Fil-preżent, jista' il-Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra ta' flus f'arretarti tal-kontijiet ta' l-ilma li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għandha tiġbor?
Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' households u kemm hu n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali, ta' l-ikel, fabbriki, eċċ. separatament li għandhom arranġamenti sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet ta' l-ilma?
Skond dawn l-arranġamenti ta' arretrati, jista' jgħid kemm tammonta ċ-ċifra ta' flus globali li għandha titħallas il-korporazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7573, jista' il-Ministru jgħid kemm mill-Export Refund li qed iħallas il-Gvern Malti qed tħallas il-UE?
Jikkonferma l-Ministru li fil-preżent l-Export Refund huwa madwar Euro 460 kull tunnellata metrika?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-sussidju fuq iz-zokkor huwa kollu mħallas mill-Gvern Malti. Ir-rata ta' l-Export Refund fil-preżent hija madwar 422 Euros kull tunellata metrika fuq iz-zokkor abjad raffinat.
Jista' il-Ministru jinformana għaliex ġie abbandunat il-proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejjgħa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kif għidt kemm il-darba dan il-proġett qatt ma tpoġġa fuq l-ixkaffa iżda wieħed irid jifhem li l-prioritajiet jitfasslu anke fid-dawl tal-fondi disponibbli.
Jista' il-Ministru jinformana kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus għal ħsarat ikkawżati f'Wied il-Qlejjgħa kawża ta' l-aħħar maltempata ta' Settembru li għadda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-uffiċini tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ma irċevew l-ebda rapport ta’ ħsarat f’ Wied il-Qlejjgħa wara l-aħħar maltempata ta’ Settembru 2004.
Jista' il-Ministru jinformana għaliex il-ħsarat ikkawżati bil-maltemp ta' Settembru tas-sena l-oħra fil-Wied tal-Qlejjgħa ma ġewx irranġati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li saru mill-Gvern kienu dawk primarjament ta’ l-inħawi ta’ Ħal Qormi u l-Marsa, kif ukoll inbeda xogħol estensiv fl-inħawi ta’ Wied Riħana, Burmarrad, u s-Salini. Ma hemm xejn xi jżomm lill-bdiewa milli jsewwu l-ħitan tas-sejjiegħ bl-għajnuna anke finanzjarja tal-Pjan ta’ l-Iżvilupp Rurali.
Nittama li l-Onor. Membru japprezza li l-Gvern ma jistax jintrabat li jagħmel ix-xogħol kollu hu għall-ħsarat ikkaġunati.
Fil-preżent, tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' persuni self-employed li huma regolari fil-ħlas tal-bolla tas-sigurta' soċjali, l-NI?
Tista' tgħid kemm hu n-numru ta' persuni self-employed li għandhom arranġamenti speċjali sabiex iħallsu l-arretrati ta' l-NI?
Tista' tgħid kemm hi ċ-ċifra globali li trid titħallas f'arretrati minn dawn is-self-employed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
B'seħħ mill-1 ta' Jannar 1998, ir-responsabbilta' għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali għaddiet taħt il-Kummissarju tat-Taxxi Nterni. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.
Taxxi Interni — Ħlas ta' arretrati minn kumpanniji
Question
Fil-preżent, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kumpanniji li għandhom arranġamenti speċjali mad-dipartimenti konċernati sabiex iħallsu l-arretrati tal-NI, tat-taxxa ta' l-income u l-VAT separatament?
Jista' jgħid kemm hi ċ-ċifra in kwestjoni f'kull każ separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba għar-rigward ta’ N.I. u taxxa ta’ l-income tinsab fit-tabella annessa.
Għar-rigward tal-Value Added Tax, id-Dipartiment f’każijiet speċjali biss jasal f’arranġament ma’ persuni u kumpaniji biex l-ammont dovut jitħallas fuq medda ta’ żmien raġonevoli. L-interessi u t-taxxa addizzjonali dovuti jibqgħu għaddejjin sakemm l-ammont jitħallas kollu. Hemm 35 persuni/kumpaniji li għandhom dan it-tip ta’ arranġament għal somma globali ta’ Lm2,760,511.
Jekk dan l-arranġament ma jinżammx, jittieħdu l-proċeduri legali kollha skond il-liġi sabiex l-ammont dovut jitħallas.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' lukandi li għalqu diġa' matul din is-sena u kemm hu n-numru ta' dawk li mistennija jagħlqu sa l-aħħar tas-sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Settembru 2004, għalqu erba` lukandi.
Minn informazzjoni miġbura hemm possibilta illi sa l-aħħar ta' Diċembru, jagħlqu sitt lukandi oħra.
Inżid ngħid li hemm ukoll sittax il-proġett ta' estensjoni u ftuħ ta' lukandi ġodda fil-proċess u li l-valur stmat għal dawn il-proġetti jammonta għal iktar min LM 50,000,000.
Jikkonferma l-Prim Ministru li filwaqt li l-Gvern Nazzjonalista assigura lill-poplu li l-prezzijiet ta' ċerti prodotti ta' l-ikel mhux se jogħlew wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea għaliex se jkunu sussidjati, għolew saħansitra b'50c fil-kilo bħal fil-każ tal-ġobon cheddar?
Jista' jinformana x'qed jikkawża dan l-għoli esaġerat tal-prezzijiet ta' prodotti ta' l-ikel tal-ħajja ta' kuljum?
