Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għal-Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Spejjeż fuq fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena? Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq — Spejjeż fuq fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena? Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-Ministeru fl-ewwel tlett xhur tas-sena 2004 kienet ta' Lm743.54, waqt li għall-istess perjodu tas-sena 2003, il-Ministeru nefaq Lm890,00. Minħabba li l-Ministeri u d-dekasteri fl-aħħar sena tbiddlu, qegħdin jingħataw iċ-ċifri ta' l-infieq ta' fuel mill-awtorita' dwar it-trasport għall-perjodi indikati. Fil-fatt, fl-ewwel tlett xhur tas-sena 2003, l-ADT nefqet Lm4,323.66 fi fuel, filwaqt li fl-istess perjodu f'din is-sena, l-ADT nefqet Lm4,460.20.

Ministeru tal-Familja u s-Solidarjeta' Soċjali — Spejjeż fuq fuel

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtha fl-ewwel tlett xhur tas-sena? Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Spejjeż fuq fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena? Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Importazzjoni ta' laħam minn New Zealand

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 4777, jista' il-Ministru jinformani jekk it-talba kenitx għal madwar 1,000 tunnellata importata minn New Zealand, kif inhuma l-marġini storiċi ta' l-importazzjoni ta' dawn l-aħħar snin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-kwota taċ-ċanga toħroġ mill-Beef Manangement Committee ta’ l-Unjoni Ewropea wara applikazzjonijiet minn operaturi lokali, u mgħoddija lill-istess kumitat ta’ l-Unjoni Ewropea biex dan ta’ l-aħħar jalloka kwota lill-importaturi. Dawn il-kwoti jinħarġu normalment skond importazzjoni storika.

Rabat — Residenti tad-djar ta' Għar Barka

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4779, peress li l-proprjeta' ġiet akkwistata fis-snin 1980, 1981 u 1982 f'Għar Barka, r-Rabat, jista' il-Viċi Prim Ministru jinformani għaliex matul dawn is-snin qatt ma nstabu l-fondi li qed jissemmew fir-risposta? Jista' jgħid meta se jinstabu dawn il-fondi?

Response (BORG, TONIO)

L-Onorevoli Membru jrid japprezza li hemm ħafna kuntratti ta' ħlas ta' esproprju ta' art li ġiet akkwistata qabel it-tmeninijiet. Madankollu, id-Dipartiment tal-Artijiet qiegħed jikkonsidra u jara jekk il-kuntratti ta' ħlas tad-disa' plots li ġew akkwistati f'Għar Barka jistawx isiru aktar tard din is-sena. Dan jiddependi minn kemm hi s-somma u minn kemm id-Dipartiment tal-Artijiet jkun fadallu fondi.
Leg 10 PQ #5177 Sitting 122 2004-04-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Spejjeż fuq fuel

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtha fl-ewwel tlett xhur tas-sena? Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija mogħtija fit-tabella hawn taħt. Spiża Jannar – Marzu 2003 Ammont li tħallas Jannar – Marzu 2003 Spiża Jannar – Marzu 2004 Ammont li tħallas Jannar – Marzu 2004 Lm Lm Lm Lm Segretarjat Privat 422.47 422.47 355.98 252.65 Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi 283.46 283.46 309.34 183.05 Dipartiment tal-Customer Services 4,273.90 3,453.64 4,111.31 2,016.58 Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp 5,236.32 5,236.32 5,525.92 4,510.20 TOTAL 10,216.15 9,395.89 10,302.55 6,962.48
Leg 10 PQ #5178 Sitting 122 2004-04-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ministeru għat-Turiżmu u Kultura — Spejjeż fuq fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena? Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ispiża li ntefqet għal fuel matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2004 kienet ta’ Lm 8,339.17 li minnhom tħallsu Lm 7,323.17 waqt li dik għall-istess perjodu tas-sena 2003 tammonta għal Lm 7,233.77 u li minnhom tħallsu Lm 7220.77. Inżid ngħid li l-ispiża f’kull każ tinkludi fiha nefqa ta’ fuel għall-generators u boilers ta’ l-airconditioning tal-Mediterrenean Conference Centre.

Ministeru tas-Saħħa — Spejjeż fuq fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena? Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jgħid eżatt għal liema fuel qiegħed jirreferi.

Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Spejjeż fuq fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena? Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għar-Riżorsu u Infrastruttura — Spejjeż fuq fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena? Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-konsum ta fuel ta' kull tip għas-sena 2003 kien 238,759 litri li jammonta għal Lm69,916, filwaqt li dak għas-sena 2004 kien 223,078 litri li jammonta għal Lm69,093. Dan ifisser li fis-sena 2004 kien hemm tnaqqis ta 7% fil-konsum u 1% fl-ispiża. Il-kontijiet tas-snin msemmija hawn fuq tħallsu kollha.

Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Spejjeż fuq fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena? Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-ispiża tal-fuel li nefaq il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u d-dekasteri li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Marzu ta' din is-sena kienet ta' Lm14,959. Minn dan l-ammont, sal-21 ta' April 2004, kienet tħallset is-somma ta' Lm10,647. Ta min isemmi lid an l-ammont jinkludi dak tas-sezzjoni tal-Parks, Afforestazzjoni u Riabilitazzjoni tal-Kampanja li fl-istess perjodu tas-sena l-oħra kien taħt ir-responsabbilta’tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Bejn Jannar u Marzu 2003, il-Ministeru ta' l-Agrikultura u s-Sajd kien għamel spiża ta' Lm11,038 għall-fuel. Sal-21 ta' April 2003, kienu tħallsu Lm6,943 minn l-imsemmija somma. Minn-naħa l-oħra, ninsab infurmat li l-ispiża f' ċifra ta' flus tal-fuel li nefqet l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fl-ewwel tlett xhur tas-sena hija ta' Lm5,720. Matul l-istess perjodu tas-sena l-oħra l-ispiża kienet ta' Lm5,689. (Sal-lum għad hemm Lm3,447 pendenti mill-ispiża għal din is-sena.) Nnsab infurmat li l-ispiża tal WastServ Malta Ltd fuq fuel bejn Jannar u Marzu ta’ l-2004, kienet ta’ Lm935.19. Dawn il-kontijiet kollha ġew imħallsa. Din l-istess spiża bejn Jannar u Marzu tas-sena 2003, kienet ta’ Lm187.99.

Mtaħleb — Mogħdija li tagħti għar-raba'

Question

Jista' il-Ministru jara li tiġi milqugħa t-talba tal-bdiewa li isimhom qed jintbagħat separatament, sabiex tiġi rranġata l-mogħdija tar-raba' fil-parti ta' l-Imtaħleb, Malta kif indikata fil-pjanta li wkoll qed tintbagħat separatament? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ġiet mgħoddija lis-sezzjoni responsabbli mill-mogħdijiet tar-raba' sabiex jinkluduha mal-lista ta' tiswijiet ta' tali mogħdijiet tar-raba'.

Mixed Commission — Diskussjonijiet bejn Malta u l-Libja

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienu l-prioritajiet diskussi fil-Mixed Commission bejn Malta u l-Libja f'dawn l-aħħar snin?

Response (DALLI, JOHN)

F'dawn l-aħħar snin, il-prioritajiet diskussi fil-laqgħat tal-Kummissjoni Mħallta bejn Malta u l-Libja kienu dawn: (a) Il-qasam tal-ġustizzja [Il-Ftehim tal-1994 dwar it-Trasferiment ta' Persuni b'Sentenza Definittiva mill-Qrati Kriminali u l-Ftehim ta' l-Estradizzjoni tas-sena 2002]; (b) Il-qasam fiskali [Il-Protokoll ta' l-1995 dwar il-Ħelsien mit-Taxxa Doppja]; (c) l-Industrija [Il-Ftehim tas-sena 2003 dwar l-Promozzjonu u l-Protezzjoni ta' l-Investiment]; (d) Turiżmu [Il-Ftehim ta l-1995 dwar Koperazzjoni fit-Turiżmu] (e) Il-biedja u s-sajd [Il-Protokoll ta' l-1997 dwar Koperazzjoni fil-Biedja u s-Sajd]; u (f) Affarijiet konsulari [il-Protokoll ta' l-2004 dwar l-Introduzzjoni tal-Visa].

Mixed Commission

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-prioritajiet tal-Mixed Commission bejn Malta u l-Libja llum? Kif il-gvern se jipproponi l-funzjoni ta' din il-kummissjoni fid-dawl ta' Malta membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Il-prijorita' ewlenija tal-Kummissjoni Mħallta tibqa' dik li jitkattar il-ġid li jissarraf f'titjieb ta' għixien għall-poplu Malti u dak Libjan.

OPM — Spejjeż fuq fuel

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena? Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Spejjeż fuq fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena? Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża ta' flus tal-fuel li ħallas il-Ministeru tiegħi u d-dekasteri li jaqgħu taħtu kienet kif ġej: Jannar - Marzu 2003 - LM 8,590.98 Jannar - Marzu 2004 - LM 7,027.98.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Spejjeż fuq fuel

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena? Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mdina — Ħitan tas-sejjieħ taħt is-swar

Question

Jista' il-Ministru jaġġornani dwar mistoqsija parlamentari 1451 u cioe' dwar il-ħitan tas-sejjieħ/ilqugħ taħt is-swar ta' l-Imdina?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li biex jissewwew il-ħitan tas-sejjieħ tal-ilqugħ, il-bdiewa jistgħu japplikaw għall-għajnuna taħt l-iskema tal-pre-accession tal-Pjan ta' Żvilupp Rurali. Jekk għadhom m' applikawx ikunu jistgħu japplikaw meta jerggħu jinfetħu l-applikazzjonijiet mill-ġdid permezz ta' l-iskemi ta' wara l-isħubija.

Żriegħ

Question

Jista' il-Ministru jinformani liema kienu dawk iż-żriegħ li daħlu f'Malta u kienu ġenetikament jew parti minnhom ġenetikament modifikati? X'riċerka saret mid-dipartiment dwar dawn iż-żriegħi li ddaħlu u setgħu kienu ġenetikament modifikati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li skond Avviż Legali 170 ta’ l-2002 li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2004, taħt it-titolu Tluq deliberat ta’ organiúmi modifikati íenetikament fl-ambjent [Deliberate Release of GMOs into the environment] kull minn jixtieq li jimporta żrieragħ ġenetikament modifikati, għandu japplika lill-Awtorita Kompetenti, jiġifieri l-Biosafety Coordinating Committee (Il-Kumitat Koordinattiv għall-Biosigurta`] li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.