Legislature:
Category:
Reset
Active:

Salvagwardji tal-biedja

Question

X'inhi r-raġuni li l-Ministru ta' l-Affarijiet Rurali jistqarr fil-Parlament li s-salvagwardi tal-biedja mhux qed jiġu ppublikati biex ma jkunx hemm abbużi u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jistqarr li biex jadoperaw is-salvagwardji tal-biedja irid ikun hemm hardship anke skond kif iddikjarat fil-laqgħa tat-2 ta' Frar 2004 tal-Kumitat tal-Parlament għall-Affarijiet Barranin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor. Interpellant jew għadu ma qarax it-Trattat ta' Sħubija jew inkella għadu ma fehemx li l-klawżola ta' salvagwardja tiskatta f' każijiet fejn l-għixien tal-bdiewa jew xi industrija fis-settur agrikolu huwa mhedded serjament.
Leg 10 PQ #4339 Sitting 109 2004-03-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Biedja lokali

Question

Jista' il-Ministru jispjega x'inhu eżatt, qasam b'qasam il-hardship fis-settur tal-biedja lokali sabiex jadoperaw is-salvagwardji tal-biedja lokali li rrefera għalih fil-laqgħa tal-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin tal-Parlament tat-2 ta' Frar 2004?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant li s-salvagwardja li semmejt fil-qasam tal-biedja lokali mhix xi ħaġa li tistabilixxiha minn qabel, iżda tiġi determinata mill-effett li jista' jkollha l-importazzjoni fuq il-produzzjoni lokali. Bis-saħħa ta' din is-salvagwardja l-awtoritajiet Maltin ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna meħtieġa lis-settur tal-biedja, inklużi setturi speċifiċi. fil-każ li dawn jaffaċċjaw xi diffikulta' serja.

MEPA — Stabiliment biex jopera bħala take-away

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga jekk l-istabbiliment li ismu qed jintbagħat separatament, għandux il-permessi u l-liċenzji meħtieġa biex jopera bħala take-away? Jekk fin-negattiv, jista' jieħu l-passi biex dan l-abbuż jieqaf?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li s-sezzjoni ta’ Infurzar tal-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) investigat dan il-każ u rriżulta li hemm applikazzjoni pendenti mal-MEPA bir-referenza PA1194/03 għall-change of use from class 4 to class 6 and erection of fascia on facade. Instab ukoll li nħarget liċenzja minn-naħa tal-Malta Tourism Authority (mħallsa din is-sena) biex dan il-lok jiġi wżat bħala 'Confectionary' . Saret spezzjoni fuq il-post u ġie nnutat li l-lok qiegħed preżentament jintuża bħala 'Take Away' u qiegħed isir tisjir fil-post permezz ta’ fran. Is- sid u l-perit ġew infurmati li dan it-tibdil t' uzu ma jistax isir u għaldaqstant ġew mogħtija struzzjonijiet biex dan il-lok jinżamm magħluq sakemm ikun hemm permess maħruġ minn-naħa tal-MEPA. Is-sid qabel li jimxi ma’ dawn l-istruzzjonijiet u il-MEPA qegħda tagħmel monitoring tal-post.
Leg 10 PQ #4350 Sitting 109 2004-03-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Stabbiliment jopera bħala take-away

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga jekk l-istabbiliment li ismu qed jintbagħat separatament, għandux il-permessi u l-liċenzji meħtieġa biex jopera bħala take-away? Jekk fin-negattiv, jista' jieħu l-passi biex dan l-abbuż jieqaf?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-istabbiliment imsemmi huwa kopert b`liċenzja mill-awtorita` regolatorja kif rikjest bl-Att ta` l-2001 dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ (Kap. 441).

Importazzjoni ta' laħam

Question

Kif jispjega l-fatt il-Ministru li qal li l-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea għadha ma ddeċidietx dwar il-kwoti meta jirriżulta li hemm deċiżjoni tal-kummissjoni Ewropea li l-EU High Quality Beef Tarrif Rate Quota Allocation għal dan it-tip ta' laħam importat minn New Zealand hija ta' 291 tunnellata għas-snin 2003 u 2004 rispettivament? Jista' għaldaqstant jinformani bil-pożizzjoni ta' meta pajjiżna jimporta aktar minn 1,000 tunenllata waħda?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-High Quality Beef Tariff Quota ta’ l-Unjoni Ewropea qed tiġi diskussa mal-pajjiżi Membri u dawk li ser jissieħbu mal-Unjoni Ewropea biex jirriflettu l-ħtiġijiet ta’ 25 pajjiż, fosthom Malta.
Leg 10 PQ #4255 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Rabat — Talba għal ċimterju ieħor

