Legislature:
Category:
Reset
Active:

Zokkor — Sussidju

Question

B'riferenza għas-sussidji ta' euro 422 fuq tunnellata zokkor li l-gvern qed jissussidja bħala parti mill-prezz intern taz-zokkor ta' l-Unjoni Ewropea li huwa euro 770 kull tunnellata, jista' il-Ministru jinformana jekk id-differenza li jibqa' meta pparagunata mal-prezz taz-zokkor fis-suq internazzjonali min se jikun qiegħed iħallsu, jekk hux l-Unjoni Ewropea jew il-konsumaturi lokali? Jista' jinformana bl-istess sitwazzjoni li tirriżulta fuq prodotti oħra essenzjali għall-ħajja ta' kuljum, bħal ġobon, butir, qmuħ, ċereali, frott frisk, eċċ.?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tiegħi għal Mistoqsija Parlamentari numru 8326 rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu, u għal Mistoqsijiet Parlamentari numri 8328, 8329 u 8331 rigward it-tieni parti.

Frott Frisk — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fuq l-importazzjoni ta' prezzijiet ta' frott frisk u f'export refund fuq il-frott frisk minn wara l-1 ta' Mejju 'il hawn? Lil min tħallsu? Kemm minn dawn l-ispejjeż ġodda għall-finanzi pubbliċi tħallsu mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-Gvern Malti? Kemm kienet id-differenza li kellu jħallas fi prezz għoli l-konsumatur irrispettivament minn dawn is-sussidji maħsuba biex suppost ma jogħlewx il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kif suppost jaf l-Onor. Interpellant, fuq il-frott frisk impurtat ma jingħata l-ebda sussidju, u ma ħarġet l-ebda liċenzja ta' export refund, u dan skond ir-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea.

WSC — Kontijiet ta' l-Ilma

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7668 u cioe' jgħid kemm hi ċ-ċifra ta' flus f'arretarti tal-kontijiet ta' l-ilma li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għandha tiġbor? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' households u kemm hu n-numru ta' stabilimenti kummerċjali, ta' l-ikel, fabbriki, eċċ. separatament li għandhom arranġamenti sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet ta' l-ilma? Skond dawn l-arranġamenti ta' arretrati, jista' jgħid kemm tammonta ċ-ċifra ta' flus globali li għandha titħallas il-korporazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li sa l-aħħar t'Awwissu l-Water Services Corporation kellha tiġbor Lm5,996,759 għall-kontijiet ta' l-ilma minn 161,146 individwu, organiżżazzjonijiet jew kumpaniji. Minn Jannar sas-7 t'Ottubru 2004 saru 1,330 arranġament ta' arretrati li jammontaw għal Lm865,212. Dawn l-arranġamenti m'humiex maqsuma f'kategoriji, u jkopru ammonti dovuti kemm għall-elettriku u kemm għall-ilma.

Enemalta — Kontijiet tad-Dawl

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7665 u cioe' jgħid kemm hi ċ-ċifra ta' flus f'arretrati tal-kontijiet tad-dawl li l-korporazzjoni Enemalta għandha tiġbor? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' households u kemm hu n-numru ta' stabilimenti kummerċjali, ta' l-ikel, fabbriki, eċċ. separatament li għandhom arranġamenti sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet tad-dawl? Skond dawn l-arranġamenti ta' arretrati, kemm fil-fatt tammonta ċ-ċifra ta' flus globali li għandha titħallas il-korporazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7649 u cioe' jagħtina breakdown tas-safar tal-ministeru u ta' l-uffiċjali tad-dipartiment li sar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena separatament, biedja, sajd, żvilupp rurali u ambjent? Jista' jinformana wkoll bl-ispiża involuta għas-safar matul l-istess perjodu u kemm minnha tħallas?

Response (PULLICINO, GEORGE)

.Jien infurmat li l-breakdown tas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena hu kif ġej : Biedja : 181 Sajd : 30 Żvilupp Rurali : 6 Ambjent : 11 Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsba infurmat li l-ispiża totali matul l-ewwel disa’ xhur tas-sena 2004 kienet tammonta ghal Lm 106,033.59, li minnhom tħallas l-ammont ta’ Lm 81,547.87.