Jista' il-Prim Ministru jassigura lill-poplu li l-prezzijiet taċ-cheddar u ġobnijiet oħra mhux se jkomplu jogħlew aktar fix-xhur li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-sussidju fuq xi prodotti li ġie maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea huwa intiż biex jimmitiga xi differenzi li jista’ jkun hemm bejn il-prezz fl-Unjoni Ewropea u dak fis-suq internazzjonali. Dan fih innifsu, ma jfissirx li għandu jkun hemm xi prezzijiet riġidi fis-suq.
L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-prezzijiet tal-prodotti mpurtati jvarja skond il-prezzijiet internazzjonali u l-kundizzjonijiet tas-suq in ġenerali.
Jikkonferma l-Prim Ministru li filwaqt li l-Gvern Nazzjonalista assigura lill-poplu li l-prezzijiet ta' ċerti prodotti ta' l-ikel mhux se jogħlew għaliex se jkunu sussidjati, dawn xorta għolew bħal fil-każ taz-zokkor?
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'qed jikkawża dan l-għoli esaġerat fil-prezz taz-zokkor?
Jista' jassigurana li l-prezz taz-zokkor ma jkomplix jogħla fix-xhur li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-sussidju fuq xi prodotti li ġie maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea huwa intiż biex jimmitiga xi differenzi li jista’ jkun hemm bejn il-prezz fl-Unjoni Ewropea u dak fis-suq internazzjonali. Dan fih innifsu, ma jfissirx li għandu jkun hemm xi prezzijiet riġidi fis-suq.
L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-prezzijiet tal-prodotti mpurtati jvarja skond il-prezzijiet internazzjonali u l-kundizzjonijiet tas-suq in ġenerali.
Jista' il-Ministru jinformana min se jkun responsabbli mit-tmexxija u l-ispejjeż li se jkun jinvolvi l-operat il-ġdid tal-grading u l-parking station li qed jiġi żviluppat f'Ta' Qali?
Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-kalkoli finanzjarji li għandu d-dipartiment dwar kemm se tiswa flus it-tmexxija ta' l-operat ta' l-impjant imsemmi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ser titwaqqaf soċjeta’ tat-tmexxija tal-pitkalija li tinkludi rappreżentanti tal-Gvern, Pitkala u Bdiewa. Din is-soċjeta’ se tkun responsabbli, fost oħrajn, mill-amministrazzjoni tal-pitkalija. It-twaqqif ta' din is-soċjeta’ u l-finanzjament tal-operat diġa ġew diskussi bejn l-esperti Taljani tal-Ħames Protokol Taljan u l-uffiċjali tal-Ministeru, u fil-ġranet li ġejjin ser jiġu diskussi mar-rappreżentanti tal-bdiewa u pitkala.
Bl-operat ġdid fil-pitkalija l-ispejjeż għall-gvern m’ għandhomx ivarjaw minn dawk eżistenti għajr għal spejjeż ta' elettriku minħabba makni u cold storage.
Jista' il-Ministru jinformana jekk id-dipartiment irċeviex talbiet uffiċjali mill-għaqdiet tal-bdiewa u tal-biedja f'Malta u Għawdex sabiex jiġu applikati s-salvagwardji tal-biedja lokali li skond il-gvern ġew negozjati ma' l-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Ministeru ma rċieva ebda talba uffiċjali mill-għaqdiet tal-bdiewa f’ Malta u Għawdex sabiex tiġi applikata l-klawżola ta’ salvagwardja.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali ġodda u ħaddiema ġodda li ngħataw impjieg mad-dipartiment tal-biedja u s-sajd lokali matul din is-sena? F'liema livell u grad, u kemm minnhom huma Maltin u kemm barranin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Onor. Membru mitlub jinnota li llum ma jeżistix aktar "Dipartiment tal-Biedja u s-Sajd" għaldaqstant nitolbu jispeċifika preċiżament għall-liema dipartiment/i qed jirreferi.
Jista' il-Ministru jgħid xi programm ta' esperimentazzjoni fuq produzzjoni agrikola organika ġie mħejji fil-farm esperimentali ta' l-Għammieri? Liema kienu l-varjetajiet u x'livell inkiseb?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fil-Farm ta' l-Għammieri saru żewġ esperimenti din is-sena, wieħed bit-tadam ċatt fis-serra, u l-iehor kien prova ta' paragun bejn it-tkabbir tal-qarabagħli b' metodi konvenzjonali u dawk b' metodi organiċi. Il-livell kien pożittiv.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bdiewa u uffiċjali tad-dipartiment li matul l-ewwel disa' xhur tas-sena tħarrġu fuq il-produzzjoni agrikola organika? Kemm minnhom kienu Għawdxin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' bdiewa u uffiċċjali tad-Dipartiment li tħarrġu fuq il-produzzjoni agrikola organika kien ta' erbghin bidwi (fosthom 7 Għawdxin) u 7 uffiċċjali tal gvern.
Jista' il-Ministru jagħtina breakdown tas-safar tal-ministeru u ta' l-uffiċjali tad-dipartiment li sar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena separatament, biedja, sajd, żvilupp rurali u ambjent?
Jista' jinformana wkoll bl-ispiża involuta għas-safar matul l-istess perjodu u kemm minnha tħallas?
Jista' il-Ministru jgħid skond id-dipartiment kemm kien il-volum tat-trobbija tat-tjur tas-simna fl-ewwel disa' xhur tas-sena u cioe' għall-perjodu ta' bejn Jannar u Settembru? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju tad-dulliegħ xahar b'xahar matul din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Mal-ammont minn Lulju 2002 lil hawn, wqieħed irid iżid ukoll is-sussidju li jagħti l-gvern fuq id-dulliegħ biex jifhem aħjar id-dħul reali li jieħu l-bidwi
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.