Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju tal-patata xahar b'xahar matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Mal-ammont minn Lulju 2002 lil hawn, wieħed irid iżid ukoll is-sussidju li jagħti l-gvern fuq il-patata biex jifhem aħjar id-dħul reali li jieħu l-bidwi
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra x'mekkaniżmu ta' verifika juża d-dipartiment sabiex jassigura li l-informazzjoni li tintbagħat lid-dipartiment ta' l-istatistika dwar il-biegħa dikjarata mill-pitkala fil-pitkalija ċentrali tkun iddaħħlet verament?
Jista' jgħid min huma l-uffiċjali li jivverifikaw dan il-mekkaniżmu u x'sistema jużaw?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għandu skrivani li jirrikordjaw il-biegħa tal-pitkala u ssir rikonċiljazzjoni (verifika) sa erbgħa u għoxrin siegħa wara.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju tat-tadam xahar b'xahar matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena? Jista' il-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Mal-ammont minn Lulju 2002 lil hawn, wieħed irid iżid ukoll is-sussidju li jagħti l-gvern fuq t-tadam biex jifhem aħjar id-dħul reali li jieħu l-bidwi
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju ta' l-għeneb matul l-istaġun ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Mal-ammont minn Lulju 2002 lil hawn, wieħed irid iżid ukoll is-sussidju li jagħti l-gvern fuq l-għeneb biex jifhem aħjar id-dħul reali li jieħu l-bidwi.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jikkonferma l-Prim Ministru li filwaqt li l-Gvern Nazzjonalista assigura lill-poplu li l-prezzijiet ta' ċerti prodotti ta' l-ikel mhux se jogħlew għaliex se jkunu sussidjati, dawn spiċċaw xorta għolew sostanzjalment bħal fil-każ tal-prezz tal-laħam aħmar?
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'qed jikkawża dan l-għoli esaġerat fil-prezz?
Jista' jassigurana li l-prezz tal-laħam aħmar importat mhux se jkompli jogħla fix-xhur li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-sussidju fuq xi prodotti li ġie maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea huwa intiż biex jimmitiga xi differenzi li jista’ jkun hemm bejn il-prezz fl-Unjoni Ewropea u dak fis-suq internazzjonali. Dan fih innifsu, ma jfissirx li għandu jkun hemm xi prezzijiet riġidi fis-suq.
L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-prezzijiet tal-prodotti mpurtati jvarja skond il-prezzijiet internazzjonali u l-kundizzjonijiet tas-suq in ġenerali.
Jikkonferma l-Prim Ministru li filwaqt li l-Gvern Nazzjonalista assigura lill-poplu li l-prezzijiet ta' ċerti prodotti ta' l-ikel mhux se jogħlew għaliex se jkunu sussidjati, is-sitwazzjoni f'pajjiżna hija tali li saħansitra għola anke l-prezz tal-ħobż ta' kuljum tal-Maltin u l-Għawdxin?
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'qed jikkawża dan l-għoli fil-prezz tal-ħobż meta saħansitra kien jintqal li dan se jorħos?
Jista' jassigurana li l-prezz tal-ħobż ta' kuljum mhux se jkompli jogħla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-sussidju fuq xi prodotti li ġie maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea huwa intiż biex jimmitiga xi differenzi li jista’ jkun hemm bejn il-prezz fl-Unjoni Ewropea u dak fis-suq internazzjonali. Dan fih innifsu, ma jfissirx li għandu jkun hemm xi prezzijiet riġidi fis-suq.
L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-prezzijiet tal-prodotti mpurtati jvarja skond il-prezzijiet internazzjonali u l-kundizzjonijiet tas-suq in ġenerali.
Jikkonferma l-Ministru li l-kwestjoni tal-Visa li jirrikjedu l-Maltin u l-Għawdxin għal-Libja u l-Libjani għal Malta ħolqot problemi kbar fuq il-ħajja taċ-ċittadini kkonċernati?
