-vaganzi stabbiliti meta l-iskejjel ikunu magħluqin.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti rappurtati fl-iskejjel ta' l-istat għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena li sofrew l-istudenti fil-kinder, primarja, sekondarja u l-MCAST separatament? X'tip ta' inċidenti kienu?
Kemm-il każ ta' serq ġie rappurtat mill-istess studenti separatament fl-istess perjodu?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif għadu qed jinġabar mill-iskejjel u jiġi verifikat. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li fil-ġnub tal-bypass ta' Burmarrad ma nbnewx ħitan karatteristiċi tas-sejjieħ flok dawk tal-franka?
Għaliex il-Ministru ma jarax li f'toroq bħal dawn f'arterji ta' zona rurali, jinbnew ħitan tas-sejjieħ flok tal-franka mal-ġnub tat-toroq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Kif jaf sew l-Onor. Interpellant il-ħitan imsemmija nbnew (fejn inbnew) minnflok ħitan tal-franka oħra li kienu jeżistu.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-protokolli bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan li mistennija jiġġeddu matul din is-sena? Jista' jinforma lill-Kamra bil-protkolli/arranġamenti speċjali li fil-mument pajjiżna għandu mal-Gvern Libjan u jgħid x'se tkun il-pożizzjoni ta' dawn l-arranġamenti mill-1 ta' Mejju, 2004 'il quddiem?
Response (BORG, JOE)
Fost il-Protokolli u l-Arranġamenti eżistenti bejn Malta u l-Libja li huma rinovabbli perjodikament, hemm l-Arranġament dwar il-provvediment ta' ammonti ta' żejt u prodotti taż-żejt mil-Libja lill-Enemalta u l-Arranġamenti Bankarji bejn il-Banek Ċentrali ta' Malta u tal-Libja illi permezz tagħhom il-pagamenti ta' ċerti prodotti u servizzi esportati lejn il-Libja jitpaċew kontabilment ma' l-importazzjoni taż-żejt mill-Libja.
Bis-sitwazzjoni favorevoli fis-swieq internazzjonali taż-żejt, mhux vantaġġjuż għal Malta li timporta ammonti ta' żejt taħt il-provvediment imsemmi, u għalhemm dan l-Arranġament ma ġiex rinnovat għal din is-sena kurrenti.
Protokoll ieħor li preżentement huwa in vigore u li ser jiġi affettwat mill-1 ta' Mejju tal-2004 huwa l-Protokoll bilaterali dwar id-dħul u l-ħruġ ta' ċittadini mill-pajjiż rispettiv li kien iffirmat fl-1987 u li kien jiffaċilita l-proċeduri ta' safar permezz ta' l-użu ta' dokument ta' identita' minflok passaport. Kif diġa spjegajt f'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3323 mogħtija fis-seduta numru 74 tad-9 ta' Diċembru, 2003, għalkemm dan il-Protokoll jinħtieġ li jiġi abrogat taħt ir-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bilaterali mal-Libja sabiex tkun introdotta sistema reċiproka effiċjenti ta' ħruġ ta' visa fuq il-passaport.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus li ħallsu l-pensjonanti f'taxxa fuq il-pensjoni matul is-sena 2003?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont totali ta’ taxxa mnaqqsa mill-pensjonijiet imħallsa mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali matul l-2003 kien ta’ Lm1,301,303.
Din iċ-ċifra hija l-ammont ta’ taxxa li nżammet minn ras il-għajn (withholding tax) u li għalhekk mhux neċessarjament t-taxxa li attwalment se tkun dovuta mill-pensjonanti meta jibagħtu l-formola tat-taxxa relattiva.
Dipartiment tat-taxxi interni — Kumpanniji mħarrka minħabba ħlas ta' PAYE
Question
Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm huma l-kumpanniji li qed jiġu mħarrka mid-dipartiment tat-taxxi interni għaliex ma ħallsux il-PAYE tal-ħaddiema?
Kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali li jridu jħallsu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dawk il-kumpaniji jew employers (min iħaddem) li d-dipartiment qed jieħu passi legali kemm fuq FSS (Final Settlement System: PAYE) jew SSC (Social Security Contributions: NI) għas-snin 1998 sal-2003 huma kif jidher fit-tabella mehmuża.
Dipartiment tat-taxxa tal-VAT — Kumpannija mħarrka fuq ħlas ta' taxxa tal-VAT
Question
Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kumpanniji u persuni li qed jiġu mħarrka mid-dipartiment tat-taxxa tal-VAT għaliex ma ħallsux it-taxxa tal-VAT dovuta?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul Jannar sa’ Dicembru 2003, kien hemm 232 kumpanija u 192 individwu li ġew mħarrka mid-Dipartiment tal-VAT permezz ta’ passi civili.
Jista' il-Ministru jinformani x'se tkun il-pożizzjoni ta' ċittadini Libjani fl-eventwalita' tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?
Kif se jaħdem il-proċess sabiex dawn ma jkollhomx bżonn japplikaw għall-visa biex jidħlu f'pajjiżna?
Response (BORG, TONIO)
B`effett mill-1 ta` Mejju 2004 ser ikun hemm bżonn visa biex ċittadin Libjan jidħol f`Malta, ħlief persuni li s-soltu jiġu eżentati.
Meta nidħlu fis-sistema Schengen, il-visa maħruġa liċ-ċittadini Libjani tintitolahom li jidħlu mhux biss f`Malta, iżda fi kwalunkwe pajjiż tal-Unjoni Ewropeja li aċċettaw Schengen.