Jista' il-Ministru jgħid x'kontrolli jsiru fil-preżent f'pajjiżna fuq l-importazzjoni ta' prodotti u priservijiet li jkunu ġejjin minn annimali li jieklu ikel/għalf ġenetikament modifikati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li skond il-liíi, prodotti u priservijiet li jkunu íejjin minn annimali li jieklu ikel jew æalf li jkun íenetikament modifikat m' æandhomx æalfejn ikunu kkontrollati. Fil-fatt, ir-regolament il-ídid ta' l-Unjoni Ewropea dwar ikel tal-bnedmin u ta' l-annimali li jkun íenetikament modifikat (Regulation EC/1829/2003), iæid li il-liíi ma tapplikax æal prodotti li jiíu minn annimali li jieklu æalf íenetikament modifikat.
Jista' il-Ministru jaġġornani dwar mistoqsija parlamentari 24498, seduta 521 tas-27 ta' Marzu, 2001?
Jista' jinformani llum kemm minn dawn l-istudenti jaħdmu fis-settur tal-biedja organika?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma jirriżultax li seħħew żviluppi ġodda x'nirraporta.
Jista' il-Ministru jaġġornani dwar l-istrateġija li tfasslet għall-promozzjoni tal-biedja organika f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li f' dawn il-ġranet twaqqaf kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, tal-Malta Standards Authority, tal-Consumer Affairs Division u rappreżentanti ta' NGO's attivi fil-Biedja Organika, biex jistudjaw ir-rapport magħmul mill-esperti Taljani, dwar l-istrateġija għall-promozzjoni tal-Biedja Organika u biex jissottomettu ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom għat-twettiq ta' pjan f' dan is-settur.
Jista' il-Ministru jinformani bil-passi li ttieħdu dwar l-ilment li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, dwar arbli tad-dawl fil-Wardija l/o San Pawl il-Baħar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-arbli li qed jagħmel riferenza għalihom l-Onor. Interpellant ġew installati mill-Korporazzjoni EneMalta sabiex isaħħu s-servizz ta’ l-elettriku lir-residenti fl-inħawi. Skond informazzjoni li għaddiet l-EneMalta lill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), dawn l-arbli ħadu post oħrajn imsadda u qodma li kienu ġew installati matul is-snin ġo għelieqi privati. Fill-fatt, issa dawn qed jinqalgħu u jinbidlu mill-istess Korporazzjoni b' oħrajn ġodda li twaħħlu fi Triq Busewdien, li hi waħda pubblika.
Ta' min igħid li xogħol bħal dan huwa kopert bl-Ordni ta' 2001 dwar Notifikazzjoni tal-Iżvilupp (DNO)
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4411, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra ta' flus pendenti li għandha titħallas iżda għadha ma tħallsitx mill-persuni mħarrka matul l-2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ċ-ċifra ta' flus pendenti, li għandha titħallas iżda għadha ma tħallsitx mill-persuni mħarrka mill-Gwardjani Lokali matul l-2003 hija ta' Lm475,555.
MEPA — Ħitan ta' ilqugħ tal-konkos fil-Wied ta' Binġemma
Question
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li saru mill-MEPA lill-kunsill lokali ta' l-Imġarr dwar il-ħitan ta' ilqugħ tal-konkos li qed jibni flok ilqugħ tas-sejjieħ fil-Wied ta' Binġemma?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma baætitx rapporti kif qed isemmi l-Onor. Interpellant. Il-MEPA bagħtet lill-Kunsill Avviż biex Tieqaf u tat-Twettieq nru. ECF 208/04. Dettalji ta’ dan l-Avviż jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit ta’ l-Awtorita’ - www.mepa.org.mt.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4338 fid-dawl tal-fatt li l-15-il pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea għandhom bejniethom 600 miljun tomna raba li tlaħħaq il-massimu tal-produzzjoni (saqwi) u f'Malta u għawdex għandna biss medja ta' 15,000 tomna li jlaħħqu produzzjoni massima (saqwi), kif jispjega l-fatt il-Ministru li dan mhux hardship għall-bdiewa tagħna meta huma żvantaġġati daqstant bil-kobor ta' l-art?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jidher ðar li l-Onor. Interpellant æadu ma fehemx jew ma jridx jifhem li l-Gvern Malti nnegozja b’ suððess, numru record ta’ derogi permanenti u temporanji fil-qasam tal-biedja u dan jirrifletti kemm in-negozjaturi Maltin fissru bil-æaqal u b’ teknika l-karatteristiði partikolari ta’ pajjiúna. Dawn in-negozjati baqæu æaddejjin saóansitra wara l-eæluq tan-negozjati b’ derogi oóra importanti, kif ukoll b’ miúuri li ser ikollhom impatt poúittiv æas-settur agrikolu.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4336, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma l-pagamenti pendenti li għandhom jitħallsu għaliex għadhom ma tħallsux mill-persuni mħarrka?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-pagamenti pendenti li għandhom jitħallsu lill-Kunsilli Lokali għaċ-ċitazzjonijiet li nħarġu mill-Korp tal-Pulizija u mill-wardens matul is-sena 2003 jammontaw għal Lm612,072.
