Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar San Luqa — Apparat tal-gastroscope

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu bil-ħsara l-apparat tal-gastroscope fl-isptar San Luqa? Meta kien bil-ħsara matul is-sena 2003 xahar b'xahar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab informat li hemm sitt gastroscopes fl-isptar San Luqa. Wieħed partikolari kien bil-ħsara bejn il-31/01/03 sas-07/04/03, u bejn il-21/07/03 sa l-20/10/03. Kien hemm ieħor bil-ħsara bejn l-14/03/03 sa l-14/04/03. Informat li dan il-gastroscope partikolari reġa' kien bil-ħsara fit-13/05/03 u ġie deċiż li ma jintranġax. Gastroscope ieħor kien bil-ħsara mid-29/07/03 sat-18/11/03. Kien hemm ieħor mit-03/11/03 u għadu ma ġiex irritornat. Gastroscope ieħor kien bil-ħsara mill-05/01/03 sas-26/05/03. Matul is-sena 2003 dan l-apparat intuża għall-2,108 darba. L-isptar kiseb is-servizz ta' żewġ gastroscopes oħra.

Ħ'Attard — Toroq ta' quddiem l-isptar Monte Carmeli - riħa ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qed jikkawża r-riħa tad-drenaġġ insapportabbli fit-toroq arterji ta' quddiem l-isptar Monte Carmeli ftit 'il fuq mil-mixtla ta' Wied Inċita? Jista' jara li jiġu rranġati l-ħsarat ħċalli jiġi rimedjat l-inkonvenjent?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li r-riħa ta' drenaġġ fl-inħawi ta' Wied Inċita tiġi kkawżata meta jkun hemm xi sadd fil-main tad-drenaġġ li ħiereġ mill-isptar Monte Carmeli. Meta ma jkunx hemm sadd, bħal preżentament, ma jkunx hemm riħa.
Leg 10 PQ #4667 Sitting 116 2004-04-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ministeru għat-Turiżmu — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninstab infurmat li n-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar tas-sena 2003 u 2004 fil-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu hi kif gej: Karozzi Mikrija Jannar u Frar 2003 Karozzi Mikrija Jannar u Frar 2004 Ministeru u Dipartiment Lm 1584 Lm 4425 Istitut għall-Istudji Turistiċi Lm 1062 Lm 1605 Awtorita` Maltija għat-Turiżmu Lm 6812 Lm 7109

Minsiteru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li n-nefqa għall-kirjçt ta' karozzi, vannijçt u vetturi oóra matul Jannar u Frar ta' din is-sena æall-Ministeru ta' l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u d-diviújonijçt u dipartimenti li jaqæu taótu hija stmata li ser tkun ta' Lm 10,059. Matul l-istess perjodu tas-sena li æaddçt (2003) in-nefqa æal dawn il-kirjçt kçnet ta' Lm 10,083. Minn-naóa l-oóra, l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) nefqet Lm 18,003.88 f' kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oóra matul Jannar u Frar ta' din is-sena. L-istess nefqa f' Jannar u Frar tas-sena 2003 kienet ta' Lm13,410.14.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?

Response (DALLI, JOHN)

Matul l-2003 tħallas total ta' LM8,232.46 fuq karozzi tal-kiri (u LM31,747.73 fuq karozzi mikrija mill-Ministeru skond tender li joħroġ kull sena). F'Jannar u Frar ta' l-2004, tħallsu total ta' LM2,413.66 f'kiri ta' karozzi (filwaqt li tħallas LM1,714.95 fil-kuntratt ta' kiri ta' vetturi skond it-tender).

OPM — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi l-informazzjoni mitluba.

Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru preċedenti għat-Trasport u Komunikazzjoni u d-dekasteri li kienu jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Informazzjoni dwar l-Awtorita’ ta’ Trasport ghandha tintalab lill-Ministru kkoncernat.

Mtarfa — Ċentru għall-persuni b'diżabilita' - kiri ta' vannijiet

Question

B'riferenza għat-tliet vannijiet mikrija b'Lm40 kuljum li hemm fiċ-ċentru ta' l-adulti tal-persuni b'diżabilita' fl-Imtarfa, ma tħossx il-Ministru li aħjar ikun provdut vann minn dipartiment ieħor ħalli l-flus in kwestjoni jintużaw għal titjib ta' servizzi oħra li dejjem jenħtieġu aktar il-bżonnijiet ta' dawn il-persuni b'diżabilita'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ta’ min jgħid li l-vannijiet li għamel referenza għalihom l-Onor. Interpellant huma vannijiet speċjali armati bit-tail-lift biex ikunu jistgħu jġorru persuni bis-siġġu tar-roti. Ninsab infurmat li fil-fatt, sas-sena l-oħra, t-taqsima taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għal persuni b’diżabilita’ kellha ħames vannijiet ta’ dan it-tip iżda dawn m’humiex biżżejjed biex ilaħqu man-numru ta’ klijenti li jattendu ċ-Centri msemmija. Biex ilaħħaq man-numru ta’ klijenti fil-każ taċ-Ċentru ta’ l-Imtarfa, sas-sena l-oħra, kienu qed jinkrew żewġ vannijiet oħra bit-tail-lift. Tard is-sena l-oħra wieħed mill-vannijiet tad-Dipartiment kien involut f’inċident tat-traffiku bir-riżultat li ma setgħax jintuża aktar u għalhekk kellu jiġi rimpjazzat b’wieħed mikri. Ma naf b’ebda Dipartiment li għandu dawn it-tip ta’ vannijiet u li jista’ jagħmilhom għad-disposizzjoni taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum.

