Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-prezz taz-zokkor (abbażi ta' l-importazzjoni storika) mhux se jkun issussidjat skond ma huwa l-prezz ta' dan is-sors fis-suq internazzjonali kif ġie mwiegħed il-poplu qabel ir-referendum u qabel l-elezzjoni ġenerali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Gvern qiegħed jissussidja z-zokkor bir-rata ta' l-Export Refund li tagħti l-EU fuq iz-zokkor. Qabel Mejju 2004 iz-zokkor kien jiġi ssussidjat b'din ir-rata mill-EU u issa qed jiġi ssussidjat bl-istess rata mill-Gvern Malti.
Jikkonferma l-Prim Ministru li filwaqt li l-Gvern Nazzjonalista assigura lill-poplu li l-prezzijiet ta' ċerti prodotti ta' l-ikel mhux se jogħlew wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea għaliex se jkunu sussidjati, għolew saħansitra b'50c fil-kilo bħal fil-każ tal-ġobon cheddar?
Jista' jinformana x'qed jikkawża dan l-għoli esaġerat tal-prezzijiet ta' prodotti ta' l-ikel tal-ħajja ta' kuljum?
Jista' il-Prim Ministru jassigura lill-poplu li l-prezzijiet taċ-cheddar u ġobnijiet oħra mhux se jkomplu jogħlew aktar fix-xhur li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B'riferenza għat-talba urġenti tal-persuna li isimha qed jintbagħat separtament, jista' il-Ministru jara li tiġi akkomodata f'Imtarfa Home m inħabba li l-flus mhux iservuha biex tibqa' fil-home attwali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-qagħda finanzjarja tal-pazjent ma titqies bħala wieħed mill-kriterji prinċipali meta tiġi evalwata t-talba għad-dħul f'dar ta' l-anzjani. Il-qagħda soċjali u medika huma l-aktar kriterji ikkonsidrati.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Applikazzjoni għall-bini ta' beach rooms
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jilqa' it-talba tal-persuni li tagħhom qed nibgħat kopja separatament, fil-limiti tal-Mellieħa? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopji tal-korrispondenza in kwestjoni fuq il-mejda tal-Kamra mid-dipartimenti konċernati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hija waħda magħmula lill-MEPA. Għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent.
Jista' id-dipartiment tal-biedja jestendi l-appoġġ tiegħu fil-kwestjoni u cioe' għat-talba tar-residenti fil-Mellieħa li kopja tagħha qed tintbagħat separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li saru diversi diskussjonijiet u spezzjonijiet minn-naħa tad-Dipartiment tal-Biedja fuq is-sit b’ kunsultazzjoni mal-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) sabiex kemm hu possibbli r-raba maħdum ma jitteħidx għall-proġett tal-kmamar fil-Marfa, kif indikat fil-Pjan ta' Azzjoni.
Jista' il-Ministru jestendi l-għajnuna fil-każ li qed jintbagħat separatament, sabiex tiġi salvata r-raba f'Burmarrad tal-bdiewa ta' l-inħawi u taz-zona rurali? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza tad-dipartiment ta' l-agrikoltura dwar it-talba tiegħi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-art li għaliha qiegħed jirreferi l-Onor. Interpellant hija meħtieġa sabiex isiru xogħolijiet biex jiġi ddevjat l-ilma tax-xita sabiex ma terġax issir ħsara fir-raba fl-inħawi, kif sar fil-maltempata tas-sena l-oħra. L-art intgħażlet bi qbil ukoll mal-uffiċjali tekniċi mill-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura.
Jista' il-Ministru jara li d-dipartiment ta' l-ambjent jestendi l-għajnuna sabiex tiġi salvata r-raba f'Burmarrad li kopja tagħha qed tintbagħat separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 6919.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6815, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-istandards li l-bdiewa jridu jkunu konformi magħhom?
Jista' jinformani min hu l-uffiċjal li jista' jiċċertifika li l-prodott huwa organiku?
Jista' ukoll ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-istandards stabbiliti għaċ-ċertifikazzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-istandards li jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant huma r-regolamenti stess li huma mniżżlin fir-regolament EC 2092 ta' l-1991 li jitratta l-agrikultura organika. Dan minnu nnifsu huwa Manwal ta' Produzzjoni fuq l-Agrikultura Organika li jiddiskrivi dak kollu li jista' u ma jistax isir fl-Agrikultura Organika.
Bħala risponsabbilta' għaċ-ċertifikazzjoni, din taqa' taħt il-Malta Standards Authority, u għalhekk nistieden lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għat-talba urġenti bir-referenza ECSD/4/473/2003 tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, jista' il-Ministru jara li tiġi rimedjata f'Imtarfa Home? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-persuna li isimha ntbagħat separatament applikat għall-Imtarfa Home fit-12 ta' Diċembru, 2002. Sarilha l-assessment soċjali fis-27 ta' Diċembru, 2002 fejn il-familja tagħha ġiet mogħtija l-parir biex tapplika għar-Residenza ta' San Vinċenz minħabba l-kundizzjoni tagħha. L-assessment mediku kkonferma dan il-parir.