Ma jħossx il-Ministru li l-awtoritajiet Maltin u dawk ta' l-Unjoni Ewropea għandhom isibu rimedju biex il-Maltin u l-Għawdxin u l-Libjani jerġgħu jgawdu lura d-dinjita' li kellhom qabel l-1 ta' Mejju ta' din is-sena f'dan ir-rigward? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, għaddej b'diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet Libjani biex il-proċess ta' ħruġ tal-Visas, jitħaffef kemm jista' jkun.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus għall-biegħa li ddaħlet fil-Pitkalija Ċentrali f'Ta' Qali fix-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru ta' din is-sena separatament?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għas-snin 2003, 2002, 2001 u 2000 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ta’ min jinnota li l-ammont ta’ flus ħafna drabi jiddependi direttament mil-kwantita’ ta’ prodott. Meta l-kwantita’ tal-prodott tonqos jiżdied il-prezz, u viċi-versa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-piż tal-qatla tal-majjal li daħħal fil-Biċċerija tal-gvern matul ix-xhur ta' Jannar u Settembru xahar b'xahar?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, qed inppoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għal mistoqsija parlamentari numru 3344 f’ Seduta numru 80 tat-12 ta’ Diċembru 2003.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-piż tal-qatla taċ-ċanga li daħħlet fil-Biċċerija tal-gvern matul ix-xhur ta' Jannar u Settembru xahar b'xahar?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin sena b'sena separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-prezz tal-ġobon, butir u prodotti oħra tal-ħalib (abbażi l-importazzjoni storika) mhux se jkun sussidjat skond ma huwa l-prezz ta' dan is-sors fis-suq internazzjonali kif ġie mwiegħed il-poplu qabel ir-referendum u qabel l-elezzjoni ġenerali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-prezz tal-laħam aħmar (abbażi ta' l-importazzjoni storika) mhux se jkun sussidjat skond ma huwa l-prezz ta' dan is-sors fis-suq internazzjonali kif ġie mwiegħed il-poplu qabel ir-referendum u qabel l-elezzjoni ġenerali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-prezz tal-qmuħ u ċ-ċereali (abbażi ta' l-importazzjoni storika) mhux se jkun sussidjat skond ma huwa l-prezz ta' dan is-sors fis-suq internazzjonali kif ġie mwiegħed il-poplu qabel ir-referendum u qabel l-elezzjoni ġenerali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jikkonferma l-Prim Ministru li filwaqt li l-Gvern Nazzjonalista assigura lill-poplu li l-prezzijiet ta' ċerti prodotti ta' l-ikel mhux se jogħlew għaliex se jkunu sussidjati, dawn xorta għolew bħal fil-każ taz-zokkor?
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'qed jikkawża dan l-għoli esaġerat fil-prezz taz-zokkor?
Jista' jassigurana li l-prezz taz-zokkor ma jkomplix jogħla fix-xhur li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jirriżultalu l-Ministru li fix-xhur ta' Awissu u Settembru ċ-ċifra tal-flus tal-bejgħ tal-biegħa tal-pitkala niżlet fl-agħar livelli tagħha meta paragunata mal-figuri tal-bejgħ tal-biegħa fl-istess perjodu għas-snin 2003, 2002 u 2001?
Jista' jinforma lill-Kamra x'ikkawża dan in-nuqqas ta' bejgħ ta' flus għall-pitkala u għall-bdiewa lokali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-ewwel nett irrid niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor. Interpellant li l-biegħa mhix tal-pitkala iżda tal-bdiewa.
Ta' min jinnota li fl-2004 kien hemm żieda fuq l-2003 fil-produzzjoni tal-ħaxix ta' 1,439,833 kili li, b' riżultat ta' din iż-żieda, il-prezz tbaxxa u allura il-valur naqas b’ Lm169,467. Minn-naħa l-oħra, kien hemm żieda fil-valur tal-frott ta' Lm77,006 peress li kien hemm nuqqas fil-produzzjoni tal-frott b' iktar minn 50,000 kilo. B' riżultat ta' dan, id-differenza niżlet għall-Lm92,461.
.
Madanakollu, mistenna li wieħed jara l-istampa kollha peress li meta wieħed iqis li l-valur ta’ sussidji skond kif ġie nnegozjat mal-Unjoni Ewropea, il-bdiewa qed jirċievu kumpens aktar mill-valur tad-differenza msemmija.
