Legislature:
Category:
Reset
Active:

Majjal Frisk Proċessat Lokalment — Prezzijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-ministeru ta' l-Affarijiet Rurali, jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoraġġ li sar minn Mejju 'l hawn fuq il-livell ta' prezzijiet u ta' produzzjoni tal-majjal frisk proċessat lokalment sabiex kien stabbli lill-gvern li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu applikati s-salvagwardi tal-biedja? Min kienu l-uffiċjali u d-dipartiment responsabbli minn dan il-monitoraġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8317.

Pulizija — Imġarr - Għassa tal-Pulizija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-għassa ta' l-Imġarr Malta hija magħluqa? Jista' jara li din terġa' tinfetaħ mill-ġdid ħalli l-komunita' ta' l-Imġarr ma jkollhiex aktar l-għassa tal-lokal magħluqa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kemm jista' jkun l-Għassa tal-Pulizija msemmija mill-Onorevoli Interpellant tkun miftuħa. Madankollu, ikun hemm drabi fejn l-eżiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu lill-Pulizija li jkun għassa li joħroġ fuq xogħol x'imkien ieħor, bil-konsegwenza li l-għassa jkollha tingħalaq għal dak il-ħin.

Persuni Self-Employed — Ħlas ta' l-NI

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7661 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u cioe jgħid kemm hu n-numru ta' persuni self-employed li huma regolari fil-ħlas tal-bolla tas-sigurta' soċjali, l-NI? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' persuni self-employed li għandhom arranġamenti speċjali sabiex iħallsu l-arretrati ta' l-NI? Jista' jgħid kemm hi ċ-ċifra globali li trid titħallas f'arretrati minn dawn is-self-employed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Wied il-Qlejjgħa — Ħsarat Kawża tal-Maltempata

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7651 u r-risposta tagħha, nixtieq ngħarraf lill-Ministru li jien kont qed nirriferi għal maltempata ta' Settembru 2003.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni li nġabret, ma tistax tingħata figura ta’ l-ispiża speċifikament għal Wied il-Qlejja.

Biedja u Sajd — Impjegati Ġodda

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7646, jista' il-Ministru jinformana x'ġara mid-dipartiment tal-biedja u sajd? Jista' jinformana għaliex neħħa d-dipartiment tal-biedja u s-sajd meta l-biedja u s-sajd f'Malta u Għawdex għadhom jeżistu? Jista' jinforma lill-Kamra x'hemm ħażin li pajjiż ikollu dipartiment tal-biedja u s-sajd?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Biedja u Sajd bħala entita’ waħda ma jeżistix. Jeżistu tliet Diviżjonijiet separate, wieħed tas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali, ieħor tal-Konservazzjoni u Kontroll tas-Sajd, u ieħor a’ l-Ikel u affarijiet Veterinarji. Dan l-arranġament sar fil-Leġislatura preċedenti minħabba x-xogħol u responsabbilta’ kbira li għandhom dawn id-diviżjonijiet, b’ mod partikolari minħabba l-obbligi ta’ l-Acquis Communautaire kif ukoll l-implimentazzjoni tal-politika Komuni kemm fl-Agrikultura u Sajd. Kull wieħed minn dawn id-diviżjonijiet għandu direttorati jew units b’ funzjonijiet distinti.

Laħam Abjad — Prezzijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Rurali, jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoraġġ li sar minn Mejju 'l hawn fuq il-livell ta' prezzijiet u ta' produzzjoni tal-laħam abjad sabiex kien stabbli lill-gvern li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu applikati s-salvagwardi tal-biedja? Min kienu l-uffiċjali u d-dipartiment responsabbli minn dan il-monitoraġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li m' hux possibbli li tingħata "kopja" tal-monitoraġġ li sar dwar l-importazzjoni u l-produzzjoni lokali għax dan huwa mekkaniżmu u mhux dokument. Biss nista' naċċerta lill-Onor Interpellant illi mill-1 ta' Mejju sal-lum qatt ma kien hemm sitwazzjoni li tiġġustifika li tiġi applikata l-Klawżula tas-Salvagwardja biex tħares lill-produtturi Maltin, speċjalment meta wieħed jikkunsidra l-livell tra' sussidju li qegħdin jirċievu permeżż tal-Programm Speċjali għall-Agrikultura Maltija (SMPPMA). Il-proċess ta' monitoraġġ isir minn uffiċċjali tal-Ministeru u tad-Diviżjoni kkonċernata, waqt li t-tagħrif dwar l-importazzjoni jinkiseb mill-formola INTRASTAT, li kopja tagħha trid tingħata mill-importaturi lill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent. Ma naħsibx li huwa l-każ li nagħti l-ismijiet ta' l-uffiċċjali kkonċernati.