Infurmat ukoll illi l-valur tal-multi li ġew inflitti mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) dwar ċitazzjonijiet tat-traffiku matul l-2003 kien ta` Lm42,860 li minnhom s`issa tħallsu Lm18,969.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħallas il-gvern għall-akkwist ta' l-għalqa f'Ta' Kola, fir-Rabat, Malta?
Meta ħallashom u fuq liema bażi tħallsu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi sa issa l-gvern ħallas għal parti żgħira biss mill-għalqa magħrufa Ta` Kola fir-Rabat.
Is-somma li tħallset għal parti indiviża ta` sbatax minn erbgħin parti indiviż (17/40) tal-plots 1 u 4 tal-kejl 487 metri kwadri u 1,070 metri kwadri rispettivament hija ta` mija u ħames t`elef u ħames mija u wieħed u disgħin (Lm105,591.00c) u ma` dan, is-somma ta` mija u tmienja u għoxrin elf, seba` mija u tmienja u erbgħin (Lm128,748.00) bħala danni.
Il-ħlas sar fit-18 ta` Frar 2002 skond il-Kapitlu numru 88 tal-Liġijiet ta` Malta.
Rabat — Triq Gorg Borg Olivier - kontravenzjonijiet tat-traffiku
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet tat-traffiku fi Triq Gorg Borg Olivier, fir-Rabat, Malta matul dawn l-aħħar tlett snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Kif jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` Gvern Lokali. Billi l-funzjoni ta` infurzar ta` kontravenzjonijiet tat-traffiku ġiet delegata lill-Kunsilli Lokali, nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali tar-Rabat.
Għal dak li jirrigwardja l-Pulizija, ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika dwar it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4254 dwar importazzjoni ta' laħam minn New Zealand, jista' il-Ministru jinformani x'qed jitlob il-Gvern Malti bħala tunnellaġġ fin-negozjati tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar l-importazzjoni taċ-ċanga l-Ministeru għamel il-pożizzjoni tiegħu waqt in-negozjati billi ndika l-livelli ta’ importazzjoni taċ-ċanga ta’ dawn l-aħħar snin.
Tista' il-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-terms of reference li għandu s-sindku Għawdxi li qed jirrappreżenta lis-sindki Għawdxin kollha fil-kumitat reġjonali għal Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jippreċiża l-mistoqsija tiegħu.
Rabat — Residenti tad-djar ta' Għar Barka - kuntratti uffiċjali
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsiru l-kuntratti uffiċjali bejn ir-residenti tad-djar ta' Għar Barka fir-Rabat u l-awtoritajiet kompetenti fid-dawl li dawn ilhom fuq konvenju għal aktar minn 20 sena?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa` ġie spjegat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 995 fis-Seduta Nru. 31 tat-23 ta` Settembru 2003, il-kuntratt uffiċjali bejn ir-residenti tad-djar ta` Għar Barka u l-awtoritajiet kompetenti ikunu jistgħu isiru malli t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ikollha l-fondi meħtieġa biex il-Gvern isir sid assolut tal-art.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li ntgħażel sindku wieħed minn Għawdex sabiex ikun rappreżentant fil-kumitat reġjonali għal Għawdex? Fuq liema bażi/kriterji ntgħażel? Għaliex ma ġewx integrati s-sindki ta' Għawdex kollha fil-kumitat reġjonali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-persuna li qiegħda tirrapreżenta lill-kunsilli lokali fil-kumitat reġjonali għal Għawdex hija fil-fatt ir-rappreżentant reġjonali tal-kunsilli lokali ta' Għawdex.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4412, jista' il-Ministru jikkonsidra li l-ħitan li jinbnew taħt it-triq isiru bis-sistema tal-gabjun li ntużat fiċ-Chadwick Lakes ħalli jsir inqas impatt fuq l-ekoloġija u s-sistema idioloġika ta' l-inħawi li jikkawża l-konkos u l-ġebel tal-franka?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Għaddejt l-ideja mressqa mill-Onor. Interpellant lill-Awtorita' dwar it-Trasport biex din tkun tista tiġi kkunsidrata meta l-proposti għal dan ix-xogħol ikunu qedgħin jitfasslu.
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' vetturi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Kiri ta' vetturi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' l-2004 hija Lm27,473, filwaqt dik ta' l-2003 għall-istess perjodu hija Lm32,439. Dan ifisser tnaqqis ta' madwar 15% fuq l-ispiża tas-sena ta' qabel għall-istess perjodu.
Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura — Kiri ta' vetturi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru preċedenti taż-Żgħażagħ u Kultura u d-dekasteri li kienu jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex ma tinżammx informazzjoni dwar x'reliġjon iħaddnu l-istudenti barranin li jattendu l-iskejjel ta' l-istat?
Ma jħossx il-Ministru li informazzjoni bħal din hija importanti sabiex tkun rispettata aħjar il-kultura ta' dawn l-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li informazzjoni dwar x'reliġjon iħaddnu l-istudenti barranin hija meqjusa bħala waħda personali.
Informat ukoll li minħabba din ir-raġuni, l-iskejjel ta' l-istat dejjem dehrilhom li għandhom jirrispettaw dan il-fatt u qatt ma staqsew. Meta l-ġenituri dehrilhom li għandhom jagħtu din l-informazzjoni għal ġid ta' uliedhom, dan dejjem sar.