Jista' il-Ministru jinformani bil-konklużjonijiet tal-MRA għall-preżentazzjoni tas-CD tal-Malta Labour Party dwar "Rural water policy for the future" li ġiet preżentata u komunikata f'seminar li riċentement organizzat l-MRA fil-Qawra, San Pawl il-Baħar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi ħadet nota tal-kontenut tas-CD ikkomunikat mill-Malta Labour Party fil-Workshop "A Water Policy for the Future" li l-Awtorita' dwar ir-Riżorsi organiżżat fil-Qawra f'Marzu li għadda.
L-Awtorita' minn dejjem tirrakkomanda l-manteniment tal-widien fi stat nadif, sabiex tiżdied il-possibbilta' ta' infiltrazzjoni ta' l-ilma tax-xita fil-pjan u jonqos it-tniġġis fl-acquifer.
L-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi inkludiet il-kummenti ta' l-istakeholders kollha f'dokument
Jista' il-Ministru jinformana għaliex il-programm edukattiv "Hands on Fishing" ma baqax jiġi organizzat għall-istudenti li jattendu r-raba' u l-ħames sena sekondarja?
Ma jħossx il-Ministru li fid-dawl tar-regoli l-ġodda tas-sajd li ddaħħlu f'pajjiżna dan il-programm edukattiv aktar sar bżonnjuż?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li minħabba prioritajiet oħra dik l-inizjattiva fejn tfal ta' l-iskejjel kienu jittieħdu fuq dgħajsa u jiġi spjegat lilhom is-sengħa tas-sajd ma tkomplitx. Ittieħdet iżda inizjattiva oħra fejn numru ta' tfal ittieħdu fuq il-baħar fl-okkazjoni tar-rilaxx ta' fkieren li inqabdu mis-sajjieda. Hu maħsub li din l=attivita' titkompla u aktar studenti jingħataw l-opportunita' jattendu.
Ma narax kif il-programm 'Hands on Fishing' għat tfal ta' l-iskejjel huwa "bżonnjuż" "fid-dawl tar-regoli l-ġodda tas-sajd" meta dawn ir-regolamenti jirrigwardjaw il-bastimenti tas-sajd li jintużaw mis-sajjieda.
Koperattivi tas-Sajjieda Maltin — Regolamenti tas-Sajd
Question
Jista' il-Ministru jinformana bil-pożizzjoni li ħa l-bord nazzjonali tas-sajd dwar l-aħħar ilmenti imressqa mill-koperattivi tas-sajjieda Maltin dwar ir-regolamenti l-ġodda tas-sajd u tal-bastimenti tas-sajd?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li minn meta sar dak l-ilment il-Bord tas-Sajd għadu ma ltaqax. Jien infurmat li r-regolamenti kif ġew ippublikati kienu ġew diskussi għal seba' xhur fil-Bord tas-Sajd xi sentejn ilu. Ir-regolamenti ppublikati huma r-riżultat ta' dawk id-diskussjonijiet.
Jista' il-Ministru jinformana liema huma dawk ir-rappreżentanti tal-bdiewa - u l-għaqdiet li jirrappreżentaw - li ġew ikkonsultati dwar l-ispiża li se jinvolvi l-operat u t-tmexxija tal-grading u l-parking station il-ġdid fTa' Qali? Fil-fatt x'se jħallsu l-bdiewa minn buthom għat-tmexxija u l-ispejjeż ta' l-operat ta' dan il-grading u l-parking station il-ġdid?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-operat u t-tmexxija tal-grading u l-packing station il-ġdid f' Ta' Qalii qiegħed jiġi diskuss mal-konsulenti Taljani taħt il-ħames Protokol Taljan u fil-ġimgħat li ġejjin se jiġi diskuss ukoll mal-għaqdiet rappre¿entanti tal-bdiewa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti fil-kulleġġ tal-biedja fil-preżent? Kemm hu n-numru ta' studenti li għażlu l-istudji tal-biedja wara li spiċċaw mis-sekondarja?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti huwa hekk:
Kemm applikaw Kemm qed jattendu Kemm irreżenjaw
ESTS 0 3 1
National Diploma in
Agriculture 2nd years 0 4 0
National Diploma in
Agriculture 1st years 18 16 2
Foundation Certificate
in Agriculture 13 11 2
First Diploma in
Agriculture 10 7 3
Informat ukoll li hemm 58 studenti li jattendu fil-kors ta' filgħaxija u 45 student fil-kors ta' filgħodu.