X'benefiċju għas-sistema idroloġika u ambjentali għandhom il-blokok tal-konkos mil-ġebel tas-sejjieħ li qed jinbnew flok ħitan tas-sejjieħ tradizzjonali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari nru. 6863.
Bioagri ta' Bologna — Iżvilupp tal-produzzjoni u ċertifikazzjoni agrikola organika
Question
B'referenza għall-kuntatti li Gvern Laburista beda ma Bioagri ta' Bologna għall-iżvilupp tal-produzzjoni u ċertifikazzjoni agrikola organika fl-1998, jista' il-Ministru jinfurmani għaliex il-Bioagri u ċioe' Dr Gozzo ma ngħata qatt appuntament sabiex jispjega l-proċess lill-Gvern Nazzjonalista mibdi mill-Gvern Laburista?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Ministeru ma rċieva l-ebda talba għall-appuntament mingħand id-ditta BIOAGRI u / jew Dott Gozzo.
L-għażla tal-konsulenti saret wara l-ħruġ ta' sejħa internazzjonali għall-offerti maħruġa f' 4 ta' Ġunju 2003.
Ma jirriżultax li d-ditta BIOAGRI u / jew Dott Gozzo għamlu xi offerti u għalhekk ma setgħux jiġu kkunsidrati.
Jikkonferma jew jiċħad il-Ministru li Bioagri dejjem kienet akkreditata mill-IFOAM sabiex tgħin lil pajjiżi tal-Mediterran li jridu jiżviluppaw il-produzzjoni u ċertifikazzjoni tal-agrikoltura organika?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 4671 fis-seduta numru 68 ta' l-24 ta' Frar 1999.
Jista' il-Ministru jgħid x'forom ta' protezzjoni qed jingħataw il-produtturi tal-ħalib frisk f'Malta u Għawdex separatament li jipproduċu b'metodu u/jew qed iħejju biex jipproduċu b'metodu organiku?
X'forom ta' sussidji qed jingħataw?
Kemm hi ċ-ċifra ta' flus ivvutata speċifikament għal dawn in-nies tax-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li sa fejn hu magħruf minn dan il-Ministeru, ma hemm l-ebda produttur li huwa interessat biex jipproduċi prodott organiku.
Jista' il-Ministru jgħid x'forom ta' protezzjoni qed jingħataw il-produtturi taċ-ċanga friska f'Malta u Għawdex separatament li jipproduċu b'metodu u/jew qed iħejju biex jipproduċu b'metodu organiku?
X'forom ta' sussidji qed jingħataw?
Kemm hi ċ-ċifra ta' flus ivvutata speċifikament għal dawn in-nies tax-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għal mistoqsija Parlamentari numru 6818.
Jista' il-Ministru jgħid x'forom ta' protezzjoni qed jingħataw il-produtturi tat-tjur f'Malta u Għawdex separatament li jipproduċu b'metodu u/jew qed iħejju biex jipproduċu b'metodu organiku?
X'forom ta' sussidji qed jingħataw?
Kemm hi ċ-ċifra ta' flus ivvutata speċifikament għal dawn in-nies tax-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għal mistoqsija Parlamentari numru 6818.
Jista' il-Ministru jgħid x'forom ta' protezzjoni qed jingħataw il-produtturi tal-fniek f'Malta u Għawdex separatament li jipproduċu b'metodu u/jew qed iħejju biex jipproduċu b'metodu organiku?
X'forom ta' sussidji qed jingħataw?
Kemm hi ċ-ċifra ta' flus ivvutata speċifikament għal dawn in-nies tax-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-produzzjoni ta' fniek b' metodu organiku mhux imdaħħla fir-Regolament Ewropew 2092 ta' l-1991 fuq l-agrikoltura organika. Minħabba f' hekk, fniek imrobbija b' metodi organiċi ma jistgħux jingħataw ċ-ċertifikazzjoni li jkunu mrobbija b' metodi ta' produzzjoni organika.
X'ġara mill-kooperazzjoni li kienet bdiet matul l-1997 u 1998 mal-Bioagri ċert ta' Bologna u l-Ministeru tal-Biedja u Sajd sabiex tikkordina l-iżvilupp u ċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni agrikola tal-gżejjer ta' Malta u Għawdex? F'każ li ġew abbandunati l-kuntatti mal-Bioagri, x'kienu r-raġunijiet? F'każ li ġew onorati, x'kienu l-iżviluppi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li jirri¿ulta li ma kien hemm l-ebda ¿vilupp fuq iċ-ċertifikazzjoni ta' produzzjoni agrikola organika f' Malta mad-ditta BIOAGRI Coop ta' Bologna