Għeneb — Prezzijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-ministeru ta' l-Affarijiet Rurali, jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoraġġ li sar minn Mejju 'l hawn fuq il-livell ta' prezzijiet u ta' produzzjoni ta' l-għeneb sabiex kien stabbli lill-gvern li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu applikati s-salvagwardi tal-biedja? Min kienu l-uffiċjali u d-dipartiment responsabbli minn dan il-monitoraġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru. 8317.
Leg 10 PQ #8307 Sitting 180 2004-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru? X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena nsterqu LM 500.50 cash mill-Malta Society of Arts Manufacture and Commerce. Dawn kienu jikkonsistu fi flus mill-vending machine, petty cash float u s-safe. F'dan il-perijodu nsterqu wkoll moon rock u tazza rumana li ma jistax jingħata prezz għalihom kif ukoll Airforce World War II bicycle headlamp ta' valur zgħir.
Leg 10 PQ #8309 Sitting 180 2004-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rapporti ta' Serq

Question

Tista' il-Ministru tgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru? X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li kien hemm 3 każijiet ta' serq li ġew rrapurtati matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din s-sena. L-oġġetti misruqa kienu cable tat-3 phase li l-valur tiegħu jammonta għal mitt lira, numru ta' xtieli b'valur stmat ta' madwar ħames liri u first aid box b'valur ta' sitt liri u ħamsa u sebgħin ċenteżmu.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru? X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Air Malta — Lukanda

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-ħruġ tat-tender tal-lukanda ta' l-Air Malta operata mill-Holiday Inn? X'inhi l-pożizzjoni ta' l-impjiegi tal-ħaddiema?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Air Malta ser tbigħ l-ishma tagħha fil-kumpanija Tigne Development Co. Ltd. permezz ta' sejħa għall-offerti. Il-preparamenti għall-ħruġ ta' din is-sejħa jinstabu fi stadju avvanzat u huwa stmat li din issir sa l-ewwel nofs tal-2005. Rigward l-impjegati tal-kumpanija Tigne Development Co. Ltd dawn għandhom relazzjoni kuntrattwali mal-kumpannija Tigne Development Co. Ltd.

Kunsilli Lokali — Riżenzja ta' Sindki/Kunsilliera

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kunsilliera u sindki, lokal lokal f'Malta u Għawdex, li rriżenjaw sena b'sena minn meta twaqqfu l-kunsilli lokali fil-gżejjer tagħna?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qedha tinġabar, u din tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.

Pulizija — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformana lokal lokal f'Malta u Għawdex kemm-il serqa minn djar privati ġiet rapportata matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm fil-fatt tammonta s-somma globali f'ċifra ta' flus rapportata li jiswew l-oġġetti misruqa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s-serq irrapurtat lill-Pulizija minn residenzi matul l-ewwel disa' xhur ta' dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej: 2000 2001 2002 2003 2004 Rapporti 548 431 509 502 562 Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-lokalitajiet u n-numru ta' serq irrapurtat fl-istess perijodu.

Pulizija — Rapport ta' Serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa saret minn lukandi, take aways, bars, ristoranti, supermarkets, fabbriki u stabilimenti kummerċjali oħra? Kemm fil-fatt tammonta s-somma globali f'ċifra ta' flus rapportata li jiswew l-oġġetti misruqa? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s-serq irrapurtat lill-Pulizija minn lukandi, bars u stabbilimenti kummerċjali matul l-ewwel disa' xhur ta' dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej: 2000 2001 2002 2003 2004 Rapporti 1,263 1,141 1,441 1,422 960

Saħħa — Rapporti ta' Serq

Question

Matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru bħall-isptar Mater Dei? X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Riżorsi u Infrastruttura — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru? X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li kif jidher hawn taħt matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kien hemm 22 serqa ta' oġġett li ġew irrappurtati li saru fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, kif ukoll minn fuq proġetti tal-Ministeru:- ITEM QUANTITY PC Tower 1 Digital Camera 1 Moulds (li bihom isiru testijiet tal-konkrit) 4 Roll Chain Fence 1 Galvanized Pipe 1 Batteriji 10 Diesel 340 Litri Electric Grass Cutter 1 Shovels 2 Spade 1 Notebook Computer (nominal value) 1 Generator 1 Għodda traffic barriers, signal lights, hollow section, safety lights, safety cones and large barriers. Suction Pumps (unserviceable) 3 Air-compressor (unserviceable) 1 Fire Extinguishers (unserviceable) 2 Steam Cleaner (unserviceable) 1 Dawn l-oġġetti misruqa jammontaw għal valur globali ta' Lm2,572.55c.

Edukazzjoni — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru? X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Żvilupp Urban u Toroq — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru? X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena ma ġiet irrapurtata l-ebda serqa ta' oġġetti lil dan id-direttorat hawn fuq imsemmi.

Enemalta — Kontijiet tad-dawl - ħlas ta' arretrati

Question

Fil-preżent, jista' il-Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra ta' flus f'arretrati tal-kontijiet tad-dawl li l-korporazzjoni Enemalta għandha tiġbor? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' households u kemm hu n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali, ta' l-ikel, fabbriki, eċċ. separatament li għandhom arranġamenti sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet tad-dawl? Skond dawn l-arranġamenti ta' arretrati, kemm fil-fatt tammonta ċ-ċifra ta' flus globali li għandha titħallas il-korporazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.