Question

Jista' il-Ministru jaġġornani dwar it-talba tal-komunita' Rabtija sabiex ikun hemm aċċess għal ċimiterju ieħor fil-lokal minħabba li dak ta' Sta. Margerita huwa żgħir ħafna? Fejn waslet din it-talba? Għaliex qed tieħu daqstant fit-tul meta ħafna familji Rabtin qed ikunu mċaħda li jidfnu lg-ħeżież tagħhom f'ċimiterju fir-Rabat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm kien hemm diversi attentati sabiex jinstab lok addatttat fejn jista' jinbena ċimiterju ġdid fil-limiti tar-Rabat, s'issa tali lok għadu ma' ġiex identifikat. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq ngħid li għalkemm huwa minnu li ċ-ċeimiterju tar-Rabat mhux kbir, s'issa dejjem kien hemm spazju biżżejjed biex jilqa d-domanda għad-dfin tar-Rabtin. Ma' jirriżultax li fil-passat riċenti kien hemm xi Rabtin li kellhom jindifnu f'xi ċimiterji oħra barra mir-Rabat, minħabba nuqqas ta' spazju, kif qiegħed jiġi allegat.
Leg 10 PQ #4306 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Direttur tal-Biedja Għawdex

Question

B'referenza għall-każ li tressaq lid-Direttur tal-Biedja f'Għawdex li d-dettalji dwarhu jeq jintbagħtu separatament, jista' il-Ministru jinvestiga u jirrimedja l-problema ħalli l-bdiewa inkwistjoni ma jkomplux ikunu ostakolati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li qiegħda tittieħed l-azzjoni neċessarja mid-dipartiment kkonċernat.

Vetturi reġistrati ġodda

Question

Kemm kien in-numru ta' karozzi/vetturi reġistrati ġodda matul ix-xahar ta' Jannar 2004? Jista' il-Ministru jinfurmani bir-reġistrazzjoni għal istess xahar tas-snin 2003, 2002, 2001 u 2000 separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi n-numru ta' vetturi ġodda hu kif ġej: Jannar 2004 577 Jannar 2003 619 Jannar 2002 680 Jannar 2001 718 Jannar 2000 1,098

Karozzi/vetturi reġistrati f'pajjiżna

Question

Kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi reġistrati f'pajjiżna llum? Jista' il-Ministru jinfurmani bl-istess tagħrif għas-snin 2003, 2002, 2001, 2000 separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi n-numru ta' vetturi reġistrati f'pajjiżna hu kif ġej: Jannar 2004 311,403 2003 310,570 2002 299,842 2001 290,018 2000 280,068 Minn dawn in-numru ta' vetturi liċenzjati hu kif ġej: sa l-aħħar ta' Jannar 2004 269,806 2003 269,452 2002 261,329 2001 254,052 2000 246,825
Leg 10 PQ #4200 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-turiżmu — Kiri ta' affarijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekastru tal-ministeru? Kemm hi r-rata tal-kirja kull ġurnata f'kull każ separatament? Fil-preżent, kemm hi ċ-ċifra taż flus tal-kontijiet pendenti li l-ministeru u l-entitajiet għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet? Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet? Jista' jinformani kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru fil-Misotqsija tçgħu mhux se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna jew għal xi benefiċċju relevanti çħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jinħtieġ fil-Ministeru tçgħi sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba ikun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista jintuża aħjar. L-Onorevoli Membru għandu jikkunsidra jagħmel Mistoqsija iktar iffokata u ristretta.
Leg 10 PQ #4201 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-affarijiet barranin — Kiri ta' affarijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekastru tal-ministeru? Kemm hi r-rata tal-kirja kull ġurnata f'kull każ separatament? Fil-preżent, kemm hi ċ-ċifra taż flus tal-kontijiet pendenti li l-ministeru u l-entitajiet għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet? Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet? Jista' jinformani kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?

Response (BORG, JOE)

Peress li jidher li l-informazzjoni ddettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru fil-Mistoqsija tiegħu mhux se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna jew għal xi benefiċċju rilevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jeħtieġ il-Ministeru tiegħi sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba ikun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista' jintuża aħjar. L-Onorevoli Membru għandu jikkunsidra jagħmel Mistoqsija aktar iffokata u ristretta.

Ministeru għat-trasport u komunikazzjoni — Kiri ta' affarijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekastru tal-ministeru? Kemm hi r-rata tal-kirja kull ġurnata f'kull każ separatament? Fil-preżent, kemm hi ċ-ċifra taż flus tal-kontijiet pendenti li l-ministeru u l-entitajiet għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet? Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet? Jista' jinformani kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?

Response (GALEA, ĊENSU)

Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onor. Membru fil-Mistoqsija tiegħu mhux se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna jew għal xi benefiċċju relevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jinħtieġ f'kull Ministeru u Dipartiment sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba ikun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista jintuża aħjar. "L-Onorevoli Membru għandu jikkunsidra jagħmel Mistoqsija aktar iffokata u ristretta."