Ministeru tal-politika soċjali — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #4663 Sitting 114 2004-03-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kiri ta' vetturi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtha? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ħlasijiet għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra tal-Ministeru għal Għawdex u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu matul Jannar u Frar 2004 kienu ta' Lm4595.22 filwaqt li l-istess ħlasijiet għax-xhur ta' Jannar u Frar 2003 kienu ta' Lm5345.39.

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tas-Saħħa — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej: 2004(Jannar u Frar) Diviżjoni tas-Saħħa Lm3,823 Sptar Monte Karmeli Lm 176 Medical Products Regulatory Authority Lm 483 (qabel magħrufa bħala Medicines Regulatory Unit) Neqfa sħiħa għas-sena 2003 Diviżjoni tas-Saħħa Lm24,100 Sptar Monte Karmeli Lm 542 Medicines Regulatory Unit Lm 2,112

Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru preċedenti tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi u d-dekasteri li kienu jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kiri ta’ karozzi, vannijiet u vetturi oħra fid-dekasteru tiegħi f’Jannar u Frar 2003 kien ta’ sbatax-il elf, ħames mija u għoxrin liri Maltin (Lm17,520) u għall-istess perjodu din is-sena kien ta’ sebgħa u għoxrin elf, tmien mija u ħamsa u tletin liri Maltin (Lm27,835).

Importazzjoni ta' prodotti

Question

X'vantaġġ se jkollhom il-poplu u l-ekonomija ta' pajjizna bil-miżura li se jintoduċi l-gvern li jdaħħal salvagwardji fuq l-importazzjoni ta' prodotti li ma nipproduċux ? Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma dawk l-oqsma ta’ l-ekonomija li se jmorru tajjeb b'din il-miżura ta' taxxi indiretti fuq l-ikel tal-poplu u tat-turisti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti nnegozja pakkett sħiħ u komprensiv ma' l-Unjoni Ewropeja bl-iskop li jinħoloq spazju adekwat biex l-ekonomija Maltija, inkluż is-settur agrikolu, tkompli tirristruttura ruħha fuq medda ta' żmien. Dan inaqqas l-probabbilita ta' skossi bla bżonn għal kull min jaqla' ħobżu mis-setturi konċernati. Dan il-pakkett ser jiġi implementat fil-kuntest tat-tħaddim tal-politika agrikola Komunitarja minn Malta. Pero tajjeb wieħed ifakkar li l-Gvern Malti rnexxilu jikseb id-dritt li jimplimenta mekkaniżmu ta' sussidju li huwa ntiż biex jimmitiga xi differenzi li jista' jkun hemm bejn il-prezz fl-UE u dak fis-suq internazzjonali.

Qasam tal-biedja — Market penetration

Question

Fil-qasam tal-biedja kemm irid ikun il-persentaġġ tal-market penetration (ta' l-importazzjoni ta' prodotti li se jikkomepetu direttament) fis-setturi u l-prodott lokali sabiex japplikaw is-salvagwardji lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li biex tiġi applikata l-klawsola ta’ salvagwardja jrid ikun hemm sistema ta’ monitoraġġ li l-għan tagħha hu li wieħed jantiċipa livell qawwi ta’ market disturbance. Għalhekk permezz tas-sistema ta’ monitoraġġ il-Ministeru jkun f’ pożizzjoni li jantiċipa problemi serji għal xi settur fl-agrikultura. Naturalent kull settur għandu ċ-ċirkostanzi tiegħu u dan għandu jkun rifless fis-sistema ta’ monitoraġġ.

Skejjel ta' l-istat — Rapporti dwar inċidenti

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 4182 u cioe' jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti rappurtati fl-iskejjel ta' l-istat għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena li sofrew l-istudenti fil-kinder, primarja, sekondarja u l-MCAST separatament? X'tip ta' inċidenti kienu? Kemm-il każ ta' serq ġie rappurtat mill-istess studenti separatament fl-istess perjodu?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.

Kummissjoni Maltija fi Brussell — Persuni jservu f'oqsma varji tal-biedja

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4180, jista' il-Ministru jinformani liema huma l-persuni li ġew aċċettati wara s-sejħa li ħarġet għal dan il-għan? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopji tas-CV tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għal mistoqsija numru 4180 mogħtija fis-seduta 104 ta' t-23 ta' Frar 2004.

Bdiewa/raħħala — Reġistrazzjoni tar-raba'

Question

Bżriferenza għall-mistoqsija parlamentari 4178, jista' il-Ministru jinformani jekk ta' lanqas humiex se jkunu lesti din is-sena dawn l-applikazzjonijiet? Jekk le, x'qed iżomm il-proċess daqstant bil-mod?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` għidt fi tweġibiet oħra għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti fuq l-istess suġġett, ix-xogħol meħtieġ fuq il-kważi l-10,000 applikazzjoni li saru taħt l-Iskema tal-Qbiela huwa wieħed laboruż u jirrikjedi ħafna ħin. Kif ġa` għidt f`risposti preċedenti, sa issa saru eluf ta` sigħat ta` xogħol sabiex jiġu pproċessati l-ewwel fażijiet ta` l-iskema. Jibqa` l-fatt li fil-maġġoranza kbira tal-każijiet l-applikazzjonijiet jinvolvu kumplessitajiet tekniċi u legali li jieħdu il-ħin sabiex jiġu ddeterminati u l-proċess qed jieħu fit-tul iżjed milli mixtieq. It-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern qed tagħmel l-almu tagħha sabiex fid-dawl tar-riżorsi tagħha tipproċessa l-applikazzjonijiet bl-iktar ħeffa possibli.