Jista' il-Ministru jgħid kemm tħarrġu produtturi tat-tjur fuq il-produzzjoni agrikola lokali f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? F'liema livell ta' taħriġ u fejn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li għalkemm m’ hemm l-ebda program ta’ taħriġ fiss, l-produtturi tat-tjur jingħataw tagħrif fuq it-trobbija tat-tjur kif ikun meħtieġ. Kull każ jiġi ttrattat separat fuq il-ħtieġa tiegħu. L-iktar li jsir xogħol huwa fuq bini ta' rziezet, ventilazzjoni, maniġġ ta' l-iskart etc. Kien sar kors lill-Produtturi tat-Tjur fit-2002. Ma jinżammux rekords ta' kemm jiġu produtturi għal pariri.
Produzzjoni agrikola lokali — Produtturi tal-frott frisk
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħarrġu produtturi tal-frott frisk fuq il-produzzjoni agrikola lokali f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? F'liema livell ta' taħriġ u fejn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid x'forom ta' protezzjoni qed jingħataw il-bdiewa tal-ħaxix frisk f'Malta u Għawdex separatament li jipproduċu b'metodu u/jew qed iħejju biex jipproduċu b'metodu organiku?
X'forom ta' sussidji qed jingħataw?
Kemm hi ċ-ċifra ta' flus ivvutata speċifikament għal dawn in-nies tax-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-bdiewa ta' ħxejjex u frott li jipproduċu b' metodu organiku jistgħu japplikaw taħt il-Pjan ta' Żvilupp Rurali għall-għajnuna finanzjarja ta' 600 Euro kull ettaru ta' art li qegħda taħt produzzjoni organika. Biex jikkwalifikaw għal din l-għajnuna l-produtturi jridu jiksbu iċ-ċertifikati meħtieġa, mill-Awtorita’ Maltija ta’ l-iStandards. La darba jkollhom din iċ-ċertifikazzjoni dawn il-bdiewa jkunu jistgħu jbiegħu l-prodotti tagħhom fuq is-suq bi prezz ogħla minn ta' prodotti imkabbra b' mod konvenzjonali. Fl-istess ħin, biċ-ċertifikazzjoni jkunu jistgħu jikkompetu ma’ prodotti organiċi barranin.
Din l-għajnuna qed tingħata kemm lill-bdiewa li jkunu fil-proċess ta' konverzjoni, kif ukoll lill-bdiewa li jkunu ċċertifikati bħala produtturi organiċi. F' Malta, minħabba li għadu kif beda dan il-proċess ta' ċertifikazzjoni, il-bdiewa kollha jridu jgħaddu mill-proċess ta' konverżjoni ta' sentejn, imma xi wħud minnhom li ilhom jipprattikaw l-agrikultura organika, tista' titnaqqsilhom iż-żmien għal sena biss.
Jista' il-Ministru jgħid x'forom ta' protezzjoni qed jingħataw il-bdiewa tal-frott frisk f'Malta u Għawdex separatament li jipproduċu b'metodu u/jew qed iħejju biex jipproduċu b'metodu organiku?
X'forom ta' sussidji qed jingħataw?
Kemm hi ċ-ċifra ta' flus ivvutata speċifikament għal dawn in-nies tax-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onorevoli Inerpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6815.
Jista' il-Ministru jgħid x'forom ta' protezzjoni qed jingħataw il-produturi tal-majjal f'Malta u Għawdex separatament li jipproduċu b'metodu u/jew qed iħejju biex jipproduċu b'metodu organiku?
X'forom ta' sussidji qed jingħataw?