Produzzjoni Agrikola Organika

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdiewa reġistrati mad-dipartiment li bdew il-proċess ta' produzzjoni agrikola organika? X'varjetajiet ta' ħxejjex u frott qed jipproduċu? Kemm minnhom huma Għawdxin u kemm huma Maltin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li s-Sezzjoni ta' l-Agrikoltura Organika għandha reġistrati magħha 20 bidwi: 16 f' Malta u 4 f' Għawdex. F'sena l-art reġistrata għall-agrikoltura organika żdiedet minn 3 ettari għal 16 il-ettaru. Fost il-prodotti imkabbrin hemm: - ħaxix frisk - qamħ u xgħir - għeneb - larinġ u frott taċ-ċitru ieħor - żebbuġ - frott irqiq - għasel - kappar kif ukoll prodotti pproċessati bħal - ġammijiet - ġulepp
Leg 10 PQ #8481 Sitting 184 2004-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Lukandi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7664, jista' il-Ministru jinformana kemm hu n-numru ta' ħaddiema li kienu jaħdmu fil-lukandi li għalqu u f'dawk il-lukandi li skond l-istess tweġiba tal-ministru se jagħlqu sa din is-sena? X'impjieg alternattiv qed toffri l-politika tal-gvern Nazzjonalista għal dawn il-ħaddiema u fejn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu ma żżomx informazzjoni fuq in-numru ta' impjegati fil-lukandi. L-iżvillup ta' lukandi oħra ġodda, li huma pjanati li jinfetħu matul ix-xhur li ġejjien, flimkien ma' żvillup ieħor fi ħdan lukandi eżistenti, joffru opportunitajiet ġodda għall-impjieg alternattiv lil dawn il-ħaddiema, fost oħrajn.

Finanzi — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru? X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda rapport ta’ serq mill-Ministeru tal-Finanzi. Minn naħa l-oħra t-tali oġġetti ġew rapportati nieqsa minn dipartimenti u jew minn fuq proġetti taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Notebook PC, TV converter, wire tad-dawl, u bomblu żgħir tal-ġebel b’valur komplessiv ta’ Lm1,569. Ġew rapportati wkoll serq ta’ Lm589.61 fi flus kontanti minn fuq uffiċjali waqt safar fuq xogħol. Fejn possibbli saru claims mill-kumpanija ta’ l-insurance relattiva.

Ċanga friska pproċessata lokali — Prezzijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-ministeru ta' l-Affarijiet Rurali, jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoraġġ li sar minn Mejju 'l hawn fuq il-livell ta' prezzijiet u ta' produzzjoni taċ-ċanga friska pproċessata lokali sabiex kien stabbli lill-gvern li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu applikati s-salvagwardi tal-biedja? Min kienu l-uffiċjali u d-dipartiment responsabbli minn dan il-monitoraġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 8317.

Zokkor — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fuq il-prezzijiet ta' l-importazzjoni taz-zokkor u f'export refund fuq iz-zokkor minn wara l-1 ta' Mejja 'il hawn? Lil min tħallsu? Kemm minn dawn l-ispejjeż ġodda għall-finanzi pubbliċi tħallsu mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-Gvern Malti? Kemm kienet id-differenza li kellu jħallas fi prezz għoli l-konsumatur irrispettivament minn dawn is-sussidji maħsuba biex suppost ma jogħlewx il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Qmuħ — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fuq il-prezzijiet għoljin ta' l-importazzjoni ta' qmuħ u f'export refund fuq il-qmuħ minn wara l-1 ta' Mejju 'il hawn? Lil min tħallsu? Kemm minn dawn l-ispejjeż ġodda għall-finanzi pubbliċi tħallsu mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-Gvern Malti? Kemm kienet id-differenza li kellu jħallas fi prezz għoli l-konsumatur irrispettivament minn dawn is-sussidji maħsuba biex suppost ma jogħlewx il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8326.

Ċereali — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fuq il-prezzijiet ta' l-importazzjoni ta' ċereali u f'export refund fuq iċ-ċereali minn wara l-1 ta' Mejju 'il hawn? Lil min tħallsu? Kemm minn dawn l-ispejjeż ġodda għall-finanzi pubbliċi tħallsu mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-Gvern Malti? Kemm kienet id-differenza li kellu jħallas fi prezz għoli l-konsumatur irrispettivament minn dawn is-sussidji maħsuba biex suppost ma jogħlewx il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-allokazzjoni ta' fondi għall-perjodu Mejju – Diċembru 2004 kienet hekk kif ġej : Ross 32,280 Euro Qamħirrum 1,984,604.22 Euro Xgħir 922,717.40 Euro Fil-każ tax-xgħir, għall-perjodu ta’ bejn Mejju u Ġunju 2004, l-ewwel pagament ilaħħaq għal 190,649.94 Euros. Fil-każ ta’ ross u qamħirrum ma kien hemm ebda importazzjoni mill-applikanti f’dak il-perjodu. Ma kienx hemm applikazzjonijiet għal rifużjoni ta' esportazzjoni.