Rabat — Triq Santa Rita - bus terminus

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ġara mit-talba tal-kunsill lokali tar-Rabat u l-petizzjoni ta' ħafna persuni Rabtin sabiex il-bus terminus terġa' tirritorna fi Triq Santa Rita, r-Rabat? Meta se tiġi attwata din it-talba tant mistennija mill-maġġorparti tal-komunita' Rabtija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi wara diskussjonijiet li saru mal-Kunsill Lokali tar-Rabat kienet ġiet imwaqqfa venda fi Triq Santa Rita li qed topera bejn il-5.30 u id-9.30 ta' filgħodu. Wara d-9.30, il-venda tkompli topera mis-Saqqajja. Ta min wieħed jinnota wkoll li r-rotta 84 qegħda tipprovdi servizz fi Triq Santa Rita minħabba li din tgħaddi minn din it-triq, bi frekwenza ta' kull siegħa, kemm meta tkun ġejja mill-Belt Valletta u kif ukoll meta tkun sejra lejn il-Belt Valletta.
Leg 10 PQ #4251 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Rabat — Ċentru tas-saħħa

Question

Matul l-2003, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni u/jew każijiet li wżaw iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għaċ-ċentri tas-saħħa ta' Bormla, ta' Ħal Qormi u ta' Birkirkara? Jista' ukoll ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra breakdown tas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' pazjenti li attendew għal xi vista jew servizz fiċ-ċentri tas-saħħa tar-Rabat, Bormla, Ħal Qormi matul is-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 huwa kif ġej. Birkirkara ma toffrix is-servizzi kollha offruti miċ-ċentri l-oħra. Snin Rabat Bormla Ħ al Qormi Birkirkara 1999 73,593 47,885 177,086 27,995 2000 63,273 51,574 152,713 36,497 2001 56,687 45,291 138,632 51,551 2002 57,716 46,379 140,463 58,265 2003 62,200 51,670 151,894 66,467

KumpannijI — Kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali

Question

Jista' il-Ministru jaġġornani dwar mistoqsija parlamentari 3603 u cioe' f'Malta u Għawdex separatament, fis-sena 2003 kemm kienet iċ-ċifra globali tal-flus pendenti li għandhom iħallsu kumpanniji privati u tal-gvern għal kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali tal-ħaddiema lid-dipartimenti governattivi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha mhix f’idejn id-Dipartiment.

Ministeru għat-teknoloġija ta' l-informazzjoni — Kiri ta' affarijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekastru tal-ministeru? Kemm hi r-rata tal-kirja kull ġurnata f'kull każ separatament? Fil-preżent, kemm hi ċ-ċifra taż flus tal-kontijiet pendenti li l-ministeru u l-entitajiet għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet? Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet? Jista' jinformani kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru fil-Mistoqsija tiegħu mhux se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika ta' pajjizna jew għal xi benefiċċju relevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estenziv li jinħtieġ f'kull Ministeru u Dipartiment sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba ikun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista jintuza aħjar. L-Onorevoli Membru għandu jikkunsidra jagħmel mistoqsija aktar iffokata u ristretta.

Ministeru tal-finanzi — Kiri ta' affarijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekastru tal-ministeru? Kemm hi r-rata tal-kirja kull ġurnata f'kull każ separatament? Fil-preżent, kemm hi ċ-ċifra taż flus tal-kontijiet pendenti li l-ministeru u l-entitajiet għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet? Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet? Jista' jinformani kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?

Response (DALLI, JOHN)

Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru fil-Mistoqsija tiegħu mhux se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna jew għal xi benefiċċju relevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jinħtieġ f'kull Ministeru u Dipartiment sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba ikun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista' jintuża aħjar. L-Onorevoli Membru għandu jikkunsidra jagħmel Mistoqsija aktar iffokata u ristretta.
Leg 10 PQ #4196 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Kiri ta' affarijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekastru tal-ministeru? Kemm hi r-rata tal-kirja kull ġurnata f'kull każ separatament? Fil-preżent, kemm hi ċ-ċifra taż flus tal-kontijiet pendenti li l-ministeru u l-entitajiet għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet? Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet? Jista' jinformani kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru fil-Mistoqsija tiegħu mhux se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika ta’ pajjiżna jew għal xi benefiċċju relevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jinħtieġ f’kull Ministeru u Dipartiment sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba ikun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista jintuża aħjar. L-Onorevoli Membru għandu jikkunsidra jagħmel Mistoqsija aktar iffokata u ristretta.

Ministeru għar-riżorsu u infrastruttura — Kiri ta' affarijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekastru tal-ministeru? Kemm hi r-rata tal-kirja kull ġurnata f'kull każ separatament? Fil-preżent, kemm hi ċ-ċifra taż flus tal-kontijiet pendenti li l-ministeru u l-entitajiet għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet? Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet? Jista' jinformani kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?

Response (ZAMMIT, NINU)

Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru fil-Mistoqsija tiegħu mhux ser twassal għal xi titjib fl-amministrazzjon pubblika ta' pajjiżna jew għal xi benefiċċju relevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jinħtieġ f'kull Ministeru u Dipartiment sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba ikun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista' jintuża aħjar. L-Onorevoli Membru għandu jikkunsidra jagħmel Mistoqsija aktar iffokata u ristretta.