Kemm hi ċ-ċifra ta' flus ivvutata speċifikament għal dawn in-nies tax-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li sa fejn huwa magħruf minn dan il-Ministeru, ma hemm l-ebda produttur li huwa interessat biex jipproduċi prodott organiku
Jista' il-Ministru jinformani bil-pjan tiegħu għall-iżvilupp tal-produzzjoni agrikola organika għal din il-leġislatura?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Pjan tal-Gvern tiegħi għall-Iżvilupp tal-Produzzjoni Agrikola Organika huwa li titwaqqaf l-infrastruttura neċessarja, kemm leġislattiva kif ukoll amministrattiva biex kemm il-produtturi kif ukoll il-konsumaturi jkunu nfurmati b' dak kollu li huwa neċessarju biex ikollna produzzjoni agrikola organika li sservi ta' ġid għall-produttur u għall-konsumatur.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħarrġu uffiċjali fuq il-produzzjoni agrikola lokali f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? F'liema livell ta' taħriġ u fejn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li f' dawn l-aħħar ħames snin uffiċċjali intbagħtu courses fuq diversi setturi, kemm f' Malta, kif ukoll barra minn Malta. Dan it-taħriġ wara jkun jista’ jiġi applikat fuq il-produzzjoni agrikola lokali. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħarrġu bdiewa fuq il-produzzjoni agrikola lokali f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? F'liema livell ta' taħriġ u fejn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Produzzjoni agrikola lokali — Produtturi tal-majjal
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħarrġu produtturi tal-majjal fuq il-produzzjoni agrikola lokali f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? F'liema livell ta' taħriġ u fejn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-produtturi tal-majjali jingħataw tagħrif fuq it-trobbija tal-majjali minn żmien għal żmien, kif ikun meħtieġ. Kull każ jiġi trattat separat fuq il-ħtieġa tiegħu. L-iktar li jsir xogħol huwa fuq bini ta' rziezet, ventilazzjoni, maniġġjar ta' l-iskart etc. It=taħriġ li sar f’ dan il-qasam kien li għandu x jaqsam mal-ħarsien ta’ l-annimali. Dan sar waqt laqgħa ġenerali tal-produtturi. Ma jinżammux rekords ta' kemm jiġu imħarrġa produtturi.
Produzzjoni agrikola lokali — Produtturi tal-ħalib
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħarrġu produtturi tal-ħalib fuq il-produzzjoni agrikola lokali f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? F'liema livell ta' taħriġ u fejn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-produtturi tal-baqar jingħataw tagħrif fuq kwalunkwe suġġett, jiġifieri, nutrizzjoni, bini ta' irziezet, maniġġjar ta' l-iskart, produzzjoni ta' magħlef, kwalita' ta' ħalib, u suġġetti oħra, kemm personalment kif ukoll fi gruppi. Infatti, dan l-aħħar inġiebu l-Għammieri anki sabiex jaraw x' miżuri jridu jittieħdu waqt il-ħlib. Saru spezzjonijiet fuq xi rziezet tal-baqar u tal-majjali biex jiġi rrakkomandat l-istrutturar tal-irziezet. Fil-fatt, bħalissa għaddej proġett biex jitjieb il-kwalita’ tal-ħalib u f’ dan il-proġett qiegħed isir taħriġ lil kull individwu fuq bażi personali.
Produzzjoni agrikola lokali — Produtturi taċ-ċanga friska
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħarrġu produtturi taċ-ċanga friska fuq il-produzzjoni agrikola lokali f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? F'liema livell ta' taħriġ u fejn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li jsiru laqgħat ta' informazzjoni minn żmien għal żmien, skond il-ħtieġa, iżda m' hemm l-ebda programm ta' taħriġ fiss
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-bajd frisk matul l-ewwel sitt xhur tas-sena xahar b'xahar separatament?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jinformani kemm kien il-prezz medju li l-bdiewa ġabu għall-patata din is-sena xahar b'xahar fil-Pitkalija?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu s-sena l-oħra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal matul l-ewwel sitt xhur tas-sena xahar b'xahar separatament?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba rigward is-sena 2004.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li kont tajt għal mistoqsija numru 3344 f’ Seduta numru 80.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam abjad matul l-ewwel sitt xhur tas-sena xahar b'xahar separatament?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga friska matul l-ewwel sitt xhur tas-sena xahar b'xahar separatament?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ħalib frisk matul l-ewwel sitt xhur tas-sena xahar b'xahar separatament?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tal-fenek matul l-ewwel sitt xhur tas-sena xahar b'xahar separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-istima ta produzzjoni tal-laħam tal-fenek matul dawn l-aħħar sitt xhur ta’ din is sena hija ta’ 1,099,666kg
It- total għas-sena 2002 u 2003 kien ta’ 2,509,000 kg u 2,199,333 kg rispettivament. Ma teżistix statistika f’ dan ir-rigward għas-snin ta’ qabel.
Ta’ min igħid ukoll li dawn iċ-ċifri huma maħdumin fuq kemm jinbiegħ għalf għal fniek.
Jista' il-Ministru jinformani kemm kien il-prezz medju li l-bdiewa ġabu għad-dulliegħ din is-sena xahar b'xahar fil-Pitkalija?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu s-sena l-oħra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.