Prodotti tal-Ħalib — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fuq il-prezzijiet għoljin ta' l-importazzjoni ta' prodotti tal-ħalib bħal cheddar cheese, Edam, eċċ. u f'export refund fuq il-prodotti tal-ħalib bħaċ-Cheddar cheese, edam eċċ. minn wara l-1 ta' Mejju 'il hawn? Lil min tħallsu? Kemm minn dawn l-ispejjeż ġodda għall-finanzi pubbliċi tħallsu mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-Gvern Malti? Kemm kienet id-differenza li kellu jħallas fi prezz għoli l-konsumatur irrispettivament minn dawn is-sussidji maħsuba biex suppost ma jogħlewx il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-allokazzjoni ta' fondi għall-perjodu Mejju – Diċembru 2004 kienet hekk kif ġej : Ħalib xkumat 336,045 Euro Butir 553,063.80 Euro L-ewwel pagament għall-perjodu Mejju – Ġunju 2004 se jsir din il-ġimgħa, u huwa hekk kif ġej : Ħalib xkumat 43,053.75 Euro Butir 14,613.80 Euro Ma saret ebda applikazzjoni għal rifużjoni ta' esportazzjoni.

Ċanga tal-Friża — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fuq l-importazzjoni ta' prezzijiet għoljin ta' taċ-ċanga tal-friża u f'export refund fuq iċ-ċanga tal-friża minn wara l-1 ta' Mejju 'il hawn? Lil min tħallsu? Kemm minn dawn l-ispejjeż ġodda għall-finanzi pubbliċi tħallsu mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-Gvern Malti? Kemm kienet id-differenza li kellu jħallas fi prezz għoli l-konsumatur irrispettivament minn dawn is-sussidji maħsuba biex suppost ma jogħlewx il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ġew allokati 310,054.50 Euros minn Mejju – Diċembru 2004 għaċ-ċanga tal-friża u dawn ser jingħataw lill-applikanti li jlaħħqu sbatax. Kull-applikant ingħata l-kwota li applika għaliha u dalwaqt jirċievu ċekkijiet li jammontaw għal 53,997.54 Euros li jkopru l-perjodu bejn Mejju u Ġunju. Ma kien hemm ebda applikazzjoni għal rifużjoni ta' esportazzjoni.

Dulliegħ — Prezzijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-ministeru ta' l-Affarijiet Rurali, jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoraġġ li sar minn Mejju 'l hawn fuq il-livell ta' prezzijiet u ta' produzzjoni tad-dulliegħ sabiex kien stabbli lill-gvern li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu applikati s-salvagwardi tal-biedja? Min kienu l-uffiċjali u d-dipartiment responsabbli minn dan il-monitoraġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8317.

Patata — Prezzijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-ministeru ta' l-Affarijiet Rurali, jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoraġġ li sar minn Mejju 'l hawn fuq il-livell ta' prezzijiet u ta' produzzjoni tal-patata sabiex kien stabbli lill-gvern li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu applikati s-salvagwardi tal-biedja? Min kienu l-uffiċjali u d-dipartiment responsabbli minn dan il-monitoraġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8317.

Tadam — Prezzijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-ministeru ta' l-Affarijiet Rurali, jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoraġġ li sar minn Mejju 'l hawn fuq il-livell ta' prezzijiet u ta' produzzjoni tat-tadam sabiex kien stabbli lill-gvern li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu applikati s-salvagwardi tal-biedja? Min kienu l-uffiċjali u d-dipartiment responsabbli minn dan il-monitoraġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8317.

Ħaxix Frisk — Prezzijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-ministeru ta' l-Affarijiet Rurali, jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoraġġ li sar minn Mejju 'l hawn fuq il-livell ta' prezzijiet u ta' produzzjoni tal-ħaxix frisk sabiex kien stabbli lill-gvern li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu applikati s-salvagwardi tal-biedja? Min kienu l-uffiċjali u d-dipartiment responsabbli minn dan il-monitoraġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8317.

Bajd Frisk/Tjur tas-Simna — Prezzijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-ministeru ta' l-Affarijiet Rurali, jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoraġġ li sar minn Mejju 'l hawn fuq il-livell ta' prezzijiet u ta' produzzjoni tal-bajd frisk u tjur tas-simna sabiex kien stabbli lill-gvern li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu applikati s-salvagwardi tal-biedja? Min kienu l-uffiċjali u d-dipartiment responsabbli minn dan il-monitoraġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8317.